Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu operati l-bastimenti "Garibaldi" u "Sea salvor" f'każ ta' rutina normali u f'każ ta' emerġenza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-bastiment Garibaldi jintuża biss f`każi ta` emerġenza li jinkludu każi ta` nirien fuq bastimenti fuq il-baħar, kif ukoll jagħti assistenza f`każ ta` inkwinament tal-baħar.
Dan il-bastiment jintuża wkoll bħala 'depot' tul ix-xhur tas-Sajf biex jagħti assistenza f`każ ta` inċidenti fuq il-baħar.
Ninsab infurmat ukoll li t-Tug Boat Sea Salvor jintuża wkoll għall-istess skopijiet, minbarra minn dak indikat fix-xhur tas-Sajf. Bħalissa dan it-tug boat jinsab mikri lit-Tug Malta Ltd. b`kundizzjoni li jissejjaħ lura mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f`każ ta` emerġenza.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 18748, jista' l-Ministru jikkonferma li d-Distrett Nru. 1, huwa mlaħħaq minn supretendent wieħed biss, filwaqt li d-distretti l-oħrajn huma mlaħħqa minn aktar minn supretedent wieħed għal kull distrett?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma hemmx Distretti tal-Pulizija li għandhom assenjat lilhom aktar minn Supretendent wieħed.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitlbua għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita'li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Minsitru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali ma ħareġ ebda tender għall-ġarr u trasport t`għamara eċċ tal-Uffiċini minn Settembru 1998 `l hawn.
Ingħataw direct orders sporadiċi, mill-Ministeru u mid-Dipartimenti li jaqgħu taħtu kif muri fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Dawn id-direct orders kienu dejjem, skond il-limiti finanzjarji kif ipprovduti fir-Regolamenti Finanzjarji tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ikun hemm membri jaħdmu matul il-lejl, u ċioe' minn nofs il-lejl sas-6.30 a.m., kull nhar ta' ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? U kemm ikun hemm membri jaħdmu fil-ħinijiet ta' matul il-ġurnata fl-istess ġranet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-iljieli tal-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd ikun hemm erbgħa u għoxrin (24) membru tal-Protezzjoni Ċivili jaħdmu f`dan id-Dipartiment.
Fl-istess ġranet, in-numru ta` membri li jaħdmu matul il-ġurnata jista` jlaħħaq in-numru ta` ħamsa u tletin (35 ruħ).
Jista' l-Ministru jgħid kif kien mqassam id-detail tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-Ġimgħa 7 ta' Lulju, 2000 tal-Ġimgħa, 14 ta' Lulju, 2000 bix-shifts kollha ndikati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn il-Ġimgħa 7 ta` Lulju 2000 u l-Ġimgħa 14 ta` Lulju 2000 il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu mqassmin kif indikat hawn taħt:
Station S 7 8 9 10 11 12 13 14
D N D N D N D N D N D N D N D N
FLORIANA A 6 4 6 4 7 5
B 8 6 7 7 4 4
C 7 5 7 7
ĦAL FAR A 6 4 5 4 5 4
B 5 4 6 6 5 4
C 6 6 4 4
XEMXIJA A 5 4 4 4 4 4
B 4 4 4 4 4 4
C 4 4 4 4
CORRADINO A 5 4 3 3 5 4
B 6 4 5 4 5 4
C 7 5 6 4
GOZO A 4 4 4 4 5 4
B 4 4 4 4 4 4
C 5 4 4 4
MARINE A 3 3 5 5 5 4
B 4 4 2 2 3 3
C 4 4 4 4
TOTAL 29 23 31 26 33 28 27 24 28 27 29 27 31 25 25 23
S - ifisser shift (shift A, B, C)
D - ifisser jum [07.00a.m. – 12.00a.m. (nofs il-lejl)]
N - ifisser lejl [12.00a.m. (nofs il-lejl) – 07.00a.m.]
Jista' l-Ministru jgħid x'ħin seħħ l-inċident awtomobilistiku traġiku l-inċident il-pulizija u l-membri tad-Dipartment tal-Protezzjoni Ċivili? X'ħin inqala' l-vittma minn ġot-tifrik? X'ħin kien meta l-vittma ġiet iddikjarata mejta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li skond ma huwa recorded għand il-Pulizija l-inċident li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant, seħħ għall-ħabta tas-6.15a.m. u l-Pulizija waslet fuq il-post immedjatament wara.
Għal dak li jikkonċerna d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ninsab infurmat li l-ewwel unit tad-Dipartiment wasal fuq il-post għal ħabta tas-6.18a.m. u minnufih bdiet l-operazzjoni ta` salvataġġ fejn l-ewwel li sar kien li nfetaħ aċċess qalb it-tifrik sabiex tiġi iċċekjata l-kundizzjoni tas-sewwieq involut. Ftit wara wasal fuq il-post ta` l-inċident tabib miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta li kien ġie msejjaħ fuq il-post. Iċ-ċertifikat li s-sewwieq kien mejjet rilaxxat mit-tabib, jindika l-ħin tas-6.35a.m.
L-operazzjoni tad-dipartiment waqfet sakemm l-esperti tal-Qorti kienu qed jagħmlu aċċess fuq il-post u wara tkompliet u l-vittma ġiet liberata minn ġot-tifrik għal ħabta tad-9.30a.m.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm managers fid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jgħid x'qasam jisvolġa kull manager f'dan id-dipartiment?
Response (BORG, TONIO)
Fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hemm jaħdmu tlett "Operations Managers" li qed jaqdu d-dmirijiet bħala:
1. Manager (Marine Unit) – jiġifieri fil-qasam Marittimu u f`dawk ir-riskji kkonċernati mal-baħar. Dan il-manager jaqdi wkoll id-dmirijiet ta` deputat direttur fl-assenza tad-Direttur u jagħmila anke bħala "master" biex isuq xi waħda miż-żewġ laneċ li d-Dipartiment għandu f`każ ta` emerġenza.
2. Manager (Training and Education) – jiġifieri li jmexxi programmi ta` taħriġ kemm lill-membri ta` dan id-Dipartiment kif ukoll lill-pubbliku permezz ta` "visits" li jsiru fl-iskejjel jew mill-istess skejjel ġewwa l-"fire stations" u programmi ta` taħriġ lill-impjegati tad-dipartimenti tal-gvern.
3. Manager (Onshore Resources) – jiġifieri li jieħu ħsieb ir-riżorsi li hawn fuq l-art li jistgħu jintużaw f`każ ta` xi emerġenza u li jindika dawk ir-riskji li jeżistu fuq l-art.
Dawn it-tlett managers qed ukoll joħorġu fuq inċidenti u jmexxu l-operazzjonijiet minn fuq il-post meta jkun meħtieġ li jsir hekk.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 18488, jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru, li mhumiex "interni", fil-ħarba ta' Azzabi s-sena l-oħra?
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 18489, jista' l-Ministru jgħid kif inhuma mqassmin is-sitt supretendenti assenjati fid-distretti tal-Korp tal-Pulizija, supretendent, supretendent?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm Supretendent assenjat għal kull wieħed mid-Distretti tal-Pulizija Numru 1;3;6;8;9 u 10.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir mir-riforma ossia modernizzazzjoni fil-korp tal-pulizija li beda l-aħħar gvern Laburista wara Ottubru 1996?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar xhur, il-Korp tal-Pulizija kompla bil-ħidma sabiex ikun aġġornat maż-żminijiet, billi fost l-oħrajn tkompla l-programm ta` kompjuterizazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, li kien inbeda fl-1987 u li tiegħu tajt dettalji fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 10539. Ġie mniedi l-pjan strateġiku 1999 - 2001, għola l-livell ta` edukazzjoni kemm f`dak ta` reklutaġġ kif ukoll permezz ta` sponsorships ta` korsijiet full-time fl-Universita` lill-membri tal-Korp, ġiet introdotta r-ronda f`lokalitajiet turistiċi matul is-sajf u anke` Mobile Police Station. Ġew introdotti l-complaints handling machanism u l-Internal Affairs Unit. Bdiet ukoll tiffunzjona t-Taqsima tat-Tifi tan-Nar fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Kif wieħed jista` japprezza, programm ta` modernizzazzjoni, huwa minnu nnifsu proċess kontinwu li ma jieqaf qatt u mhuwiex marbut ma` xi programm wieħed partikolari. Għall-konvenjenza ta` l-Onor. Interpellant qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-proġetti mwettqa. Dan seta` jsir biż-żjieda ta` 40% fl-ispiża kapitali fil-Korp tal-Pulizija komparat mas-sena 1998.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet interni dwar il-ħarba tal-priġunier Azzabi; l-investigazzjonijiet interni u dawk tekniċi dwar il-ħarba ta' erba' priġinieri mid-diviżjoni sitta f'Marzu li għadda; u l-investigazzjonijiet interni, jekk hemm, dwar il-ħarba ta' tlett priġunieri mill-"Yours" f'Ġunju li għadda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-każ tal-ħarba ta` Azzabi ma saret l-ebda inkjesta interna mid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi peress li dan il-priġunier ma ħarabx mill-ħabs iżda ħarab meta kien taħt il-kustodja ta` l-iskorta li kellu miegħu.
Fil-każ tal-ħarba ta` l-erba` priġunieri mid-Diviżjoni Sitta f`Marzu li għadda, skond ir-Regolamenti tal-Ħabs ir-rapport intern li kien sar mid-Direttur kien intbagħat lili bħala Ministru ta` l-Intern u lil Avukat Ġenerali.
Ninsab infurmat ukoll li l-inkjesta interna dwar il-ħarba tat-tliet priġunieri mill-'YOURS' f`Ġunju li għadda għadha ma ġietx konkluża billi għad jonqos xi informazzjoni li għandha tasal minn barra l-ħabs.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma "l-eżiġenzi tas-servizz" li minħabba fihom għadhom ma ġewx maħtura supretendenti ġodda fil-korp tal-pulizija? Jista' l-Ministru jgħid kif inhuma mqassmin mad-distretti s-supretendenti attwali?
Response (BORG, TONIO)
Il-pjan strateġiku 1999 - 2001 tal-Korp tal-Pulizija, li ġie pubblikat, jagħti indikazzjonijiet ċari tad-direzzjonijiet u oġġettivi ġodda li jinħtieġ jieħu l-Korp fil-futur, u dawn joħolqu minnhom infushom esiġenzi ġodda għall-Korp.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi hemm sitt Supretendenti assenjati fid-Distretti.
Nassigura lill-Onor. Interpellant li dak li ma rnexxiliex tagħmel l-Amministrazzjoni preċedenti dwar ħatriet ta` vakanzi fil-grad ta` Supretendent, se jitwettaq mill-Korp tal-Pulizija taħt din l-Amministrazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'sorveljanza qiegħda ssir mal-kosta, l-ixtut u l-bajjiet ta' Malta u Għawdex mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili in vista ta' l-imwiet traġiċi fil-baħar matur dawn l-aħħar ġimgħat? Jista' l-Ministru jgħid kif ġew dettaljati r-riżorsi umani ta' dan id-dipartiment ma' l-ixtut u l-bajjiet ta' Malta u Għawdex għall-iskop ta' sorveljanza matul ix-xhur ta' Mejju, Ġunju u sat-18 ta' Lulju, 2000? Jista'l-Ministru jgħid jekk kienux dettaljeti riżorsi umani mid-dipartiment f'dawk l-ixtut u bajjiet fejn u fil-ħin li seħħew l-imwiet traġiċi matul dawn l-aħħar xhur?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed iħaddem il-'lifeguard services' f`erba` bajjiet prinċipali f`Malta. Dan is-servizz qed jiġi provdut matul is-Sibtijiet, il-Ħdud, il-festi u nhar ta` Tnejn bejn l-għaxra ta` filgħodu u s-sitta ta` filgħaxija. Il-bajjiet huma l-Bajja tal-Mellieħa, il-Bajja ta` l-Armier, Golden Bay u Pretty Bay.
Dan is-servizz beda jiġi pprovdut mit-8 ta` Lulju, 2000, u ser jibqa` sejjer sal-15 ta` Settembru, 2000. Ma kienx hemm servizz qabel it-8 ta` Lulju, 2000.
Dan ix-xogħol qed jiġi kkordinat bejn dan id-Dipartiment u għaqdiet volontarji li huma ir-Red Cross Society, is-St. John Ambulance u s-St. John Rescue Corps. Normalment, f`dawn il-ġranet ikun hemm sitt 'rescuers' u/jew 'first aiders' membri ta` dawn l-għaqdiet volontarji f`kull bajja msemmija u dawn ikunu qed joperaw minn ġo mobile clinics pprovduti minn dan id-Dipartiment.
Barra minn hekk, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu tliet 'rubber dinghies' li qed jiġu operati minn sitt impjegati ta` dan id-Dipartiment u li huma mħarrġa fit-teknika ta` salvataġġ fil-baħar. Dawn id-dinghies qed ikunu disponibbli fil-ġranet indikati hawn fuq fil-bajjiet tal-Mellieħa, Golden Bay u l-Armier.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-maħfriet presidenzjali kollha li ngħataw mill-1987 sal-1996? Lil min ingħataw? X'kienet l-akkuża u/jew akkużi? X'kienet il-piena inflitta? X'tip ta' maħfra ngħatat għal kull waħda? Fejn kienu jirrisjedu dawk li ngħataw il-maħfra?
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li t-tenders li ġew 'awarded' lid-Ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi għal ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra huma:
Novembru 1998 - Ġarr ta' għamara u affarijiet mill-Ministeru fi
Triq ir-Repubblika għal Palazzo Spinola - kwotazzjoni nru. 598 datata 14/11/98 - Lm1,400
Jannar 2000 - Ġarr ta' mudelli tal-proġetti relatati mal-
Kumpless tal-White Rocks minn Palazzo Spinola għal Triq San Pawl, il-Belt u mill-Belt għall-Kumpless tal-White Rocks - Lm46.00
Ġunju 2000 - Ġarr ta' 'safe' kbir mill-ewwel sular ta'
l-Auberge d'Italie għal 'store' fi Triq il-Merkanti il-Belt - Lm80.50
Dawn it-tenders ingħataw b''direct order' skond il-proċeduri viġenti fis-servizz pubbliku.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-maħfriet presidenzjali kollha li ngħataw mill-1987 sal-1996? Lil min ingħataw? X'kienet l-akkuża u/jew akkużi? X'kienet il-piena inflitta? X'tip ta' maħfra ngħatat għal kull waħda? Fejn kienu jirrisjedu dawk li ngħataw il-maħfra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nagħmel referenza għal risposta għal mistoqsija Nru 535, jien infurmat li id-ditta Borg Brothers għamlu xogħol kif ġej:
Ġarr ta`għamara għad-Dipartiment tat-Toroq - Lm374 wara sejħa għal `quotations`.
Ġarr ta` sejf għad-dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili - Lm50 (Direct order)
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi Seduta oħra.