Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22327 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati bejn l-1 ta' Jannar, 2000 u l-31 ta' Diċembru, 2000? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2000, nirreferih għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21631. Għall-kumplament tas-sena 2000, ċioe` f`Novembru u Diċembru, ninsab infurmat li ġew irrapurtati lill-Pulizija 2,449 reat.
Leg 9 PQ #22328 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mwettaq serq bejn l-1 ta' Jannar, 2000 u l-31 ta' Diċembru, 2000? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq?

Response (BORG, TONIO)

Rigward it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2000, nirreferih għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 19988 u Nru. 20941. Għall-kumplament tas-sena 2000, ċioe` f`Novembru u Diċembru, ninsab infurmat li n-numru ta` serqiet li ġew irrappurtati lill-Pulizija kien ta` 1,469.
Leg 9 PQ #22329 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Trading Licences

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2001 humiex ser jogħlew ir-rati tat-Trading Licences tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2001 negozji u/jew professjonijiet li sal-lum ma jħallsux liċenzji, ser ikollhom jibdew iħallsu għal-liċenzji wkoll?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa għadu għaddej l-eżerċizzju sabiex ikunu devoluti l-liċenzji ta` negozju li jinħarġu mill-Pulizija. Il-ħsieb wara dan l-eżerċizzju mhux sabiex ikun hemm xi żieda fir-rati, iżda sabiex dawn il-pulizija jkunu jistgħu jikkonċentraw l-attenzjoni u l-attivitajiet tagħhom fuq xogħol purament relatat mall-Korp.
Leg 9 PQ #22330 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita Korrettiva ta' Kordin — Uffiċjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinari ttieħdu fil-konfront ta' uffiċjal tal-SRT fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li matul is-sick leave tiegħu inqabad jilgħab id-darts fuq l-iscreens tat-TV tas-Super 1?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa u l-każ kontra l-uffiċjal imsemmi mistenni li jiġi deċiż aktar tard dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #22002 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie rapportat serq matul 1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1997 1998 1999 2000* 7,443 7,988 9,096 8,897 *sal-31 ta` Ottubru.
Leg 9 PQ #22004 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati Kommessi matul l-1997

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew kommessi reati matul l-1997?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3836.
Leg 9 PQ #22076 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-data meta nxtraw il-vetturi li jintużaw mid-distretti, mill-mobile squad, mill-iskwadra ta' kontra l-vizzji u mis-CID fil-korp tal-pulizija, vettura, vettura? Jista' jgħid kemm hemm vetturi li bħalissa ma jistgħux jinstaqu minħabba xi ħsara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi (karozzi) fis-sezzjonijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, inxtraw kif ġej: Distretti 1997 1990 1999 2000 12 5 11 7 Mobile 1997 20 Vice Squad 1987 1996 1 1 CID 1994 1995 1996 1997 1999 5 1 2 4 5 Total 74 Minn dawn hemm sitt vetturi li bħalissa għandhom il-ħsara u għalhekk mhux qed jintużaw. Barra minn dawn hemm numru ta` karozzi li huma mikrijin.
Leg 9 PQ #22077 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ajruport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx eżerċizzju ta' reconciliation bejn in-numru u l-identita' tal-passiġġieri li jinbarkaw fuq titjiriet tal-linja ta' l-ajru Air Malta minn Casablanca (Marokk) u l-embarkation cards relattivi għall-istess titjiriet li jiġu depożitati ma' l-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni fl-ajruport?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull passiġġier ta` nazzjonalita` barranija, mal-wasla tiegħu f`Malta, irid jippreżenta lill-uffiċjal ta` l-immigrazzjoni id-dokument ta` l-ivvjaġġar tiegħu flimkien mad-disembarkation card. Dawn jiġu ivverifikati mill-uffiċjal ta` l-immigrazzjoni. Dan jgħodd ukoll għal titjiriet tal-linja ta` l-ajru Air Malta minn Casablanca.
Leg 9 PQ #21961 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita Korrettiva ta' Kordin — Trab Suspettuż

Question

B'riferenza għal-mistoqsijiet parlamentari nru. 12767 u 19758, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' trab suspettuż li nstab fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull meta nstab xi trab suspettuż fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin, dan dejjem ġie mgħoddi lill-pulizija fl-inkjesta maġisterjali. Billi l-każi huma pendenti, id-Dipartiment tal-Ħabs għadu ma rċeviex ir-rapporti finali li fihom tkun tinstab l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #21870 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — 25 servizz ta' uffiċjali korrettivi

Question

In vista tal-emendi li saru fil-liġi dwar l-għoti tal-pensjoni lill-uffiċjali korrettivi wara 25 servizz, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li għandu jsegwi l-uffiċjal meta jasal biex jirtira u x'inhu l-ammont tal-pensjoni li jkun intitolat għalih?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Parlament għad irid japprova r-Regolamenti tal-Pensjoni tal-Gwardjani, wara li ġiet emendata l-liġi li tat il-poter biex dawn ir-regolamenti jsiru.
Leg 9 PQ #21871 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs — Estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ward 10 tal-Isptar Monte Carmeli sarx estensjoni tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jekk iva, jista' jagħti d-data meta saret l-estensjoni tal-faċilita?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Avviż Legali Nru. 29 ta` l-2000.
Leg 9 PQ #21645 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħadmu sigħat f'overtime fil-korp tal-Pulizija matul is-snin 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika disponibbli dwar overtime maħdum minn membri tal-Korp hija dik dwar flus li jkunu tħallsu f`overtime. Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifika mill-Onor. Interpellant il-ħlasijiet kienu kif ġej:- Sena Ammont (Lm) 1998 276,954 1999 246,586 2000 (sa Ottubru) 227,483 Sa Ottubru 1998, il-Pulizija kienu jitħallsu għal overtime b`ħames xhur lura. F`Novembru 1998 dawn tħallsu ta` erba` xhur f`daqqa u hekk ġew b`xahrejn lura.
Leg 9 PQ #21646 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħadmu sigħat f'overtime fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin matul is-snin 1998, 1999 u 2000, sena sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` sigħat ta` overtime maħduma fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin fis-snin mitluba huwa kif ġej:- Sena Numru ta` sigħat 1998 99,077 1999 78,388 2000* 60,432 *sal-31 ta` Ottubru.
Leg 9 PQ #21647 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qegħdin jintbagħtu uffiċjali mill-Armata jgħassu l-konfini esterni tal-faċilita' korrettivi ta' Kordin, kuljum? Jista' jgħid jekk l-għassa hijiex qed issir fuq bażi ta' 24 siegħa fuq 24 siegħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Armata tipprovdi għassa mal-konfini esterni tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin kuljum fuq bażi ta’ 24 siegħa fuq 24 siegħa. L-Onorevoli Interpellant żgur li jifhem li għall-raġunijiet ovvji ma għandux jingħata n-numru ta’ uffiċjali ta’ l-Armata li jkunu għassa.
Leg 9 PQ #21637 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Traffikar ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi ma' pussess u traffikar tad-droga minn Ħaż-Żebbuġ, Siġġiewi, Ħ'Attard, Ħad-Dingli, l-Imdina, Ħal Qormi, Ħal Kirkop, Ħal Luqa u St. Venera mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-31 ta' Diċembru, 1999 u mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1999 2000 Pussess Traffikar Pussess Traffikar Ħaż Żebbuġ 5 5 3 xejn Siġġiewi 4 1 5 xejn Attard 3 3 1 1 Dingli xejn 1 1 xejn Mdina xejn xejn 1 xejn Qormi 9 15 9 4 Kirkop xejn xejn xejn xejn Luqa 2 1 1 xejn St. Venera xejn 1 2 xejn
Leg 9 PQ #21639 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — San Ġiljan/San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali tal-pulizija detailed fl-għases ta' San Ġiljan u San Ġwann, nhar is-Sibt 25 ta' Novembru, 2000 u l-Ħadd 26 ta' Novembru, 2000 fix-shifts kollha? Jista' l-Ministru jindika n-numru ta' uffiċjali xift, xift?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nhar is-Sibt, 25 ta` Novembru 2000, fl-Għassa tal-Pulizija ta` San Ġiljan kien hemm Surġent u Kuntistabbli il-ħin kollu, filwaqt li f`dik ta` San Ġwann kien hemm Kuntistabbli, il-ħin kollu wkoll. Nhar il-Ħadd, 26 ta` Novembru 2000, fl-Għassa tal-Pulizija ta` San Ġiljan, kien hemm Surġent u 2 Kuntistabbli fix-xift ta` filgħodu, u Surġent u Kuntistabbli matul il-kumplament tal-ġurnata u lejl, filwaqt li f`dik ta` San Ġwann kien hemm Surġent u Kuntistabbli fix-xift ta` filgħodu u Kuntistabbli fix-xift ta` wara nofsinhar. B`żieda ma` dawn, matul il-lejl tas-Sibt, kien hemm ukoll Surġent u 12-il Kuntistabbli xogħol fl-area ta` Paceville, filwaqt li fil-lejl tal-Ħadd kien hemm ukoll 2 Surġenti u 10 Kuntistabbli.
Leg 9 PQ #21640 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex jiġi organizzat it-traffiku fl-inħawi ta' San Ġiljan in vista tal-masses li kienu mistennija jidħlu Paceville għall-ftuħ ta' l-istabbiliment ta' Bay Street fil-weekend tal-25 u s-26 ta' Novembru, 2000? Kemm ġew dettaljati uffiċjali tal-Pulizija għal dan il-għan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sabiex ikun organizzat it-traffiku fl-inħawi ta` San Ġiljan minħabba l-ftuħ ta` l-istabbiliment li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant, sar arranġament sabiex isir użu mill-parking area ġewwa Pembroke, minn fejn ukoll ġie organizzat shuttle service. Barra minn dan kien hemm żewġ kuntistabbli dettaljati xogħol extra duty on payment bejn id-9.00a.m. u s-1.00a.m. kemm matul il-ġurnata tas-Sibt kif ukoll il-Ħadd.
Leg 9 PQ #21641 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ikun hemm uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-istation tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar fix-xift ta' bil-lejl?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi normalment, fix-xift ta` bil-lejl, ikun hemm erba` uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-istation tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar.
Leg 9 PQ #21642 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' serq is-Sibt 25 ta' Novembru, 2000 u l-Ħadd 26 ta' Novembru, 2000 f'San Ġiljan, Paceville, San Ġwann u s-Swieqi? Jista' jgħid x'tip ta' serq ġie rrapportat? Jista' jgħid kemm kien hemm pulizija mid-distrett on the beat fil-lejl ta' bejn il-25 ta u s-26 ta' Novembru, 2000 fl-inħawi ta' San Ġiljan, Paceville, San Ġwann u Swieqi? Jista' l-Ministru jikkonferma li nhar il-Ħadd 26 ta' Novembru, 2000 xi uffiċjali tal-pulizija mid-distrett ta' San Ġiljan ġew ordnati jmorru Birkirkara minħabba l-festa ta' Kristu Re?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każijiet ta` serq irrapurtati lill-Pulizija kienu: 25 ta` Novembru 2000 26 ta` Novembru 2000 San Ġiljan 1 – minn vettura 6 – minn vetturi 1 – ta` vettura 1 – snatch & grab 1 – suitcase 1 – handbag Paceville 2 – minn vetturi 3 – handbags 1 – minn vettura San Ġwann 3 – minn vetturi xejn Swieqi 3 – minn vetturi 1 – minn residenza 1 – minn garage 3 – minn vetturi Infurmat ukoll illi fil-lejl ta` bejn il-25 u s-26 ta` Novembru 2000 fl-inħawi ta` San Ġiljan, Paceville, San Ġwann u Swieqi, kien hemm Surġent u Kuntistabbli l-Għassa ta` San Ġiljan u l-istess numru l-Għassa ta` San Ġwann. Ma` dawn kien hemm ukoll Surġent u 6 Kuntistabbli mid-Distretti, Surġent u 4 Kuntistabbli mill-S.A.G. u 2 Kuntistabbli mit-Taqsima tal-Klieb. Żewġ Kuntistabbli, stazzjonati San Ġiljan, li kien imisshom xogħol wara nofsinhar, kienu ordnati xogħol Birkirkara.
Leg 9 PQ #21643 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħadmu sigħat f'overtime fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili matul is-snin 1998, 1999 u 2000, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej: Sena Numru ta` sigħat f`overtime 1998 1,690 1999 17,869 2000 35,172 Ta` min ifakkar li d-Dipartiment beda jopera bħala entita` kompletament separata mill-1 ta` Jannar 2000.