Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31625 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jghid jekk il-Gvern ghandux il-hsieb li jibda jahtar Magguri fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ l-Minstru jghid kemm fadal Magguri u fejn qeghdin iservu?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9597, ninsab infurmat illi fil-preżent hemm żewġ Maġġuri fil-Korp tal-Pulizija. Wieħed qiegħed stazzjonat it-Trades Section u l-ieħor il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #31626 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru ta’ l-Intern ipoggi fuq il-mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ sigħat ta’ overtime li ngħataw fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 1999, 2000, 2001 sena sena b’indikazzjoni ta’ l-ismijiet ta’ l-ufficcjali wieħed wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin 1999, 2000 u 2001 in-numru ta` sigħat ta` overtime li nħadmu kien skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma nħossx illi l-ismijiet ta` l-uffiċjali għandhom ikunu ippublikati.
Leg 9 PQ #31615 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jindika kif inhuma mqassmin ix-shifts tal-membri tal-Korp tal-Pulizija fil-Port ta’ Imgarr, Ghawdex? Jista’ l-Ministru jindika l-ismijiet jew in-numru ta’ l-uffiċċjali konċernati f’kull shift matul is-sena 2001 gurnata b’gurnata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija assenjati l-Għassa ta` l-Imġarr, Għawdex, jaħdmu shifts ta` 8 sigħat. Ma nħossx li tagħrif personali tal-membri tal-Korp għandhom ikunu ippublikati.
Leg 9 PQ #31616 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Work Permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw work permits lil ċittadini mill-pajjiżi imsieħba fl-Unjoni Ewropea matul is-sena 2001? Jista' jispeċifika l-job description tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-job description ta` dawn il-persuni ta` min isemmi li Lista ta` Persuni Barranin li għandhom Liċenzja ta` Impjieg tiġi ppubblikata kull l-ewwel Tnejn ta` kull xahar (minn din is-sena din il-lista qed tidher fuq l-Internet) u din tispeċifika x-xogħol li qed tagħmel kull persuna li jinħarġilha work permit.
Leg 9 PQ #31617 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadmu sigħat on the beat minn uffiċċjali tal-Korp tal-Pulizija fl-1999, 2000 u 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Leg 9 PQ #31618 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Akkademja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet ġewwa l-Akkademja tal-Pulizija? Xi kwalita’ ta’ korsijiet saru? Kemm membri hadu sehem f’dawn il-korsijiet? Kemm membri ma ghaddewx? Xi jsir minn dawk li ma jgħaddux? Hemm xi Pulizija li ma jafux jiktbu? X’xogħol qegħdin jagħmlu f’dan il-Korp? Kemm daħlu Pulizija ġodda s-sena l-ohra? Hemm xi ħsieb li diversi f’diversi sezzjonijiet jerggħu jimtlew postijiet bħala xogħol ta’ skrivani kif ukoll ta’ snajja mill-istess membri tal-Korp tal-Pulizija? Jekk veru mela inbidel il-principju li l-Pulizija jagħmlu xogħolhom barra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar it-tip ta` korsijiet li saru fl-Akkademja tal-Pulizija, kemm ħadu sehem u kemm ma għaddewx, għas-sena 2001, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar xi jsir minn dawk li ma jgħaddux, ninsab infurmat illi fil-każ ta` inservice courses, dawn jingħataw ċans li jagħmlu resit u f`każ li jerġgħu jeħlu dan jiġi innotat fid-dossier tal-Membru ikkonċernat. L-istess isir fil-korsijiet għall-reklutaġġ, iżda f`dan il-każ dawk li jagħmlu r-resit u jerġgħu jeħlu, l-impjieg tagħhom jiġi terminat. Mir-records disponibbli ma jirriżultax li hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li ma jafux jiktbu. Ninsab infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra kien hemm ingaġġ ta` 88 kuntistabbli u 10 spetturi, filwaqt li 17-il kuntistabbli kienu ġew reinstated. Fil-prinċipju għadha l-policy tal-Korp tal-Pulizija li l-membri tal-Korp ikunu assenjati xogħol relatat direttament mad-doveri tal-Pulizija. Fil-fatt, dalwaqt ħerġin applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati Administrative Support Officers minn mas-servizz pubbliku, sabiex jieħdu post il-membri tal-Korp li qed jagħmlu xogħol amministrattiv.
Leg 9 PQ #31619 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imkeċċija Pulizija sena b’sena fl-1999, 2000 u 2001 b’indikazzjoni tar-rank u tal-akkuza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1999 Kuntisabbli Pussess ta` droga Kuntisabbli Pussess ta` droga 2000 Kuntistabbli Pussess ta` munizzjon Kuntistabbli Tneħħa skond Sect. 11 (iii) u 28 tal-Ordinanza tal-Pulizija 1961 Kuntistabbli Tixhim (bribery) 2001 Spettur Tneħħa skond Sect. 11 (iii) u 28 tal-Ordinanza tal-Pulizija 1961 Spettur Tneħħa skond Sect. 11 (iii) u 28 tal-Ordinanza tal-Pulizija 1961 Spettur Tneħħa skond Sect. 11 (iii) u 28 tal-Ordinanza tal-Pulizija 1961 Kuntistabbli Serq
Leg 9 PQ #31620 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew solvuti reati matul is-sena 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b'żieda mat-tagħrif li jien kont tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28600, bejn l-1 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru 2001, kien hemm 1,584 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Leg 9 PQ #31609 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Imigrazzjoni Klandestina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’mezzi ghandu l-Korp tal-Pulizija fuq il-baħar biex jikkumbatti l-imigrazzjoni klandestina?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull meta jkun hemm il-ħtieġa, il-Pulizija dejjem titlob u tingħata l-assistenza meħtieġa mill-Forzi Armati ta` Malta.
Leg 9 PQ #31610 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħwienet

Question

Jista’ l-Ministru jghid kemm saru applikazzjoni mal-Pulizija biex jinfethu hwienet f’Jannar 2001 u f’Jannar 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` applikazzjonijiet għall-ftuħ ta` ħwienet li rċeviet il-Pulizija f`Jannar 2001 u f`Jannar 2002 kien ta` 39 u 21 rispettivament.
Leg 9 PQ #31611 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jghid kemm hemm ufficcjali tal-Pulizija addetti mal-Mounted Police? Jista’ l-Ministru jghid jekk dawn ir-rizorsi umani humiex jigu uzati għal xogħol iehor fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u jekk iva fejn qegħdin jintbaghtu? Jekk dawn ir-rizorsi umani qegħdin jintuzaw għal skopijiet oħrajn ta’servizz jista’ l-Ministru jghid kemm matul is-sena 1999, 2000 u 2001 inħadmu sigħat maż-żwiemel u kemm inħaddmu sigħat f’imkejjen ohra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 18-il membru tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fit-Taqsima tal-Kavallerija. Bħal membri f'kull Taqsima oħra tal-Korp, meta jkun meħtieġ u skond il-ħtiġijiet attwali tal-Korp u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali, il-membri ta' din it-Taqsima wkoll jiġi assenjat lilhom xogħol ieħor, bħal per eżempju kontrol tat-traffiku, attendenza l-Qorti, rinforzi u assistenza lill-Taqsimiet oħra tal-Korp. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi mir-records disponibbli jirriżulta illi matul l-1999 mill-ħin kollu maħdum mill-membri ta' din it-Taqsima, 91.6% kien konness direttament mat-Taqsima, filwaqt li matul l-2000 dan kien ta' 82.8% u fl-2001 kien ta' 92.8%.
Leg 9 PQ #31612 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Visas

Question

Jista’ l-Ministru jghid kemm inghataw visas lil cittadini mir-Russja, Ukrajna u mill-pajjizi Baltici fis-sena 2001? Kemm minnhom ghadhom Malta u ghaliex ghadhom Malta? Kemm hargu b’xahar xahar visas ghal cittadini Russi, Ukrajni u mill-pajjizi Baltici fl-ajruport ta’ Malta flok il-procedura solita ta’ applikazzjoni hmistax-il gurnata qabel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, it-Taqsima tal-Immigrazzjoni tal-Pulizija ipproċċessat u approvat il-ħruġ ta` 15,876 visa għal ċittadini Russi u 2,787 visa għal ċittadini Ukrajni, filwaqt li ċittadini tal-pajjiżi Baltiċi ma jeħtiegux visa sabiex jivjaġġaw lejn Malta. Minn dawn il-persuni, dawk li jgħażlu li jivjaġġaw lejn Malta, jew tinħariġilhom il-visa f`xi waħda mill-Ambaxxati ta` Malta, jew inkella mal-wasla tagħhom f`Malta. Pero` dawn xorta waħda jkunu applikaw għal visa ta` lanqas ħmistax-il ġurnata qabel. In-numru ta` ċittadini Russi u Ukrajni li nħarġitilhom il-visa mal-wasla tagħhom, kif ġa spjegajt kienu kif ġej:- RUSSI UKRAJNI Jannar 443 51 Frar 201 49 Marzu 410 82 April 655 142 Mejju 829 305 Ġunju 2,270 282 Lulju 2,494 501 Awissu 2,194 490 Settembru 2,156 160 Ottubru 824 108 Novembru 613 37 Diċembru 263 43
Leg 9 PQ #31613 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jerga’ jiltaqa’ l-Kumitat Parlamentari dwar is-Servizzi ta’ Salvatagg gewwa pajjizna billi saret biss laqgħa wahda qabel is-sajf tas-sena 2001? Ma jaħsibx il-Ministru li biex dan il-Kumitat ikun proattiv għandu jiltaqa’ ferm aktar ta’ spiss?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dan il-kumitat ser jerġa jiltaqa` fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #31614 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw residence permits lil cittadini mill-UE mill-1990 sas-sena 2001, sena sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif jidher hawn taħt:- Sena Numru ta` persuni inklużi d-dipendenti tagħhom li ngħataw residence permit 1990 91 1991 95 1992 77 1993 91 1994 115 1995* 71 1996 114 1997 178 1998 134 1999 118 2000 147 2001 216 TOTAL 1,447 *In-numru ta` pajjiżi żdied minn 12 għal 15.
Leg 9 PQ #31603 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċjali tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fit-Taqsima tat-Traffiku jistgħux izommu mutur għax-xoghol għalihom biss mingħajr ma jkollhom għalfejn jgħadduh lil sħabhom? Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bħalissa hemm ufficcjal tal-Pulizija partikolari mis-Siggiewi li l-mutur tax-xogħol ma jista’ jmissulu ħadd?

Response (BORG, TONIO)

Fl-1997 kienet ġiet introdotta miżura li biha mutur jiġi assenjat lil żewġ pulizija, u żdiedu il-pulizija tat-traffic. Inxtraw diversi muturi ġodda (21) f`dawn l-aħħar tliet snin, li kollha issostitwew muturi qodma. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li ma jirriżultax li dan hu il-każ.

Haż-Żebbuġ — Triq Vincenzo Adrario

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinghata t-tarmac fil-parti t’isfel tat-Triq Vincenzo Adrario, Haż-Żebbug liema xogħol jaqa’ fil-kompetenza tal-Gvern ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona t-triq u jirraporta dwar il-kundizzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #31605 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex fejn m’hemmx Għassa tal-Pulizija? Jista’ l-Ministru jindika l-lokalitajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`Malta u Għawdex hawn 73 Għassa tal-Pulizija. Dawn jinsabu fil-lokalitajiet murija fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31606 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Reati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati mill-1 ta’ Jannar 2002 sal-31 ta’ Jannar 2002? Jista’ l-Ministru jikklassifika r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31607 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm personnel addetti ghat-Taqsima tal-Forensika? Jista’ l-Ministru jindika x’espertise għandhom? Kemm għandhom xoghol forensiku pendenti? Kemm hemm xogħol forensiku pendenti li ma jistax jigi konkluz ghal kwalsiasi raguni? Jekk hemm jista’ l-Ministru jispjega r-raguni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent b`kollox hemm 40 persuna assenjati mal-Laboratorju Forensiku tal-Pulizija. Dawn huma speċjalizzati fuq xogħol konness mal-ħtiġijiet ta` dan il-laboratorju, bħal ma` huwa impronti diġitali, fotografija, ballistika, technical officers u scene of crime officers. Bħal ma` jista` japprezza l-Onorevoli Interpellant, kull każ li jinvolvi x-xogħol tal-forensika jiddependi ħafna mill-każ li jkun. Ix-xogħol forensiku pendenti ma jistax jiġi ikkwantifikat peress li kull każ hu differenti u jiddependi mill-andament ta` l-investigazzjoni kriminali, kif ukoll minn inkarigi oħra ġodda fuq l-istess każ li jistgħu jiġu ordnati mill-Maġistrat inkwirenti. Pero` ta` min wieħed isemmi, illi sabiex ix-xogħol f`dan il-laboratorju jimxi b`aktar effiċenza, il-Korp tal-Pulizija matul dawn l-aħħar sentejn, investa mhux inqas minn Lm182,000 sabiex inxtraw sistema kompjuterizzata awtomatika għar-rigward tal-eżamijiet komparattivi tal-impronti diġitali, kif ukoll mikroskopju komparattiv għal fini ta` eżamijiet ballistiċi.
Leg 9 PQ #31608 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie mwettaq serq mill-1 ta’ Jannar 2002 sal-31 ta’ Jannar 2002? Jista’ l-Ministru jikklassifika s-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar 2002 il-każi ta` serq kienu ikklasifikati kif ġej:- Pick-pocketing 25 Hold-Up 5* Snatch & Grab 6 Theft from residence 74 Theft from factories 6 Theft from beaches 1 Theft from vehicle 268 Theft of vehicle 90 Theft from retail outlets 62 Theft from bars/hotels 88 Theft of sea craft 1 Theft from sea craft 5 Other theft 168 * Hold-up ieħor ġie rrappurtat f`Jannar 2002, iżda minn investigazzjonijiet irriżulta li kien rapport falz.