Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33309 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Awtopsja — Każ ta' Omiċidju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li mill-awtopsja li saret fuq il-kadavru tal-persuna li mietet f'ċirkostanzi li għadhom mhux spjegati u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġie stabilit li dan kien każ ta' omiċidju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, huwa suġġett ta` inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet dwaru għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #33310 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Awtopsja — Każ ta' Omiċidju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li mill-awtopsja li saret fuq il-kadavru tal-persuna li mietet f'ċirkostanzi li għadhom mhux spjegati u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġie stabilit li dan kien każ ta' omiċidju?

Response (GATT, AUSTIN)

Dan il-kaz għadu fi stadju ta` inkjesta u hu għalhekk kopert bis-sigriet istruttorju.
Leg 9 PQ #33311 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Substations

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma sitwati s-substations li jservu Tas-Sliema u San Ġiljan bil-provvista tad-dawl elettriku? Kemm ilha mibnija kull waħda minn dawn is-substations?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33171 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Trading Licences

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 32795, jista' l-Ministru jgħid xi trading licences għandha l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jintbgħatu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi l-kumpanija msemmija mill-Onorevoli Interpellant għandha xi liċenzja tan-negozju. Inżid ngħid illi b`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32649, inġibditli l-attenzjoni illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant, għandu fuq ismu proprju, permess ta` itinerant wholesaler ta` frott u ħaxix u biex jaħżen fl-indirizz imsemmi.
Leg 9 PQ #33172 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul April 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul April 2002 kien hemm 292 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Leg 9 PQ #33173 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew solvuti serq matul April 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul April 2002 il-każi ta` serq li ġew irraportati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 54 każ ta` serq. Numru ta` Serqiet li ġew rappurtati:-- Pick Pocketing - Snatch & grab - Serq minn dgħajjes - Serq ta` dgħajjes - Serq ta` karozzi - Serq minn karozzi - Serq minn barijiet / lukandi - Serq minn fabbriki - Serq minn residenzi - Serq minn ħwienet - Serq minn xtajtiet - Serq ieħor 33 5 7 1 62 270 62 7 56 58 8 192
Leg 9 PQ #32896 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-immigration reception centre Ħal Far fis-shifts ta' ħames pulizija li jikkonsistu f'surġent, kok, 2 pulizija tal-SAG u wieħed mid-dogs section, jingħataw allowance l-kok u ż-żewġ pulizija tal-SAG filwaqt li s-surġent u l-pulizija mid-dogs section ma jingħataw xejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fit-Taqsima tal-Klieb u fiċ-Ċentru ta` l-Immigrazzjoni ta` Ħal Far, m`humiex intitolati għall-ispecial duty allowance, filwaqt li dawk stazzjonati fl-S.A.G. huma ntitolati għal din l-allowance. Infurmat ukoll illi l-membri tal-Korp imsemmija mill-Onorevoli Interpellant li qed jieħdu din l-allowance għadhom stazzjonati l-S.A.G., pero` fil-preżent qed jiġu utilizzati fiċ-Ċentru ta` l-Immigrazzjoni ta` Ħal Far, sakemm jinstab staff permanenti għal dan iċ-ċentru.
Leg 9 PQ #32897 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu - jekk qatt ittieħdu - mill-pulizija kontra sid it-take away Southern Fried Chicken li jinsab kantuniera Triq id-Duluri ma' Triq l-Ispizjar Joe Sciberras, Ħamrun biex dan jagħmel ċumnija diċenti għall-fumes u irwejjaħ li jiġġenera x-xogħol tiegħu biex ma jibqgħux ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti, minħabba t-tieqa li hemm livel tat-triq? Jekk qatt ma ttieħdu passi, x'inhi r-raġuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ser tieħu l-azzjonijiet neċessarji skond il-liġi dwar l-ilment li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #32898 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Marzu 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew solvuti reati matul Marzu 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Marzu 2002 kien hemm 435 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Leg 9 PQ #32899 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Marzu 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew solvuti serq matul Marzu 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Marzu 2002 il-każi ta` serq li ġew irraportati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar, il-Pulizija solviet 85 każ ta` serq. Serqiet Rappurtati Numru Hold-Up 1 Pick Pocketing 18 Snatch & Grab 8 Serq minn dgħajjes 4 Serq ta` dgħajjes - Serq ta` karozzi 56 Serq minn karozzi 271 Serq minn barijiet/lukandi 90 Serq minn fabbriki 9 Serq minn residenzi 41 Serq minn ħwienet 54 Serq minn xtajtiet 2 Serq ieħor 237
Leg 9 PQ #32797 Sitting 725 2002-04-22 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 32548, jista' l-Ministru jgħid min ħallas għax-xogħol li sar biex jitwaħħlu arbli tad-dawl fi Triq Bettija, Ħ'Attard?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arbli li qed issir riferenza għalihom tħallsu mill-Korporazzjoni Enemalta kif stabbilit mill-Electricity Supply Regulations.
Leg 9 PQ #32795 Sitting 724 2002-04-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Trading Licences

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi trading licences għandha l-kumpanija Starfruit Ltd?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji sabiex inkun nista` nikseb it-tagħrif meħtieġ.
Leg 9 PQ #32547 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32002 u cioe Jista' l-Prim Ministru jgħid x'mezzi marittimi għandhom a dispozizzjoni tagħhom il-Forzi Armati ta' Malta biex jikkumbattu l-immigrazzjoni klandestina? Jista' jgħid kemm-il darba issejjħet l-Armata fuq il-baħar fuq rapporti li kien qiegħed isir traffikat ta' bnedmin fl-ibħra territorjali ta' Malta matul is-sena 1998, 1999, 2000 u 2001? X'għamlet l-Armata għal kull rapport? Kemm-il darba l-Armata qabdet fil-fatt it-traffikar ta' bnedmin qiegħed jitwettaq fl-ibħra teritorjali ta' Malta matul 1998, 1999, 2000 u 2001? Kemm-il darba l-mezzi marittimi ta' l-Armata ġarrbu ħsarat u kemm damu barra s-servizz sakemm issewwew matul l-1998, 1999, 2000 u 2001? Għal liema skopijiet oħrajn l-istess mezzi marittimi ta' l-Armata jintużaw fis-servizz ta' l-Armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

1. Il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) għandhom tlettax il-biċċa tal-baħar li jintużaw għal operazzjonijiet fuq il-baħar u mal-kosta tal-gżejjer Maltin. Dawn l-operazzjonijiet jinkludi wkoll dawk kontra l-immigrazzjoni klandestina. 2. Hawn taħt hawn statistika ta’ kemm-il darba il-FAM rċevew rapporti dwar traffikar ta’ bnedmin fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001, u x’miżuri ttçħdu. Sena Numru ta’ Rapporti Miżuri meħuda 1998 32 Meta ir-rapporti ma kçnux oriġinaw mingħand il-Pulizija, dawn ta’ l-aħħar ġew avżati. L-FAM bagħtet mezzi tal-baħar u/jew ta’ l-ajru biex jinvestigaw. 1999 72 2000 79 2001 34 3. Fil-parti l-kbira tal-każi l-investigazzjoni rriżultaw fin-negattiv jew f’riżultat insinifikanti, imma fi tlçt każi fl-1999 u f’każ çħor fl-1998 kçn hemm riżultat pożittiv sinifikanti. 4. Il-ħsarat fil-mezzi marittimi kien “average” ta’ ħames darbiet kull sena msemmija. 5. Il-mezzi Marittimi ta’ l-Armata jintużaw skond l-eżigenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #32548 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq il-Bettija, Ħ'Attard, li tidher fil-ħarġa tal-gazzetta tal-gvern tat-18 ta' Mejju 2000, hijiex proprjeta' tal-gvern jew tal-privat? Jekk tal-privat, jista' jagħti indikazzjoni dwar min huwa s-sid ta' din it-triq? Jista' jgħid min ħallas għax-xogħol li sar biex jitwaħħlu arbli tad-dawl f'din it-triq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant mhix proprjeta` tal-Gvern u skond informazzjoni miżmuma fid-database tar-Reġistru tal-Artijiet, din it-triq tifforma parti minn art akbar reġistrata f`isem ta` ditta privata. Jekk joġgħbu l-Onor. Interpellant nista` nagħtih l-isem ta` din id-ditta b`mod kunfidenzjali. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #32649 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi trading licences għandha l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli, ma jirriżultax illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant għandha xi liċenzja tan-negozju maħruġa mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #32650 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Pulizija Libjana — Arrest

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet fil-mewt tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jidhru separatament? Jista' jikkonferma li wieħed miż-żewġ persuni Libjani li kienu qegħdin jinżammu mill-pulizija libjana in konnessjoni ma' dan il-każ inħeles mill-arrest? Jista' jgħid x'sehem taw il-pulizija maltija fl-investigazzjoni ta' dan il-każ?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li, wara li l-awtoritajiet Libjani kienu bagħtu rapport dwar l-investigazzjonijiet magħmula mill-Pulizija Libjana rigwardanti l-mewt tal-persuna li d-dettalji tagħha qedħdin jidhru separatament, l-awtoritajiet Maltin qed jistennew rapport aktar ddettaljat mingħand l-istess awtoritajiet Libjani. Nixtieq nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-awtoritajiet Maltin qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jiksbu kull tagħrif dwar dan il-każ mingħand l-awtoritajiet Libjani kemm jista jkun malajr. Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmilhom lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #32651 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-investigazzjonijiet fil-mewt tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jidhru separatament? Jista' jikkonferma li wieħed miż-żewġ persuni Libjani li kienu qegħdin jinżammu mill-pulizija libjana in konnessjoni ma' dan il-każ inħeles mill-arrest? Jista' jgħid x'sehem taw il-pulizija maltija fl-investigazzjoni ta' dan il-każ?

Response (BORG, TONIO)

L-awtoritajiet Maltin segwew dan il-każ bl-akbar attenzjoni; intalbu mill-awtoritajiet Libjani diversi dettalji; uħud minn dawn ġew inklużi f`rapport li l-istess awtoritajiet issottomettew f`Ottubru 2001. Hu mistenni li jintbagħtu aktar dettalji mill-awtoritajiet Libjani. L-investigazzjonijiet qed isiru mill-Pulizija Libjana peress li huma biss huma kompetenti li jinvestigaw reati jew allegazzjonijiet ta` reati li jsiru fit-territorju Libjan.
Leg 9 PQ #32122 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm gie rrappurtat serq matul Frar 2002? Jista l-Ministru jikklassifika s-serq? Jista l-Ministru jghid kemm gew solvuti każijiet ta’ serq matul Frar 2002?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #32123 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

B' riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru 31624, jista l-Ministru jgħid kemm hija l-paga ta' l-ex kummissarju tal-pulizija li ismu qed jintbagħat separatament mas-soċjeta Technical and Management Services Limited, sussidjarja tal-Maltacom plc? X' fringe benefits għandu ma' l-impjieg tiegħu, jekk hemm? Min kien responsabbli mit-tfassil tas-salarju ta' l-ex kummissarju? Min huma l-persuni li intervistawh qabel sar l-ingaġġ tiegħu mal-kumpannija? Min għazel il-bord ta' l-intervisti? Jista jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta' l-intervisti li saru ghal dan il-post?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li s-salarju u l-benefiċċji li għandha l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huma simili għal dawk li jgawdu uffiċjali f'karigi simili fil-kumpaniji sussidjarji tal-Maltacom. It-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan l-impjieg kienu mfassla miċ-Chairman tal-Maltacom fuq inkarigu mogħti lilu mill-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Technical & Management Services Limited. Il-bord ta' l-għażla, li kien magħmul miċ-Chairman tal-Maltacom, id-Direttur tal-Group Information Teċhnologgħ u d-Direttur tal-Group Administration and Human Resources, kien appuntat mill-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija sussidjarja msemmija b'konformita' mal-proċeduri eżistenti. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma naħsibx li jkun fl-interess kemm tal-Maltacom kif ukoll tal-kumpanija sussidjarja li l-informazzjoni mitluba ssir pubblika.
Leg 9 PQ #32124 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

B’ riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 31607. Jista’ l-Ministru jikkonferma li x-xogħol forensiku kollu li kien taħt ir-responsabbilta’ tal-persuna li isimha qieghed jintbaghat separatament huwa wieqaf u ma jistax jigi assenjat lil ħaddiehor għaliex ma hemmx esperti tal-kalegrafija li jistgħu jieħdu dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant, kien ġie trasferit għal Malta National Laboratory Ltd, b`effett mit-22 ta` Ottubru 2001. Din l-istess persuna kienet talbet vacation leave sat-8 ta` Novembru 2001, iżda ma irritornax għax-xogħol. Ninsab infurmat ukoll, illi fil-preżent qed issir is-selezzjoni ta` persuni sabiex ikunu mħarrġa fl-eżaminar ta` dokumenti sabiex ikun jista` jinħadem il-backlog li ħalla warajh il-persuna msemmija.