Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25116 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati bejn l-1 ta' Marzu 2001 u l-31 ta' Marzu 2001? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25117 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mwettaq serq bejn l-1 ta' Marzu 2001 u l-31 ta' Marzu 2001? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` Marzu 2001, il-Pulizija kellha 784 rapport ta` serq. Dawn kienu ikklassifikati kif ġej: Hold up 4 Pick pocketing 21 Snatch & grab 5 Theft of seacraft 2 Theft of vehicles 75 Theft from seacraft 8 Theft from vehicles 306 Theft from residences 55 Theft from bars/hotels 83 Theft from factories 5 Theft from retail outlets 41 Other theft 179

Żebbuġ — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata wiċċ tarmac lit-toroq li jinsabu f'Ħaż-Żebbuġ hawn taħt indikat? Triq Ġdida fi Triq Imdina; Triq Vincenzo Adriana; Triq Achille Ferris; parti minn Triq il-Perit; Triq Ġdida fi Triq Ħal-Dwin; Trejqa fi Triq il-Buskett; parti minn Triq San Martin; Triq il-Kaċċa; Triq il-Poeta Nazzjonali; Triq Ganni Bonnici; Triq l-Għeneb; Triq Indri Borg; parti minn Triq Fra Fred Mattei; parti minn Triq Mikelang Sapiano; Triq il-Kurkanta; Triq l-Isqof Caruana?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq Ġdida fi Triq Imdina u Triq Vinċenzo Adriana huma diġa asfaltati u għalhekk xogħol fihom isir mill-Kunsill. Fil-preżent id-Dipartiment għandu kuntratt għall-bini ta` Triq il-Kurkanta li sfortunatament ix-xogħol fuqu fil-preżent jinsab wieqaf peress li ħarġet Stop Notice fuqu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Ġew ippreparati dokumenti biex jiġu ppublikati sejħiet għal offerti għall-bini ta` toroq li huma Triq Ġdida fi Triq Vinċenzo Adriana, fil-waqt li qed isir xogħol biex tiġi esproprijata art biex ikunu jistgħu jinfetħu Triq il-Kaċċa, Triq Fra Fred Mattei u Triq Mikiel Ang. Sapiano. Xogħolijiet f`toroq oħra jsiru skond il-prijoritajiet tax-xogħol li għandu quddiemu d-Dipartiment.

Qormi — Bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bankina ġdida li tinsab proprju quddiem il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament tistax titqasar b'mod li l-bankina tispiċċa qabel u mhux wara l-fond in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-mod kif inbniet il-bankina ġie ddettat mill-bżonnijiet li titlob il-kostruzzjoni ta' zebra crossing li hemm f'din iż-żona ta' Luqa Road, Qormi. Għalhekk din il-bankina mhux prattikabbli li tiqsar biex tispiċċa qabel il-fond imsemmi.
Leg 9 PQ #24923 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati Superjuri — Arkivji

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema ditta ġew mikrija l-kaxxi li fihom qegħdin jiġu stivati l-atti tal-kawżi fl-arkivji tal-qrati superjuri? Ħareġ tender jew sar b'direct order? Jista' jikkonferma rapporti li wasluli li l-kaxxi in kwestjoni ġew akkwistati għall-insaputa tad-direttur ġenerali tal-qorti? Jista' jgħid min awtorizza x-xiri ta' l-imsemmija kaxxi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-invoice jew dokument relattiv għall-imsemmi akkwist?

Response (GATT, AUSTIN)

1. Il-kaxxi in kwestjoni ma gewx mikrija; 2. Il-kaxxi nxtraw mid-Ditta Multipacking Ltd; 3. L-Ordni saret biss fuq bazi sperimentali biex ikun studjat kemm hija prattikabbli din is-sistema. Ghalehkk ma nhassitx il-htiega ta` tender; 4. Qabel ma saret ir-rakkomandazzjoni biex is-sistema ta' l-Arikvjar tal-processi, saret laqgha fl-ufficcju tad-Direttur Generali u li ghaliha kien hemm prezenti d-Direttur Generali, id- Direttur Ufficcju Legali, impjegati tal-Arikvju, kif ukoll l-ufficcjal responsabbli mill-Office of Review. Waqt din il-laqgha kulhadd ta l-veduta tieghu u wara ttiehdu d-decizjonijiet relevanti; 5. L-Ufficjal inkarigat mill-Office of Review ha din id-decizjoni; 6. Kopja ta` l-invoices relattivi qed jitpoggew fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24381 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jimporta mediċini mingħand wholesalers Ingliżi? U jekk iva, jista' jgħid 'il għaliex xi ditti Maltin li joperaw fil-parallel importation ma jistgħux jimpurtaw l-istess mediċini minn wholesalers Ingliżi? Jista' jgħid b'liema ċertifikati d-Dipartiment qiegħed jagħmel dawn l-importazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa jikkonferma li qiegħed jimporta mediċini mingħand wholesalers Ingliżi, kif ukoll dirett mingħand il-manifatturi f'dawk il-każijiet elenkati fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Nru: 24222. Ir-regoli maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa jeżiġu li biex jiġu mportati l-mediċini ir-'Responsible Qualified Person' ta' l-Importatur lokali jrid ikollu 'Certificate of Pharmaceutical Product' validu kif ukoll 'Certificate of Analysis' relatat mal-'batch no.' speċifiku ta' kull konsenja mportata. Il-'Parallel Importers' ta' Malta jistgħu jimpurtaw l-istess mediċini minn 'wholesalers' Ingliżi la darba jkollhom iċ-ċertifikati li ssemmew aktar 'il fuq. Id-Dipartiment tas-Saħħa fuq awtorizazzjoni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jimporta mediċini kif ġa spjegat f'mistoqsija parlamentari numru 24222, fuq il-bażi ta' ftehim speċifiku mar - 'Responsible Qualified Person' tal-'wholesaler' jew tal-manifattur liema ftehim jobbliga li din il-persuna li timxi skond id-dikjarazzjonijiet Formoli A u B, li qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24191 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' serq mill-1 ta' Frar 2001 sat-28 ta' Frar 2001? Jista' jikklassifika s-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Frar 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 710 każ ta` serq. Dawn kienu kklassifikati kif ġej: Hold up 4 Pick pocketing 33 Snatch & grab 18 Theft from seacraft 6 Theft of seacraft 3 Theft of vehicle 58 Theft from vehicle 258 Theft from residence 56 Theft from bars/hotels 71 Theft from beaches 2 Theft from factories 5 Theft from retail outlets 31 Other theft 165
Leg 9 PQ #24192 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rrappurtati reati mill-1 ta' Frar 2001 sat-28 ta' Frar 2001? Jista' jikklassifika r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24193 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita Korrettiva ta' Kordin

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari no. 22330, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu, jekk qatt set jittieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant diġa` beda jinstema`, u qiegħed appuntat għal-20 ta` Marzu biex jinstema` l-aħħar xhud.
Leg 9 PQ #24177 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li fuqhom ġew eżaminati l-applikanti għall-vacancy ta' trainee correctional officers fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid min kienu l-persuni fuq il-board li eżaminaw lill-applikanti? Jista' l-Ministru jikkonferma li l-PSC aġixxa fuq il-parir tal-board in kwistjoni? Jista' jispjega jekk l-applikanti ġewx assessed permezz ta' kemm akkwistaw punti fuq kull kors jew test li ssottomettew ruhom għalih jew jekk kienx obbligatorji li jgħaddu mill-eżami bil-miktub biex jikkwalifikaw għal din il-vacancy? Jista l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-punti li kull applikant ottjena għal kull kors jew test li ssottomettew ruhom għalih?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- Il-kriterji li fuqhom ġew eżaminati l-applikanti għall- vacancy ta` Correctional Officers fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kienu dawk imfassla mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku Kif turi s-sejħa għall-applikazzjonijiet l-għażla kienet maqsuma f`żewġ stadji. Fl-ewwel stadju li kienet tikkomprendi intervista preliminari biex jiġi aċċertat jekk l-applikanti kienux addatati għall-post, il-Bord ta` l-Għażla kien magħmul kif muri fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19698. Fit-tieni stadju li kien jikkomprendi l-eżami finali tal-kandidati wara li lestew il-kors ta` taħriġ, il-Bord ta` l-Għażla kien magħmul minn: Chairman Is-Sur Emanuel Cassar Direttur Membri Is-Sur George Zerafa Direttur Is-Sur Wilfred Agius Assistant Correctional Manager Is-Sur Pierre Cauchi Rappreżentant tal-Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku taġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment skond ma kif inhi l-proċedura L-applikanti kollha ġew assessed skond il-kriterji mfassla mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku; dwar jekk kienx obbligatorju li jgħaddu mill-eżami biex jikkwalifikaw għal din il- vacancy nirreferi l-Onor. Interpellant għal paragrafu 4.2 tas-sejħa għall-applikazzjonijiet pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern fit-23 ta` Novembru 1999, li jaqra kif ġej:- "Dawk l-Uffiċjali Korrettivi fuq Taħriġ li jtemmu b`suċċess il-kors jinħatru skond l-ordni ta` meritu li jkunu ġabu fl-eżami li jsir fit-tmiem il-kors ta` taħriġ u skond jekk jeżistux vakanzi bħala Għassiesa ( Guards ) fi Skala 16 tas-Salarji b`Lm3,116 fis-sena li jitla` b`żidiet ta` Lm70 fis-sena sakemm jilħaq Lm3,606 fis-sena. Ir-riżultat kwalifikattiv jibqa` validu għal sentejn. Il-ħatra ta` Għassiesa ( Guards ) hija soġġetta għal perijodu ta` prova ta` sentejn" Fiż-żewġ każijiet ir-riżultati miksuba ġew ippublikati fuq in- Notice Board tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, Raħal Ġdid, u fuq in- Notice Board ta` l-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il-Belt, li kopja tagħhom qiegħed inqegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23500 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Belta Valletta - Għassa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti fl-għassa tal-Belt dwar crimes fuq uffiċċjali dettaljati fl-imsemmija għassa minn Novembru 2000 sal-31 ta' Jannar 2001? Kemm għamlu rapporti dwar crimes l-ispetturi u s-supretendent dettaljati f'din l-għassa? X'inhi l-proċedura dwar kif għandu jiġi rrappurtat pulizija? In kwantu għal crimes li ġew irrappurtati fil-perjodu indikat, jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċedura ġietx segwita?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Novembru 2000 u Jannar 2001, kien hemm 10 membri tal-Korp stazzjonati l-Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta, li sar rapport kontrihom minħabba ksur ta` dixxiplina. Sabiex jinbdew proċeduri dixxiplinarji kontra membru tal-Korp, isir rapport bid-dettalji kollha tal-każ mill-fizzjal inkarigat. Dan ir-rapport jintbagħat il-Kwartieri Ġenerali minn fejn tkun segwita l-proċedura ta` dixxiplina. Infurmat ukoll illi din il-proċedura ġiet segwita fil-każijiet kollha imsemmija aktar qabel.
Leg 9 PQ #23501 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Jannar 2001? Jista' jikklassifika r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23502 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi ta' serq bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Jannar 2001? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar 2001 ġew irraportati 725 każ ta` serq. Dawn kienu ikklassifikati kif ġej:- Hold-Up 1 Pick Pocketing 38 Snatch & Grab 12 Theft of seacraft 1 Theft of vehicle 75 Theft from seacraft 3 Theft from vehicle 275 Theft from residence 51 Theft from bars / hotels 79 Theft from beaches 1 Theft from factories 2 Theft from retail outlets 46 Other theft 141
Leg 9 PQ #23336 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Trading Licence

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-permess għall-catering establishment li nħareġ favur il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament jinkludiex id-dritt li jsir tisjir fl-isnack bar in kwistjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li r-riferenza li tani l-Onor. Interpellant mhijiex dik tal-HCEB m’inhix f’qagħda li nagħtik tweġiba.
Leg 9 PQ #23200 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Trading Licence

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trading licence li nħarġet favur il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament tinkludiex id-dritt li jsir tisjir fl-isnake bar in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-permessi għall-catering establishments ma jinħarġux mill-Pulizija iżda mill-H.C.E.B. u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #22943 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Belt - Għassa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi tal-pulizija għall-użu mill-għassa tal-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm żewġ vetturi tal-Pulizija għall-użu mill-għassa tal-Belt.
Leg 9 PQ #22944 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi għat-tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi tal-pulizija miżmumin fil-garage jistennew it-tiswija? Jista' l-Ministru jgħid għal kull vettura x' tip ta' ħsara għandha? Jista' jgħid għal kull vettura meta daħlet fil-garage?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22495.
Leg 9 PQ #22595 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Principal Immigration Officer

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 22326, jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux kriterji li jiggwidaw lill-uffiċjali ta' l-immigrazzjoni kif jeżerċitaw il-poter tagħhom li jaċċettaw jew ma jaċċettawx dħul ta' passiggieri li jaslu Malta? Ma jaħsibx il-Ministru li jkun aħjar li dan il-poter, ġaladarba delegat f'isem il-principal immigration officer għandu jkun eżerċitat minn numru ristrett ta' uffiċjali, ben identifikati, possibbilment organizzati f'unit li l-membri tiegħu jkunu dejjem preżenti lejl u nhar fl-entry points u li għandhom jagħtu rendikont ta' xogħolhom lill-principal immigration officer innifsu?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm hemm kriterji bażiċi biex Uffiċjal ta` l-Immigrazzjoni jagħti permess lill-persuna barranija tidħol jew jinnegala dan il-permess, il-fenominu internazzjonali ta` immigrazzjoni llegali jagħmilha impossibli biex ikun hemm sett ta` kriterji uniċi, biex permezz tagħhom l-Uffiċjal ta` l-Immigrazzjoni jiggwida lilu nnifsu f`dan ix-xogħol. Għaldaqstant kull każ irid ikun eżaminat individwalment fuq il-mertu tiegħu u dan sabiex kemm jista` jkun jiġi aċċertat illi barrani li dieħel Malta, jiġi hawn għal skopijiet tajba. Immigration Officer bilfors irid jiġi delegat f`isem il-'Principal Immigration Officer' bħala tali, biex ikollu l-poter li jaċċetta jew jinnega d-dħul ta` barrani f`Malta. Ta` min isemmi illi lejl u nhar matul kull xift, ikun hemm Surġent illi għandu esperjenza vasta fuq dan ix-xogħol. Fost id-doveri tiegħu, xogħlu huwa li jeżamina każijiet fejn hemm dubju jekk persuna hiex 'bona fede' jew le. Ta` min isemmi ukoll illi f`każijiet diffikultużi hemm ukoll Spettur li huwa on call erba u għoxrin siegħa kuljum, biex meta jkun meħtieġ, jara każijiet diffiċli hu ukoll.
Leg 9 PQ #22216 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-vettura li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament għadha ma ġietx restitwita lil sidha li ismu qiegħed jintbagħat wkoll separatament mill-pussess tal-Korp tal-Pulizija? Jekk hemm xi investigazzjonijiet għaddejjin, jista' l-Ministru jispjega kif dawn l-investigazzjonijiet għadhom ma ġewx konklużi wara għaxar xhur sħaħ fuq sempliċi każ ta' kolliżjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dwar il-kolliżjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, fejn persuna kienet korriet gravi u kienet fil-periklu tal-mewt, kienet saret inkjesta mill-Maġistrat ta’ l-Għassa li fiha ġie ordnat li tinżamm il-karozza involuta. Ninsab infurmat ukoll li hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti dwar dan il-każ.
Leg 9 PQ #22326 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Immigrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid (i) kemm hemm uffiċjali tal-Pulizija li ħadmu fit-Taqsima ta' l-Immigrazzjoni tal-MIA u tas-Seaport? (ii) Kemm hemm pajżana jaħdmu fl-istess Taqsima fil-MIA u fis-Seaport? (iii) Għal kull wieħed min dawn, kemm ilhom jaħdmu f'dawn it-taqsimiet? (iv) X'sistema ta' xogħol jaħdmu bix-shift jew bil-ġurnata? (v) min hija l-persuna inkarigata mid-detailing ta' l-impjegati, uffiċjal tal-Pulizija jew pajzan? (vi) Kull meta jsir id-detailing ta' l-impjegati? (vii) Min hija l-persuna li f'isem il-Principal Immigration Officer tkun delegata bil-poter li taċċetta u ma taċċettax dħul ta' passiggieri fil-MIA u fis-Seaport? (viii) Din il-persuna tkun dejjem preżenti fil-MIA u fis-Seaport matul il-ġurnata u matul il-lejl?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-Taqsima ta` l-Immigrazzjoni tal-M.I.A. hemm stazzjonati 23 membru tal-Korp tal-Pulizija u 71 pajżana, filwaqt li fis-Seaport ma hemmx pajżana u hemm 13-il membru tal-Korp. Kien hemm 45 Immigration Officers li ngħataw din il-kariga f`Jannar 1998 u 18 oħra bejn Mejju u Ġunju 1999. Kien hemm ukoll 8 Assitant Immigration Officers li ngħataw il-kariga f`Ottubru 1998. Dawn jaħdmu bix-xift u jkunu dettaljati għax-xogħol fuq roster ta` day, night, rest u off, liema detail issir kuljum mid-detail officer li huwa membru tal-Korp. Kull uffiċjal tal-Immigrazzjoni, kemm jekk huwa membru tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll jekk huwa uffiċjal pajżan, huwa delegat f`isem il-Principal Immigration Officer bil-poter li jaċċetta jew ma jaċċettax dħul ta` passiġġieri li jaslu Malta.