Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew kommessi reati mill-1 ta' Jannar, 1999 tal-31 ta' Diċembru, 1999 u mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-ġurnata tal-lum? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati għall-istess perijodi?
Response (BORG, TONIO)
Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal matul l-1999, nirreferih għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 12907 u Nru. 12967.
Rigward it-tagħrif mitlub għal matul is-sena 2000, ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru ġew irrapurtati lill-Pulizija 14,410 reat. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferih għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21218.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers fil-korp tal-pulizija mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-5 ta' Settembru, 1999 u mis-6 ta' Settembru 1999 sal-ġurnata tal-lum? Jista' jindika għal kull persuna mil-liema u għal-liema dipartment ġew affettwati dawn it-transfers?
Response (BORG, TONIO)
Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal perijodu mis-6 ta` Settembru 1998 sa` l-10 ta` Settembru 2000, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 10193, Nru. 12494 u Nru. 19254. Dwar il-perijodu bejn il-11 ta` Settembru u s-27 ta` Novembru 2000, ninsab infurmat li kien hemm 115 membru tal-Korp li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp, fosthom 15-il membru li ħadu promozzjoni. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, dan it-tibdil jsir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga f'Malta u f'Għawdex mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-ġurnata tal-lum li m'hijiex droga li nqabdet fl-ajruport jew fil-portijiet ta' Malta?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-31 ta' Diċembru, 1999 u mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-ġurnata tal-lum? Jista' jgħid x'kienet li nqabdet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant baqa` l-istess kif jidher fit-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 12767 u Nru. 19758.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu l-qorti persuni fuq abbużi ta' tlajjar għal skopijiet ta' prostituzzjoni mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-31 ta' Diċembru, 1999 u mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-ġurnata tal-lum? Jista' jispeċifika l-eta' tal-persuni hekk imressqa? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni li tressqu fuq tlajjar għal skopijiet ta' prostituzzjoni għandhom proċeduri pendenti jew diġa' ġew ikkundannati għal reati konnessi mal-pussess u traffikar tad-droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-31 ta` Diċembru 1999, tressqu l-Qorti 130 persuna fuq reati konnessi ma` prostituzzjoni, filwaqt illi bejn l-1 ta` Jannar u s-27 ta` Novembru 2000, tressqu 17-il persuna. L-eta` ta` dawn il-persuni kienet tvarja bejn is-16 u l-49 sena.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni rrikorrew għall-assistenza mill-vizzju tad-droga fid-Detox Centre għall-perijodi mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-31 ta' Diċembru, 1999 u mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-ġurnata tal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
1. Mill-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 1999, 759 persuni bi problema ta' droga attendew ġewwa ċ-Ċentru tad-Detox;
2. Mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Ottubru 2000, attendew 851 persuni fl-imsemmi Ċentru.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 21463, jista' l-Ministru jgħid kif jistgħu d-dettalji u l-ismijiet ta' ċittadini Maltin li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi ma jibqux biss id-dominju tad-dipartiment taċ-ċittadinanzi u cioe' tal-gvern iżda jkunu magħrufa għall-parlament?
Jista' l-Ministru jgħid kif qiegħed jiġi zgurat li d-dipartiment taċ-ċittadinanzi qiegħed jinforma bil-miktub kulmin huwa ntitolat li jżomm żewġ ċittadinanzi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Membru illi f`kull każ ta` konferma ta` ċittadinanza doppja, kopja ta` l-ittra ta` konferma li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza jibgħat lill-persuna li tkun għamlet it-talba, tintbagħat ukoll:
lill-Kummissarju Elettorali Ewlieni;
lid-Direttur, Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili;
lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku;
lill-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju tal-Passaporti (Għawdex) jekk il-persuna kkonċernata tkun toqgħod Għawdex.
Jekk l-Onor. Interpellant jaf b`xi każijiet ta` persuni li ilhom ħafna li talbu konferma dwar ċittadinanza doppja u għadhom ma rċevewx tweġiba, jiena lest li ninvestiga dawn il-każijiet jekk jgħaddhili l-informazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax titqiegħed letter box fl-inħawi ta' Triq il-Poeżija u Triq is-Siġġiewi. Ħaż-Żebbuġ, billi l-ewwel letter box li hemm għad-dispozizjoni tar-residenti ta' l-inħawi tinsab xi elf metru 'l bogħod fi Triq tad-Dawl, Ħaż-Żebbuġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f`ċirkostanzi bħal dawn il-Maltapost timxi fuq rakkomandazzjonijiet ta` l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta` l-ittri għal kull 3,000 resident. Ħaż-Żebbuġ hu fornut bin-numri ta` kaxxi ta` l-ittri ogħla minn dak rakkomandat mill-Unjoni Postali Universali. Għalhekk mhux possibbli li titwaħħal kaxxa ta` l-ittri addizjonali.
Madankollu, il-Maltapost dejjem lest tikkunsidra talbiet mill-Kunsill Lokali biex xi waħda mill-Kaxxi ta` l-ittri eżistenti tiġi rilokata b`mod li l-lokalita` msemmija tkun moqdija aħjar - naturlament, mingħajr ma jinħoloq ebda nkonvenjent għar-residenti tal-lokalita` oriġinali.
Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew detailed ir-rekluti l-ġodda fil-korp tal-pulizija mill-ġurnata meta daħlu fis-servizz aktar kmieni din is-sena? Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tar-rekluti b'riferenza għal kull moviment li għamlu mill-ġurnata meta daħlu fis-servizz sal-ġurnata tal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-rekluti li temmew il-kors tagħhom fl-Akkademja tal-Pulizija din is-sena ġew stazzjonati kif ġej:
Distrett
Nru. ta`
rekluti
Rekluti li ċċaqilqu għal post ieħor
Distrett
Nru. ta`
rekluti
Rekluti li ċċaqilqu għal post ieħor
Nru. 1
9
1
Nru. 6
13
3
Nru. 2
3
1
Nru. 7
8
Nru. 3
5
1
Nru. 8
12
5
Nru. 4
6
2
Nru. 9
12
Nru. 5
7
1
Mobile
1
Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid kull moviment ta` membri fil-Korp isir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid, in kwantu għall-miżura ta' taxxa fuq il-fringe benefits imħabbra fl-aħħar budget, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari u s-Segretarji Permanenti hux se jiġu ntaxxati bl-istess mod għall-fringes li jgawdu għall-użu ta' vettura governattiva u perks oħrajn li jiġu mal-kariga?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill- Onorevoli Interpellant li fid-dokument li tpogga fuq il-Mejda tal-Kamra dwar il-Fringe Benefits hemm indikat liema tip ta’ taxpayers, u taht liema kundizzjonijiet, huma ezentati minn xi hlas ta’ taxxa fuq xi forma ta’ Fringe Benefits.
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li fil-perjodu ta' bejn it-8 ta' Novembru 2000 sal-lum applikaw għas-sick leave u bagħtu ċertifikat mediku lid-Dipartiment tal-M.I. fid-Depot?
Jista' l-Ministru jgħid, għal kull persuna, l-ġurnata meta reġgħet daħlet għax-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ma nħossx li dettalji personali ta` din in-natura għandhom ikunu ppublikati.
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet qegħdin jinżammu jekk hemm, fil-każ tal-bomb hoaxes kontinwi li qegħdin isiru fil-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja u li qegħdin kważi kuljum iħarbtu x-xogħol u l-kawżi minħabba l-ordnijiet ta' evakwazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari nru 18480 f' seduta 356 .
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-ismijiet tal-passiġġiera kollha li mbarkaw fuq il-linja ta' l-ajru Air Malta limitatament għat-titjiera numru KM725 minn Casablanca (Marokk) għal Malta fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2000?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kunfidenzjali u għaldaqstant ma narax raġuni għaliex din għandha ssir pubblika.
Ħabs Ċivili — Manager Correctional Services Department
Question
B'riferenza għall-vacancy ta' manager correctional services department fil-Faċiita' Korrettiva ta' Kordin, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-esiġenzi tal-faċilita' li waslu għal mili ta' din il-kariga?
Response (BORG, TONIO)
L-esiġenzi li wasslu biex toħroġ din is-sejħa huma l-istess bħal dawk li kienu jeżistu fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti meta ħarġet is-sejħa għall-istess pożizzjoni f`Awissu 1997 u f`Awissu 1998, jiġifieri dak li l-post in kwestjoni huwa vakanti.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 21290, jista' jagħti l-ismijiet ta' l-1,147 persuna li ġew informati bil-miktb li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi, dik Maltija u l-oħra barranija li diġa' kellhom jew li akkwistaw waqt li kienu qed jgħixu barra minn Malta? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi ċ-ċittadinanza barranija li diġa' kellhom jew li akkwistaw waqt li kienu qed jgħixu barra minn Malta? Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċifra ta' 1,147 persuna hija esklussiva jew jekk għad jonqos li jiġu nformati xi persuni oħrajn, jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ġewx informati?
Response (BORG, TONIO)
Ma jidhirlix li hemm xi ħtieġa, li żgur ma toħroġx mill-liġi taċ-Ċittadinanza, biex l-ismijiet u dettalji oħra ta` ċittadini Maltin li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi jixxandru pubblikament.
Dwar in-numru ta` persuni li ġew affetwati bit-tibdil li sar fil-liġi taċ-Ċittadinanza, u li daħal fis-seħħ mill-10 ta` Frar 2000, ta` min jirrimarka li hemm eluf kbar li jistgħu jikkwalifikaw, speċjalment persuni li jgħixu barra minn Malta. Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza qed jagħmel l-almu tiegħu biex fl-iqsar żmien possibli jipproċessa n-numru ta` talbiet pendenti li jridu jiġu eżaminati każ b`każ.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol tal-paving ġewwa Triq Sidtna tal-Anġli, Ħaż-Żebbuġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsill Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda l-embellishment project fTal-Blat, Housing Estate, Qormi (non-council task)?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerrixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsilli tal-lokalita billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli ghalkemm fil-mistoqsija qed jinghad li dan il-progett huwa `non-council task`.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-embellishment ġewwa Triq il-Knisja, Ħaż-Żebbuġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet,esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha , fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ALE ressqet persuni l-qorti mill-lokalitajiet ta' Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi fuq akkużi konnessi mal-kaċċa u l-insib mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-ġurnata tal-lum? Jista' jgħid kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena aflitta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar sas-17 ta` Novembru 2000, is-sezzjoni tal-A.L.E. ressqet il-Qorti għoxrin (20) persuna mill-lokalitajiet ta` Ħaż Żebbuġ u s-Siġġiewi fuq akkużi konnessi mal-kaċċa u l-insib.
Tnax-il persuna instabu ħatja, tnejn ġew liberati, waqt li sitt kawżi għadhom 'sub judice'.
L-eżitu tal-każijiet li ġew deċiżi mill-Qorti kien kif ġej:-
Pieni
Numru
Liberat
1
Liberat u Konfiska
1
Lm30 Multa
1
Lm50 Multa
5
Lm50 Multa u Konfiska
1
Lm70 Multa
1
Lm100 Multa
1
Lm200 Multa
1
Lm300 u Konfiska
1
R&A
1