Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12374 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Azzabi - Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet jew l-inkjesta interna, jekk hemm, dwar il-ħarba tal-priġunier Azzabi? Saru xi tibdiliet dwar kif għandhom ikunu skortati persuni akkużati bi traffikar tad-droga?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn xi nżid mat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 9873 u 11020.
Leg 9 PQ #12375 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw il-promozzjonijiet għar-rank ta' supritendent fil-korp tal-Pulizija? Hemm xi raġuni speċifika għal dan id-dewmien?

Response (BORG, TONIO)

Ma' għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10531 dwar dan is-suġġett.
Leg 9 PQ #12376 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa sigħat overtime fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin il-persuna li ismha qed jintbagħat separatament fix-xhur ta' Lulju, Awissu, Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru ta' l-1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant ma taħdimx fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal PS 1404, matul ix-xhur minn Lulju sa Diċembru 1999, dan ħadem 654 siegħa f`overtime. Ninsab infurmat ukoll illi fl-aħħar ġurnata ta` kull xahar fuq in-notice board ta` l-impjegati titwaħħal lista bl-ismijiet ta` l-uffiċjali kollha li jaħdmu fil-Faċilita` u li turi s-sigħat f`overtime li jkunu ħadmu kull wieħed individwalment.
Leg 9 PQ #11920 Sitting 203 1999-12-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11789, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji mitluba fl-aħħar paragrafu tal-mistoqsija oriġinali u ċioe' x'impjieg jew pożizzjoni kien jokkupa is-Sur Gerald Borg kandidat u eventwalment kunsillier fil-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li għalkemm fin-nomina tiegħu s-Sur Gerald Borg ma kienx mela l-parti fejn jidher li kellu jindika x'impieg għandu, fuq wara tal-formola hu wera x-xewqa li fuq il-polza tal-vot jitniżżel li hu pensjonant.
Leg 9 PQ #11788 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu l-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Luqa, Attard, Safi u Bormla fl-elezzjonijiet li saru f'Marzu 1995 u f'Marzu 1998? Jista' l-Ministru jgħid kull kandidat, kandidat b'kandidat, x'okkupazzjoni ta' mpjieg jew xorta oħra ddikjara fl-applikazzjoni li ssottometta quddiem il-Kummissjoni Elettorali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kummissjoni Elettorali.
Leg 9 PQ #11789 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — Elezzjonijiet għall-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu u f'kemm ammonti kienu l-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-Birgu, Luqa, Attard, Safi u Bormla fl-elezzjonijiet li saru f'Marzu ta' l-1998 u f'Marzu ta' l-1995? Jista' l-Prim Ministru jgħid kull kandidat, kandidat b'kandidat, x'okkupazzjoni ta' mpjieg jew xorta oħra ddikjara fl-applikazzjoni li issottometta quddiem il-Kummissjoni Elettorali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

In-numru ta' kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali f'Marzu 1998 għall-Birgu, Luqa, Attard u Safi kien ta' 36 mqassmin hekk: 9 Birgu 11 Luqa 11 Attard 5 Safi Għal Bormla ma kienx hemm elezzjonijiet f'Marzu 1998. Lista tal-kandidati u l-impjieg jew xogħol ieħor li ddikjaraw man-nominazzjoni tagħhom hija hawnhekk mehmuża. Imkien f'Malta u f'Għawdex ma saru elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali f'Marzu 1995.
Leg 9 PQ #7146 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC/Maltacom — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm arretrati ta' kontijiet tat-telefon, ta' l-ilma u tad-dawl fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin mal-Maltacom u l-Water Services Corporation?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-arretrati dovuti mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin huma kif ġej: dawl u ilma Lm114,198.82c telefon (9 linji) Lm 215.01c
Leg 9 PQ #9268 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Eżamijiet - Reviżjoni ta' karti

Question

Fl-isfond li l-kuntistabbli, li ismu qiegħed jintbagħat separatament, li kien weħel fl-eżami għal surġent u li ġie promoss għal grad ta' surġent wara li ntalbet revision of paper, jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw kuntistabbli għal revision of paper u kemm għaddew mill-eżami wara li saret revision of paper?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kien hemm 4 kuntistabbli li applikaw għar-revision of paper wara r-riżultat ta' l-eżami għal grad ta' surġent. Ninsab infurmat ukoll li saret ir-revision of paper ta' żewġ applikanti u f'każ minnhom il-persuna konċernata ġiet promossa filwaqt li l-persuna l-oħra xorta ma għaddietx. Il-każijet taż-żewġ applikanti l-oħra għadhom pendenti.
Leg 9 PQ #9269 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qawra - Għassa

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ġiet akkwistata l-għamara l-ġdida li daħlet fl-għassa tal-pulizija tal-Qawra? Jekk saru xi donazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid minn min saru u kif dawn ta' l-aħħar kienu akkwistawhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Għaqda Qraba tal-Membri tal-Korp tal-Pulizija għamlet donazzjoni ta' skrivanija, u ta' airconditioners u ceiling fans biex jintużaw fl-Għassa li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #7488 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Kmandant

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta beda u meta se jagħlaq it-terminu tal-kariga tal-Kmandant ta' l-Armata Rupert Montanaro? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien il-performance rating tiegħu għas-sena 1998?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Brigadier Montanaro ingħata l-ħatra ta' Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta b'sehh mill-10 ta' Diċcembru 1996. Din il-ħatra mhux marbuta ma terminu speċifiku. Bħal kull membru tal-Forzi Armati li għandu 'l fuq minn ħamsa u ħamsin sena, il-Brigadier Montanaro jista jingħata estensjoni tas-servizz minn sena għal sena sal-massimu ta' wieħed u sittin sena. Ma jidhirlix li għandhom jingħataw dettalji dwar performance ratings individwali.
Leg 9 PQ #7489 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Complement tal-korp

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-complement tal-korp tal-pulizija f'kull dipartiment jew branch fl-istess korp?

Response (BORG, TONIO)

Ma nħossx li informazzjoni daqshekk dettaljata dwar deployment fil-Korp tal-Pulizija għandha tkun magħmula pubblika.
Leg 9 PQ #7490 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Membru

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk membru ta' l-Armata li isimu qiegħed jintbagħat separatament u li ntbagħat jagħmel kors ġo Sandhurst fl-Ingilterra, ntbagħatx lura? Għaliex intbagħat lura? Kif jintgħażlu l-persuni biex jsegwu kors ta' taħriġ barra minn Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-membru ta' l-Armata msemmi ntbagħat jagħmel kors f'Sandhurst l-Ingilterra f'Jannar li għadda. Dan il-membru ntbagħat lura Malta fil-bidu ta'Frar wara li kaġun ta' taħriġ intensiv tfaċċat injury qadima li hu kien sofra qabel ma daħal fis-servizz. Għaldaqstant, wara perjodu ta' konvalexxenza, dan l-individwu ġie suġġett għal Bord Mediku li rrakkomanda perjodu itwal ta' konvalexxenza sakemm jerġa jiltaqa il-Bord għall-aħħar ta' Ġunju 1999. Dan il-mod ta' l-għażla biex persuni jattendu korsijiet ta' taħriġ barra minn Malta, dan isir a bażi ta' adattabilita u Seniority. Dan ikun jiddependi wkoll minn numru ta' postijiet li jiġu offruti lil Malta minn pajjiżi ħbieb u, fuq kollox, meta jingħataw dawn l-istess vakanzi.
Leg 9 PQ #7491 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Membru

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk membru ta' l-Armata li ismu qiegħed jintbagħat separatament ġiex investigat fuq allegazzjonijiet ta' abbużi? X'kien l-abbuż? X'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet? X'azzjoni ttieħdet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li f'Lulju 1998 l-uffiċjal ġie nvestigat skond proċeduri tad-dixxiplina militari, instab ħati ta' l-akkuża miġjuba kontrih (Kondotta għad-detriment tal-bonordni u tad-dixxiplina Militari kontra Artiklu 74 ta' l-Att ta' 1970 dwar il-FAM) u weħel multa ta' Lm99. L-uffiċjal ġie wkoll posted għal xogħol u post differenti.
Leg 9 PQ #7492 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Fizzjal

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li saret investigazzjoni fl-Armata fuq fizzjal/bdot li ismu qiegħed jintbagħat separatament dwar abbużi fil-flying tours li kien qiegħed jilloġġja? Meta ġara l-każ u x'kien l-eżitu ta' l-investigazzjoni? Huwa minnu li l-każ ġie żvelat bis-saħħa ta' sorsi barranin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li qed isiru nvestigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet msemmija fil-mistoqsija. Għaldaqstant, billi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin ma jidhirlix li hu korrett li jsiru stqarrijiet dwarha f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #7150 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-pulizija li jaħdmu bix-shift ta' 24 siegħa xogħol u 24 siegħa frank ikollhom konċessjoni ta' ftit mistrieħ matul l-24 siegħa li jkunu fuq ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru limitat ta' membri tal-Korp li jaħdmu bix-shift ta' 24 siegħa xogħol u 24 siegħa frank, meta l-esiġenzi tal-Korp jippermettu, diġa` għandhom il-konċessjoni ta' 10 sigħat mistrieħ kif jidher hawn taħt : 1.00 p.m.-4.00 p.m.Rest at Station 8.00 p.m.-9.00 p.m.Rest at Station 1.00 a.m.-7.00 a.m.Rest at Station Dawn id-direttivi nħarġu permezz ta' Ċirkularijiet Numri 99/80 u 39/80. Mhux dejjem ikun possibli li jittieħed il-mistrieħ kollu konċess, u huwa għalhekk li dawn il-membri tal-Korp l-għada tad-'duty' tagħhom jieħdu 24 siegħa mistrieħ.
Leg 9 PQ #7365 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuna misjuba mejta fis-Siġġiewi

Question

In vista tar-rapporti li dehru fuq il-ġurnal "l-orizzont" tat-23 ta' April, 1999 dwar il-każ ta' Carmel Frendo mis-Siġġiewi li kien instab mejjet fil-vettura tiegħu fil-25 ta' Frar 1990, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija hux ser tissokta b'aktar investigazzjonijiet dwar il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fatt li l-litigazzjoni ċivili bejn iż-żewġ partijiet ġiet transatta bi qbil bejniethom, ma intefa` ebda dawl ġdid fuq dan il-każ. 31.05.99(a.m)
Leg 9 PQ #7366 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — PSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li għaddew passi dixxiplinarji quddiem il-PSC jew quddiem il-qrati kriminali bejn Mejju, 1980 u April, 1987 u minn Mejju, 1987 sal-ġurnata tal-lum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kull każ, meta ġara, fuq xiex kien il-każ, u x'kien l-eżitu?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra. 31.05.99(a.m.)
Leg 9 PQ #7152 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin waqfet il-konswetudni li wara nofsinhar lill-ħabsin tingħatalhom panina kull wieħed? Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Direttur tal-ħabs ta ordni biex min mill-ħabs irid panina jkun irid jinkiteb għand l-uffiċjal inkarigat tad-Division?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mhux minnu li twaqqfet il-konswetudini li wara nofs inhar tingħata panina lil kull priġunier. Peress li kien qed jintrema numru konsiderevoli ta` panini kull jum, ittieħdu miżuri biex din il-ħela ma ssirx. Kull priġunier li jkun irid qed jingħata din il-panina. Għalhekk mhix l-intenzjoni ta' l-awtoritajiet tal-ħabs li jittieħdu l-'ħobżna ta' kuljum' lill-priġunieri. 24.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7146 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC/Maltacom — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm arretrati ta' kontijiet tat-telefon, ta' l-ilma u tad-dawl fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin mal-Maltacom u l-Water Services Corporation?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7147 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Telefonati tal-priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fejn qabel il-gvern kien iħallas għal telefonata ta' ħames minuti kull priġunier sia telefon u sia telecell, issa ingħatat ordni sabiex il-priġunier li jċempel fuq telecell irid iħallas tliet minuti l-priġunier minn telefonata ta' sitt minuti?

Response (BORG, TONIO)

Kull priġunier għandu privileġġ u mhux dritt, li jagħmel telefonata ta' sitt minuti lill-familjari tiegħu kull jum. Ninsab infurmat li hemm madwar għaxar priġunieri li jċemplu għal fuq mobile phone flok għal fuq telefon normali. Ftit taż-żmien ilu ingħatat ordni li dawk li jċemplu għal fuq mobile phone, it-telefonata tagħhom tkun ta' tlett minuti flok sitta. Dawk li jixtiequ jagħmlu telefonata ta' sitt minuti, jridu jħallsu tat-tlett minuti żejda li huma jagħmlu. L-Onor. Interpellant japprezza li telefonata ta' sitt minuti għal fuq mobile phone tiswa madwar Lm1.75 filwaqt li telefonata għal fuq telefon normali tiswa biss għaxar ċenteżmi. Dawk it-telefonati li jagħmlu l-priġunieri biex jagħmlu kuntatt ma' l-avukat difensur tagħhom jitħallsu kollha mid-dipartiment kemm jekk it-telefonata ssir għal fuq telefon normali u kemm jekk issir għal fuq mobile phone. 24.05.99 (a.m.)