Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għall-post ta' youth coordinator fis-sezzjoni taż-żgħażagħ fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jista' jikkonferma li, uffiċjalment, diġa' ġie magħżul għal din il-kariga l-persuna li ismu qed jintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Skond l-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta` Frar, 2000, l-applikazzjonijiet għall-post li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant jintlaqgħu mid-Direttur tas-Servizzi Korrettivi sas-17 ta` Marzu, 2000, u għalhekk għadhom ma għalqux.
L-allegazzjoni fl-aħħar domanda hija miċħuda bil-qawwa kollha.
B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 14307, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt sarx rapport dwar dawn iż-żewġ każijiet minn terzi fl-għassa tal-pulizija indikata u, jekk iva, jekk il-pulizija humiex jinvestigaw dan ir-rapport?
Response (BORG, TONIO)
Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14307.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx rapport minn persuna fl-għassa tal-pulizija ta' B'Kara li għandu x'jaqsam mal-każijiet ta' omiċidji ta' Raymond Caruana u ta' Wilfred Cardona? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti dan ir-rapport?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, kif għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3970, dan il-każ huwa sub judice.
Dwar it-tieni każ, ninsab infurmat li dan huwa suġġett ta` inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin. Għaldaqstant ma nħossx li f`dan l-istadju għandhom jiġu ppublikati dettalji dwar dan il-każ.
Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12816, il-Ministru ta' l-Intern irrifera l-ewwel parti ta' dik il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, jista' l-Ministru jgħid, mingħajr ma jingħataw ismijiet, kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' omiċidju volontarju quddiem il-qorti kriminali mill-1987 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi l-persuni msemmijin f`din il-Mistoqsija jiġu mressqa l-Qorti u akkuzati mill-Pulizija Ezekuttiva, u billi l-Qrati ma jżommux statistika dettaljata dwar il-kazi, nissuġġerixxi li din il-mistoqsija tiġi riferita lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12817, il-Ministru ta' l-Intern irrifera l-ewwel parti ta' dik il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, jista' l-Ministru jgħid mingħajr ma jagħti ismijiet, kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet tal-ferita gravi segwita bil-mewt quddiem il-qorti tal-ġustizzja mill-1987 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, billi l-persuni msemmijin f`din il-Mistoqsija jiġu mressqa l-Qorti u akkuzati mill-Pulizija Ezekuttiva, u billi l-Qrati ma jzommux statistika dettaljata dwar il-kazi, nissuġġerixxi li din il-mistoqsija tiġi riferita lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12816, il-Ministru ta' l-Intern irrifera l-ewwel parti ta' dik il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, jista' l-Ministru jgħid, mingħajr ma jingħataw ismijiet, kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' omiċidju volontarju quddiem il-qorti kriminali mill-1987 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni ghada qed tingabar, tinghata risposta f`xi seduta ohra.
Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 12817, il-Ministru ta' l-Intern irrifera l-ewwel parti ta' dik il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, jista' l-Ministru jgħid mingħajr ma jagħti ismijiet, kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet tal-ferita gravi segwita bil-mewt quddiem il-qorti tal-ġustizzja mill-1987 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni ghada qed tingabar, tinghata risposta f`seduta ohra.
Mingħajr ma jingħataw ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' omiċidju volontarju quddiem il-qorti kriminali mill-1987 'il hawn? Kemm instabu ħatja, x'piena ngħataw u kemm servew żmien fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin kull persuna?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Tweġiba għat-tieni parti tal-Mistoqsija tkun tista` tingħata wara li l-ewwel parti tkun ġiet imwieġba.
Mingħajr ma jingħataw ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' ferita gravi, segwita bil-mewt, quddiem il-qrati tal-ġustizzja mill-1987 'l hawn? Kemm instabu ħatja? X'piena ngħataw u f'każ li ntbagħtu xi persuni l-ħabs, kemm servew żmien fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal kull persuna?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12816 f`din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kummissjoni biex tagħmel rakmandazzjonijiet dwar proċeduri ġodda kif tittieħed ix-xhieda ta' minuri f'proċeduri kriminali dwar abbużi sesswali, għadhiex teżisti? Jekk iva, meta se jaslu r-rakkmandazzjonijiet? Jekk le, għaliex ġiet xolta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni msemmija ghada tezisti izda ghada ma kkonkludietx ir-rapport taghha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi tal-marka Daewoo fil-Korp tal-Pulizija? Jistgħu jingħataw dettalji ta' meta nxtraw, kemm bħala flotta u kemm jekk inxtraw separatament? Kemm kienet in-nefqa kumplessivament? Kienet inħarġet sejħa għall-offerti jew inxtraw b'direct order?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korp jagħmel użu minn 31 vettura tal-marka li rreferit għaliha l-Onor. Interpellant minn 40 li ġew akkwistati. Dawn l-40 ġew akkwistati hekk :
Fl-1994 u 1995 inxtraw 30 bil-prezz ta` Lm119,850.
Fl-1997 il-kumpanija tat b`donazzjoni 10 vetturi lill-Korp tal-Pulizija.
B'riferenza għall-vetturi Daewoo li jintużaw għas-servizz fil-Korp tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kellhom bżonn service jew maintenance mill-ġurnata meta ġew akkwistati sal-ġurnata tal-lum? Kien hemm xi vetturi minn dawn li għamlu xi żmien weqfin minħabba nuqqas ta' spare parts? Jekk iva, kemm damu weqfin? Għad hemm xi vetturi minn dawn li huma weqfin minħabba nuqqas ta' spare parts? Jekk iva, kemm ilhom weqfin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta` statistika għal kull vettura partikolari li għandu l-Korp tal-Pulizija. Pero` infurmat li service u maintenance tal-vetturi isir fuq bażi regolari. Infurmat ukoll li kien hemm okkażżjonijiet fejn xi vetturi, inkluż dawk tal-marka li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, għamlu xi żmien weqfin jistennew spare parts. Fil-preżent ma hemmx vetturi tal-Pulizija weqfin minħabba nuqqas ta` spare parts.
Mingħajr ma jingħataw ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' omiċidju volontarju quddiem il-qorti kriminali mill-1987 'l hawn, kemm instabu ħatja u kemm servew żmien fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal kull persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi l-akkuzi isiru mill-Pulizija Ezekuttiva, u billi l-persuni jitressqu l-Qorti mill-istess Pulizija Ezekuttiva, qed ikun suggerit illi din il-Mistoqsija tkun riferuta lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Dwar kemm il-ħatja servew fil-Facilita` Korrettiva ta` Kordin, din l-informazzjoni tista` tinkiseb mid-Direttorat ta` l-istess Facilita.
Mingħajr ma jingħataw ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati persuni fuq każijiet ta' feriti gravi, segwita bil-mewt, quddiem il-qrati tal-ġustizzja mill-1987 'l hawn, kemm instabu ħatja, x'pieni ngħataw, u f'każ li ntbagħtu xi persuni l-ħabs kemm servew żmien fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin għal kull persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi l-akkuzi isiru mill-Pulizija Ezekuttiva, u billi l-persuni jitressqu l-Qorti mill-istess Pulizija Ezekuttiva, qed ikun suggerit illi din il-Mistoqsija tkun riferuta lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Dwar kemm il-ħatja servew fil-Facilita` Korrettiva ta` Kordin, din l-informazzjoni tistat` tinkiseb mid-Direttorat ta` l-istess Facilita.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li ngħata lis-soċjeta Eureka fir-Reġistru Pubbliku tard fl-1999 ngħatax b'direct order? Jista' jgħid kemm se jiġi jiswa lill-gvern dan il-kuntratt? Jekk il-kuntratt ngħata b'direct order, jista' jgħid għaliex ma ntalbux offerti mingħand terzi?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 10635 u 10750.