Legislature:
Category:
Reset
Active:

Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament bid-dettalji kollha mhux qiegħed jiġi allokat akkomodazzjoni soċjali xierqa minkejja diversi tentattivi min naħa tiegħu u minkejja li bħalissa huwa u l-familja tiegħu qegħdin jgħixu f'kamra waħda fid-dar tal-kunjata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onor. Interpellant qed jingħata l-konsiderazzjoni li jistħoqqlu flimkien ma' każijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #29919 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern fi ħsiebu jagħti pensjoni sħiħa lill-armla tal-kuntistabbli Roger Debattista (li safa maqtul il-ġimgħa l-oħra waqt il-qadi ta' dmirijietu) daqs li kieku ħadem is-servizz kollu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi l-persuna msemmija diġa` bdiet titħallas pensjoni taħt l-Att tas-Sigurta` Soċjali. Dettalji dwar il-pożizzjoni finali jkunu jistgħu jingħataw ’il quddiem.
Leg 9 PQ #29920 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern fi ħsiebu jagħti pensjoni sħiħa lill-armla tal-kuntistabbli Roger Debattista (li safa maqtul il-ġimgħa l-oħra waqt il-qadi ta' dmirijietu) daqs li kieku ħadem is-servizz kollu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija diga' bdiet tithallas pensjoni taht l-Att tas-Sigurta' Socjali, u qed tinhadem il-pensjoni dovuta taht l-Ordinanza dwar il-Pulizija ta' Malta. Dettalji dwar il-pozizzjoni finali jkunu jistghu jinghataw 'il quddiem

Pulizija — Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern fi ħsiebu jagħti pensjoni sħiħa lill-armla tal-kuntistabbli Roger Debattista (li safa maqtul il-ġimgħa l-oħra waqt il-qadi ta' dmirijietu) daqs li kieku ħadem is-servizz kollu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant mitlub jara t-Tweġiba mogħtija mill-Onor. Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 29919.
Leg 9 PQ #29696 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Tenement

Question

Riferibbilment għat-terminazzjoni ta' kiri tas-17 ta' Lulju 2001 ta' raba tal-kejl ta' madwar 42.34 metri quadri li tifforma parti minn tenement no. 50511, jista' l-Ministru jgħid jekk it-terminazzjoni ta' kiri tirreferix biss għal 42.34 metri kwadri mill-istess tenement? Jekk le, jista' l-Ministru jispjega għaliex it-terminazzjoni tal-kirja hija għat-tenement kollha meta l-parti li jrid il-kummissarju ta' l-artijiet tkejjel biss 42.34 metri kwadri? Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kummissarji ta' l-artijiet aċċetta l-qbiela mingħand il-maġġoranza ta' l-inkwilini u m'aċċetahiex mingħand tnejn minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi saret xi terminazzjoni fuq it-Tenement 50511.
Leg 9 PQ #29256 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Visas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet irrappurtati ta' serq ta' entry visas mit-taqsima ta' l-Immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija matul 1999, 2000, 2001? Kemm ġew imressqa l-qorti persuni obligati b' serq ta' entry visas matul l-istess perjodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-1999, kienu rrapurtati zewg entry visas nieqsa mit-Taqsima tal-Passaporti fl-ajruport, filwaqt li matul is-sena 2000, kienet giet irrapurtata nieqsa entry visa wahda. Matul l-2001 ma kien hemm xejn. Zewg persuni gew imressqa quddiem il-Qorti, wara li rrizulta li kienu qed jaghmlu uzu minn tnejn mill-entry visas irrappurtati nieqsa.
Leg 9 PQ #29257 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew effettwati transfers fil-Korp tal-Pulizija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (Taqsima Immigration) u mis-Seaport matul din is-sena? Jista' l-Ministru jindika l-ismijiet ta' l-uffiċjali trasferiti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena ma' kienx hemm membri tal-Korp fit-Taqsima ta' l-Immigrazzjoni ta' l-ajruport u tas-seaport li gew trasferiti.
Leg 9 PQ #29258 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Immigrazzjoni Klandestina

Question

Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma li l-persuna li isimha qed jintbaghat separatament kienet infurmatu direttament b' xi allegati abbużi ta' immigrazzjoni klandestina? Jekk iva jista' l-Ministru jgħid meta u fejn kellmitu?

Response (BORG, TONIO)

Il-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant kienet giet tkellimni xi sentejn ilu waqt il-hin li fih nara n-nies li jridu jarawni. Kienet giet l-aktar fuq it-talba taghha biex issir cittadina Maltija u talbet l-intervent tieghi. Fil-fatt, minhabba suspetti li kellhom il-Pulizija dwarha, tawni parir biex din it-talba tigi michuda u hekk gara. F'din il-laqgha mhux minnu li din il-persuna ghamlet allegazzjonijiet kontra Pulizija partikolari u li minhabba f'hekk dawn gew trasferiti. Hija allegat biss, b'mod generali li kien hemm ufficjali ta' l-Immigrazzjoni li qed jabbuzaw mill-posizzjoni taghhom. Din l-akkuza 'generali' ghaddejtha lill-Pulizija tal-Immigrazzjoni ghall-investigazzjoni.
Leg 9 PQ #28899 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid, riferibbilment għax-xogħol tal-fencing madwar il-Faċilita Korrettiva ta' Kordin, jekk ħarġux talbiet għall-offerti jew jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order? Jista' l-Ministru jgħid, f'każ ta' talba għall-offerti, min jew liema ditti wrew interess u tefgħu offerti? Kemm ikkwotaw ? Lil min ġie assoċjat ix-xogħol? Min kien responsabbli mill-għażla?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Membru li s-sejħa għal offerti għal "Welded Mesh Fence" u "High Security Gates" għal Faċilita` Korrettiva ta` Kordin ħarġet fis-26 ta` Jannar 2001 u għalqet fis-6 ta` Frar ta` din is-sena. Id-Dipartiment tal-Kuntratti rċieva tlett offerti mingħand: (a) Deba Enterprises Co Ltd għal prezz ta` Lm105,473.30 (b) Improved Design Ltd għal prezz ta` Lm104,865.00 u (c) Vassallo Builders Ltd għal prezz ta` Lm86,075.20. Il-Board li evalwa l-offerti inħatar mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta` l-Intern u dan bagħat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lid-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti tramite id-Direttur tal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin. Wara li eżamina r-rapport tal-Board, il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti qabel li l-kuntratt jingħata lid-ditta Vassallo Builders Ltd li kienet tefgħet l-irħas offerta. Id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti ħareġ il-Letter of Acceptance fl-24 t`April 2001.
Leg 9 PQ #28900 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid, b'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 28601, jekk is-somma ndikata ta' Lm 6,537.16 għas-sistema ta' katnazzi hijiex dik li realment intefqet? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus għax-xiri tal-katnazzi indipendentement mill-prezz ikkowtat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ispiża in konnessjoni mad-direct order li ngħatat lill-Messrs J Grima & Co Ltd għas-sistema ta` katnazzi kienet tammonta għas-somma ta` Lm6,535.12. Ninsab infurmat ukoll li f`Lulju 1998 wara proċeduri li kienu ġew mibdija f`Diċembru 1997, kien ġie approvat x-xiri ta` katnazzi simili mingħand l-istess ditta bħala "pilot project" li fuqhom kienet intefqet is-somma ta` Lm1,080.46. Ix-xiri b`direct order li ssemma iktar il-quddiem kien ġie approvat minħabba (1) li dawn il-katnazzi mingħand id-ditta msemmija kienu ta` kwalita tajba u (2) biex tinżamm l-istess sistema ta` katnazzi biex ikun hemm sistema waħda biex b`hekk jiġi evitat it-taħwid u jkun hemm ċertu "standardization". Ninsab infurmat ukoll li f`Marzu 2001 inxtraw katnazzi żgħar għat-trapni tal-bibien taċ-ċelel li m`għandhom x`jaqsmu xejn mal-katnazzi l-oħra mingħand l-istess ditta għas-somma ta` Lm984.13c wara li ntalbu quotations mingħand tlett ditti separati. Dik offruta mid-ditta msemmija kienet l-aktar waħda vantaġġuża.
Leg 9 PQ #28901 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' l-ilmenti kontinwi tar-residenti ta' Triq l-Għollieq, Mosta u Triq l-Assembleja Nazzjonali u madwar ta' storbju u ħsejjes ġejjin mis-supermarket li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament, x'passi ttieħdu mill-Pulizija billi l-inkonvenjent għadu jippersisti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija bdiet diversi proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra s-sid tal-istabbiliment li saret referenza għalih fil-Mistoqsija, liema proċeduri għadhom pendenti quddiem il-Qorti. Ninsab infurmat ukoll illi dan il-każ qiegħed ukoll ikun ikkunsidrat mill-Bord ta` Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #28903 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' l-ilmenti kontinwi tar-residenti ta' Triq l-Għollieq, Mosta u Triq l-Assembleja Nazzjonali u madwar ta' storbju u ħsejjes ġejjin mis-supermarket li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament , x'passi ttieħdu mill-Awtorita' ta' l-Ambjent billi l-inkonvenjent għadu jippersisti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Wara li l-Ministeru għall-Ambjent investiga l-każ mill-aspett tal-punti ambjentali, irriżulta li l-post li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali. Dwar l-issues l-oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #28904 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' l-ilmenti kontinwi tar-residenti ta' Triq l-Għollieq, Mosta u Triq l-Assembleja Nazzjonali u madwar ta' storbju u ħsejjes ġejjin mis-supermarket li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament , x'passi ttieħdu mill-kunsill lokali tal-Mosta billi l-inkonvenjent għadu jippersisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Għaldaqstant kif issuġġerejt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27474 fuq l-istess suġġett, nitlob l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #28905 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' l-ilmenti kontinwi tar-residenti ta' Triq l-Għollieq, Mosta u Triq l-Assembleja Nazzjonali u madwar ta' storbju u ħsejjes ġejjin mis-supermarket li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament , x'passi ttieħdu mill-korporazzjoni Enemalta billi l-inkonvenjent għadu jippersisti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa purament ta' natura privata u l-Korporazzjoni Enemalta ma għandhiex x'taqsam f'din il-kwistjoni.
Leg 9 PQ #28603 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dħul ta' Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm kien id-dħul ta' l-uffiċjali tal-Faċilita Korrettiva Ta' Kordin li isimhom qiegħed jintbagħat separatament, b'indikazzjoni wkoll ta' allowances, bonuses, u overtime mill-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 1999, mill-1 ta' Jannar 2000 sat-31 ta' Diċembru 2000, u mill-1 ta' Jannar 2001 sat-30 ta' Settembru 2001, sena, sena, xahar, xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ghar-rigward is-snin imsemmija fid-domanda, id-dhul gross ta' l-ewwel persuna indikara mill-Onorevoli Interpellant kien ta' Lm8391, Lm9087 u Lm10.339, u tat-tieni persuna Lm9,450, Lm10,346 u Lm8,052.
Leg 9 PQ #28604 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Telephone Tapping

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li għandu jibqa l-Ministru, u mhux Maġistrat jew Mħallef, li jawtorizza li jsir telephone tapping mis-Servizzi Sigrieti? Jista' l-Ministru jeskludi kategorikament li sar telephone tapping mis-servizzi sigrieti għall-insaputa u mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Ministri?

Response (BORG, TONIO)

L-arranġament legali preżenti huma tajbin u jaħdmu sewwa fuq il-mudell tal-liġi Ingliża. Għadni ma nistax nifhem kif l-Onor. Interpellant jippretendi li jiena ngħidlu x`jiġri "ad insaputa" tiegħi. Il-liġi tikkontempla pieni mhux żgħar għal interċetazzjonijiet mhux skond il-liġi.
Leg 9 PQ #28605 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

L-Armata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Armata baqgħetx tgħasses l-inħawi ta' madwar il-Faċilita Korrettiva ta' Kordin matul il-ġurnata u matul il-lejl? Jekk le, għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Armata waqqfet milli tagħmel l-għassa ma` l-inħawi ta` madwar il-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin fit-12 ta` Marzu 2001. Il-ftehim oriġinali kien li l-Armata tagħmel għassa sa l-aħħar tas-sena 2000. Kien ittawwal iż-żmien u f`Marzu kienet twaqqfet għal kollox.
Leg 9 PQ #28606 Sitting 615 2001-10-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Korp tal-Pulizija — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha vetturi t-Taqsima tal-Mobile tal-Korp tal-Pulizija? Kemm minnhom bħalissa mhux qegħdin jintużaw? Kemm ilhom ma jintużawx? Għaliex mhux qegħdin jintużaw? U jekk bil-ħsara, jispeċifika n-natura tal-ħsara? Jista' l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsijiet fir-rigward tal-vetturi li jintużaw, mit-taqsimiet l-oħrajn kollha tal-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima tal-Mobile tal-Korp tal-Pulizija ghandha ghad-dispozizzjoni taghha 20 vettura, li 6 minnhom bhalissa jinsabu ghat-tiswija. Dettalji dwar vetturi ohra tal-Korp li jissewwew huma kif jidhru fuq it-Tabella li qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta' min ighid ukoll illi matul dawn l-ahhar sentejn inxtraw mhux anqas minn 31 vettura u 24 mutur gdid sabiex jintuzaw fid-diversi taqsimiet tal-Korp, filwaqt li din is-sena ser jinxtraw 35 vettura u 7 muturi ohra.
Leg 9 PQ #28597 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mwettaq serq f'Awwisu 2001 u f'Settembru 2001? Jista' jikklassifika s-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif jista' jinnota l-Onorevoli Interpellant kien hemm tnaqqis ta' 12.5% bejn Awissu 2000 u 2001, u tnaqqis ta' 11.2% bejn Settembru 2000 u 2001.
Leg 9 PQ #28598 Sitting 614 2001-10-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Reati Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati kriminali f'Awissu 2001 u f'Settembru 2001? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif jista' jinnota l-Onorevoli Interpellant kien hemm tnaqqis fic-cifri ta' reati ta' 17.2% bejn Awissu 2000 u Awissu 2001, u ta' 13.8% bejn Settembru 2000 u Settembru 2001.