Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17006 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ditta Borg Bros

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk l-għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17007 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ditta Borg Bros

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jagqgħu taħt i-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba għada qeda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Ditta Borg Bros

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17009 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ditta Borg Bros

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitlbua għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita'li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #16970 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ditta Borg Bros.

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamar u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16972 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ditta Borg Bros.

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, JOE)

Minn Settembru 1998 sal-lum ma ngħata l-ebda tender lid-ditta Borg Bros. Nixtieq inżid ngħid iżda li matul din is-sena finanzjarja din id-ditta tqabbdet iġġor xi affarijiet għall-Ministeru u għal Malta-EU Information Centre għas-somma globali ta' Lm115 inkluż il-VAT.
Leg 9 PQ #16973 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ditta Borg Bros.

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li ngħataw xi kuntratti jew 'direct orders' mill-Ministeru għall-Ambjent minn Settembru 1998 sa llum lid-ditta msemmija.
Leg 9 PQ #17000 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għal Għawdex

Ditta Borg Bros. — Tenders

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Tista' l-Ministru tgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex ma ta l-ebda offerta jew direct order lid-ditta Borg Bros fil-perjodu li għalih l-onorevoli interpellant għamel referenza.
Leg 9 PQ #17001 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ditta Borg Bros. — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għal offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħek?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17002 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ditta Borg Bros. — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Minsitru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #16809 Sitting 312 2000-06-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Finanzi

Tenders — Ġarr u Trasport

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta'Triq id-Demnuq, Siggiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lil-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi, fid-Dipartimenti li jaqghu taht id-dekasteru tieghi nghataw dawn it-tenders ghall-garr u trasport ta ghamara u merkanzija lid-Ditta Borg Bros: Tender tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni ghas-snin 2000 u 2001. Tender tad-Dipartiment tal-VAT ghas-sena 1998 li gie estiz sal-31 ta Marzu 2000. Tender tad-Dipartiment tad-Dwana ghas-snin 1999-2000. Dawn it-tenders inghataw wara sejha ghall-offerti fil-Gazetta tal-Gvern.
Leg 9 PQ #16541 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs ċivili — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx sospiżi mix-xogħol, jew se jittieħdu passi kontra tagħhom quddiem il-PSC, xi uffiċjali tal-ħabs li ma kenux fejn kienu dettaljati li jaħdmu, u cioe' fid-diviżjoni sitta tal-ħabs, dakinhar u dak il-ħin li ħarbu mill-ħabs erba' priġunieri fid-29 ta' Marzu, 2000? Jista' jikkonferma li uffiċjal tal-SRT li kien dettaljat li jaħdem fid-division 6 dakinhar, kien qiegħed jilgħab d-darts f'każin ġewwa Raħal Ġdid?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16223, ninsab infurmat li fid-29 ta` Marzu 2000, fil-ħin li ħarbu l-erba` priġunieri mid-Diviżjoni 6 ma kien hemm l-ebda uffiċjal ta` l-SRT li kien dettaljat f`din id-Diviżjoni.
Leg 9 PQ #16542 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Droga - Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ħabs huwiex jintuża xi apparat speċjali li jimmarka l-preżenza tad-droga fuq persuna? X'inhu eżatt dan l-apparat, meta u minn fejn inxtara u kemm jiswa? Liema droga kapaċi jimmarka dan l-apparat? Min u fejn ġie mħarreġ biex juża dan l-apparat? Jista' jgħid dan l-apparat jintużax biss fuq il-priġunieri u jekk l-apparat huwiex jintuża x'imkien ieħor minbarra l-ħabs? Xi proċeduri kontra l-priġunieri jew il-familjari tagħhom ittieħdu dawn l-aħħar ġimgħat abbażi ta' dak li indika dan l-apparat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-aħħar tas-sena 1998 kien inxtara apparat magħruf bħala DRUGS DETECTION KIT mingħand id-ditta Ingliża 'Global Technical Limited' għall-prezz ta` Lm8,229.93c. Dan l-apparat jindika l-preżenza tad-droga kokaina, eroina, cannabis, D-Meths u amfetamini, kif ukoll jindika l-preżenza ta` esplussivi bħal Kinetek, C4, dinamite u TNT. Membri ta` l-SRT kienu ġew imħarrġa kif jużaw dan l-apparat minn rappreżentanti ta` l-istess kumpanija mnejn inxtara. Ninsab infurmat ukoll li dan l-apparat jintuża fil-ħabs biss meta u fejn ikun hemm bżonn. Kien hemm okkażjonijiet fejn dan l-apparat intuża waqt li l-uffiċjali jkunu deħlin għax-xogħol fil-faċilita`. Meta dan l-apparat jintuża fuq xi familjari tal-priġunieri u jagħti indikazzjoni ta` preżenza ta` droga, il-persuna konċernata issirlha strip search. Jekk ma jinstab xejn fuqha, din il-persuna titħalla tagħmel il-viżita mall-priġunier fil-preżenza ta` uffiċjal . F`każ li tinstab xi droga, ovvjament tiġi infurmata l-pulizija biex tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #14930 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Uffiċjali

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14700, jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċjali korrettivi li kienu nkarigati jaħdmu "id-detail" taħt l-amministrazzjoni preċedenti, u li isimhom qiegħed jintbagħat separatament, ma kenux jaħdmu fl-uffiċċju tad-direttur bħalma hu qiegħed jagħmel is-surġent, li ismu wkoll qiegħed jintbagħat separatament, u li llum huwa nkarigat mid-"detail"?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ż-żewġ uffiċjali korrettivi li kienu nkarigati jaħdmu d-detail ta` l-uffiċjali fil-Faċilita` Korrettiva taħt l-amministrazzjoni preċedenti ma kienux jaħdmu fl-uffiċċju tad-direttur iżda kellhom uffiċċju għalihom. Ninsab infurmat ukoll li s-surġent li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma jagħmilx biss ix-xogħol tad-detail kif kienu jagħmlu ż-żewġ uffiċjali msemmija, iżda jagħmel dak ix-xogħol kollu li jikkonċerna l-uffiċċju ta` l-amministrazzjoni tal-ħabs, li beda jinkludi wkoll iż-żamma tar-rekords uffiċjali ta` l-impjegati kollha fil-Faċilita` li qabel kien isir minn żewġ uffiċjali nisa.
Leg 9 PQ #14703 Sitting 262 2000-03-14 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Vetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'użu qed isir minnhom iż-żewġ vetturi ġodda tas-servizz li għadhom kemm inxtraw mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ż-żewġ vetturi li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant qed jintużaw għal qadi tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi. Ninsab infurmat ukoll li, bl-iskop li dawn il-vetturi jintgħarfu li huma vetturi tal-gvern, twaħħlulhom stickers fuq il-ġnub bil-kliem 'Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi' kif ukoll l-emblema tad-Dipartiment.

Żebbuġ — Triq is-Siġġiewi - Pelican Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għad-dewmien sabiex fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ fil-viċinanzi tal-Peridot Hall, issir pedestrian crossing bit-traffic jew pelican lights? Jaf il-Ministru li f'kull ħin u f'kull mument jaqsmu din it-triq nies li ġejjin u sejrin minn u għal ġo Triq Ganni Cilia, Żebbuġ u jista' jinqala' xi inċident stradali traġiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lid-Dipartiment ikkonċernat biex isiru `surveys` biex jekk hu possibli l-`Pelican Lights` mitluba mill-Onor. Interpellant jiġu nstallati. Fill-fatt jien infurmat li qiegħed isir `survey` tal-lokalita` mid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jiġi stabbilit x`l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #14698 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Bord ta' l-Għażla

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-bord ta' l-għażla għall-interviews tar-rekluti l-ġodda ta' l-uffiċjali korrettivi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Hemm f'dan il-bord membru li jirrappreżenta lill-PSC, u jekk le, għaliex ma ġiex maħtur wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-bord ta` l-għażla għal postijiet ta` gwardjani ġodda fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li ġie approvat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hu kompost mill-persuni kif jidher hawn taħt : - Chairman Is-Sur Emanuel Cassar Direttur Servizzi Korrettivi Membri Is-Sur Joseph Ebejer Direttur Is-Sur Ronald Kelly Spettur tal-Pulizija Is-Sinj. Rose Rappreżentanta tal- Plumpton Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru Ninsab infurmat ukoll li mhix il-prassi li f`bord ta` għażla jkun maħtur membru li jirrapreżenta speċifikament il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, meta l-membri tal-bord ikunu nħatru bl-approvazzjoni ta` l-istess Kummissjoni.
Leg 9 PQ #14699 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta' kemm ħadu sigħat f'overtime l-impjegati tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, esklużi dawk ta' l-SRT, minn Lulju 1999 sa l-aħħar ta' Frar, 2000, persuna persuna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta` sigħat f`overtime li nħadem bejn Lulju 1999 u Frar 2000 mill-impjegati tal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, esklużi l-membri ta` l-SRT, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #14700 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-eżiġenzi tas-servizz li għalihom l-uffiċjali korrettivi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fid-dogs section m'għadhomx jaħdmu bix-shift iżda bil-ġurnata u x'inhuma l-eżiġenzi tas-servizz li għalihom is-surġent, li ismu qiegħed jintbagħat separatament, qaleb għas-sistema tax-shift minflok dik bil-ġurnata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li x-xift tal-uffiċjali li jaħdmu fit-taqsima tal-klieb inbidel b`effett mill-1 ta` Marzu 2000. Dan sar biex jiġu mnaqqsa l-ispejjeż u dan sar mingħajr ma ġiet ippreġudikata l-effiċjenza u s-sigurta` fil-Faċilita`. Ma nistax nifhem kif l-Onor. Interpellant wasal għall-konklużjoni li s-surġent li qed jirreferi għalih, bidel ix-xift tiegħu. Dan għaliex l-uffiċjali li jaħdmu fl-uffiċċju tad-direttur baqgħu bl-istess xift li kien hemm taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #14701 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Karozza

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-vettura ta' l-għamla Commodore li kienet tintuża mis-segretarju permanenti tal-Ministeru ta' l-Intern qiegħda issa tiġi wżata mid-direttur tal-ħabs? Jekk iva, jista'l-Ministru jgħid jekk din hijiex l-unika vettura wżata mid-direttur tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-vettura li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet trasferita għall-użu tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi f`Diċembru, 1999, iżda din qed tintuża biss f`każ ta` neċessita`. Kien hemm okkażżjonijiet fejn din il-vettura intużat mid-direttur ta` l-imsemmi Dipartiment meta il-karozza li juża hu kienet għal xi tiswijiet jew kienet qed tintuża minn membri tal-SRT meta dawn kienu qed ifittxu liż-żewġ priġunieri li kienu ħarbu mill-S.A.T.U. fi Frar li għadda. Ninsab infurmat ukoll li d-Direttur tas-Servizzi Korrettivi jagħmel użu minn vettura tal-għamla Hyundai Lantra li kienet inxtrat ħames snin ilu u għalhekk, għalkemm bħala kap ta` dipartiment għandu kull dritt li juża kwalunkwe vettura tad-dipartiment, huwa ma għandu l-ebda bżonn li juża vetturi oħra ħlief meta jkollu l-vettura tiegħu bil-ħsara.