Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-apparat imsejjaħ laparascope fl-isptar San Luqa mhux armat għall-laparascopic surgery għall-endometriosis? Tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni preżenti fejn pazjenti li għandhom bżonn laparascopic surgery għall-endometriosis iridu jieħdu l-kura fl-isptar St. Philip's fejn jinsab l-uniku apparat armat li hawn, bi spiża ta' mijiet ta' liri propju għaliex l-intervent ma jistax isir fl-isptar San Luqa ħlief biex isir laparatomy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tal-Ginekoloġija fl-Isptar San Luqa jagħti l-ogħla prijorita` għall-iżvilupp ta` "minimal access surgery" fi ħdanu. Għal dan il-għan, qegħdin jittieħdu passi, fosthom:
a. infetaħ laparoscopy theatre.
b. speċjalista ta` esperjenza f'din it-tip ta` kirurġija li jaħdem fid-dipartiment tal-ginekoloġija rritorna minn taħriġ f'Nottingham.
ċ. inżamm seminar/video-conference f'Ottubru 2001 fejn minbarra lectures saru wkoll xi interventi minn speċjalisti barranin/maltin li ġew trasmessi mill-laparoscopy theatre lejn udjenza ta` ginekoloġi fil-Medical School.
d. tlestiet lista ta` apparat ieħor li jkun neċessarju, u mistennija toħroġ sejħa għall-offerti meħtieġa fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu iservu fil-kariga ta' RSM tal-Pulizija bejn l-1980 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu jokkupaw il-kariga ta` R.S.M. kienu:
1/SM 576 George Cossai
1/SM 20 Tarcisio Vella
1/SM 114 Harold Harrison
1/SM 192 Edgar Theuma
Jista' l-Ministru jikkonferma li priġunier li ismu qiegħed jintbagħat separatament kien qiegħed jitlob li jiġi trasferit minn din id-diviżjoni minħabba s-sitwazzjoni allarmanti ta' abbuż ta' droga f'din id-division? Jista' l-Ministru jikkonferma li wara li dan il-priġunier safa msawwat minn xi priġunieri oħra ġie trasferit għal division oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ta` kuljum isiru diversi talbiet minn priġunieri biex jibdlu minn diviżjoni għal oħra. Ir-raġunijiet li jagħtu huma diversi. L-ex-priġunier imsemmi fil-mistoqsija qatt ma għamel talba biex ibiddel id-diviżjoni li kien fiha, jew għamel dawn l-allegazzjonijiet ma` xi uffiċjal dwar l-imsemmija droga.
Wara l-inċident imsemmi, li kienu involuti fih il-priġunier imsemmi u żewġ priġunieri oħra, kienu iż-żewġ priġunieri ta` l-aħħar li inbidlitilhom id-diviżjoni.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-qualified nurses li jaħdmu fl-Isptar Zammit Clapp bħala wholetimers se jiġu mġiegħla jaħdmu late duties meta minn dejjem kienu jaħdmu flexible hours fil-ħin ta' filgħodu biss?
Jaf il-Ministru li jekk dan isir ikun qiegħed imur kontra l-kundizzjonijiet li kienu ngħataw lil dawn in-nurses fil-bidu ta' l-impjieg tagħhom fl-1991?
Jaf li l-kundizzjonijiet oriġinali li jgawdu dawn in-nurses kienu ngħatawlhom billi dak iż-żmien il-gvern kellu bżonn nurses biex jaħdmu fl-isptar u biex iħajjar nurses miżżewġa li ma kenux qegħdin jaħdmu biex jerġgħu jibdew jaħdmu?
Jaf il-Ministru li jekk se tiġi mwettqa xi bidla fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jista' jnaffarhom milli jkomplu jaħdmu?
Jista' jikkonferma li mhux qegħdin jiġu mpjegati aktar qualified nurses biex jissostitwixxu oħrajn li jirtiraw jew jieqfu mill-impjieg?
Veru li qegħdin jiġu ngaġġati nursing aides minflok qualified nurses?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Management ta` l-iSptar Zammit Clapp iddiskuta din is-sitwazzjoni mal-Union konċernata u hemm qbil fuq din il-kwistjoni.
Ma jirriżultalix li qegħdin jiġu mpjegati nursing aides minflok infermiera kwalifikati fl-iSptar Zammit Clapp. Infatti, hemm proposta mill-Management li tista` tirriżulta f'titjib tan-nursing ratio wara nofsinhar.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu fil-każ ta' sejba ta' żewġ joints tal-hashish li kienu nstabu fuq conduit casing fid-division 5 tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin xi xhur ilu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-inċident imsemmi qatt ma ġie irrapurtat lill-Awtoritajiet tal-Ħabs.
Ninsab infurmat ukoll li kull meta instabet xi sustanza suspettuża l-Awtoritajiet tal-Ħabs dejjem infurmaw lill-Pulizija b`dan u kull meta kien il-każ saret inkjesta Maġisterjali.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċjal li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbgħatu separatament tneħħa mill-SRT għaliex xi xhur ilu, waqt li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament kien qiegħed fuq prison leave, l-uffiċjal konċernat tat xi orndi biex ma jġibx ruħu b'ċertu mod waqt li kien fil-kumpanija ta' martu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mhux minnu li l-uffiċjal indikat separatment fil-mistoqsija tneħħa mill-SRT għar-raġunijiet msemmija fil-mistoqsija.
Skond ir-records li jinżammu mill-Awtoritajiet tal-Ħabs, dan l-uffiċjal qatt ma għamel skorta mal-priġunier indikat fl-istess mistoqsija kull meta dan il-priġunier ibbenefika minn Prison Leave, ħlief f`okkażżjoni waħda li kienet fit-18 ta` Awissu 1998.
Jista' l-Ministru jgħid li l-priġunier li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament kien jew għadu jinsab fi stat ħażin minħabba abbuż ta' droga u ilu ma jiġi mibgħut għall-urine check għal diversi ġimgħat minkejja l-sitat ovvju li jinsab fiħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-priġunier indikat separatament fil-mistoqsija ittieħditlu l-urina darbtejn din is-sena. Darba fl-24 ta` Frar 2002 u l-oħra fit-2 ta` Marzu 2002. Fiż-żewġ okkażżjonijiet ir-riżultat kien negattiv. Fil-11 ta` Marzu 2002 il-priġunier imsemmi rrifjuta li jagħti l-urina u għalhekk ittieħdu passi dixxiplinari kontrih skond ir-Regolamenti ta` l-1995 dwar il-Ħabs.
Ninsab infurmat ukoll li l-imsemmi priġunier qed jiġi segwit regolarment mit-tobba tal-ħabs u qed isirulu l-eżamijiet u t-testijiet kollha meħtieġa. Minħabba s-sigriet professjonali, ir-riżultati ta` dawn l-eżamijiet ma jiġux ikkomunikati lill-Awtoritajiet tal-Ħabs.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċjal li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament kien irrapporta sick waqt li kien qiegħed jaħdem fl-uffiċini tal-partit nazzjonalista fil-Pieta'? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kull meta t-tabib tal-ħabs jew xi uffiċjal għoli tal-ħabs marru fir-residenza ta` dan l-uffiċjal meta kien bis-sick leave, dan dejjem instab id-dar ħlief f`okkażżjoni waħda. Fl-1 ta` April 2002, għal ħabta tas-7pm saret spezzjoni għal għarrieda fir-residenza ta` dan l-uffiċjal u dan ma fetaħx il-bieb. Sar rapport u ttieħdu passi dixxiplinari kontrih. Instab ħati u bħala kastig inqatgħetlu ġurnata paga.
L-Awtoritajiet tal-Ħabs qatt ma rċevew informazzjoni li l-uffiċjal imsemmi kien qed imur jaħdem fil-post indikat fil-Mistoqsija meta dan kien bis-sick leave.
Jekk l-Onor. Interpellant għandu informazzjoni dettaljata u jista` jindika xi xhieda li jistgħu jwasslu biex dan il-każ jiġi ippruvat, ikunu jistgħu jittieħdu l-proċeduri neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser titneħħa l-vettura abbandunata ġo garage privat bla bieb ta' l-għamla Ford Cortina bajda numru ta' reġistrazzjoni JAS 718 ġewwa triq ġdida fi Triq il-Kandlora, Ħaz-Zebbuġ f'bitħa garaxxijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tistħarreġ sabiex issib lis-sid tal-garage imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-apparat imsejjaħ laparascope fl-isptar San Luqa mhux armat għall-laparascopic surgery għall-endometriosis? Tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni preżenti fejn pazjenti li għandhom bżonn laparascopic surgery għall-endometriosis iridu jieħdu l-kura fl-isptar St. Philip's fejn jinsab l-uniku apparat armat li hawn, bi spiża ta' mijiet ta' liri propju għaliex l-intervent ma jistax isir fl-isptar San Luqa ħlief biex isir laparatomy?
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu għall-extra li għamlu xi pulizija li ħadmu mal-Malta Maritime Authority fix-xatt ta' Pinto matul is-sena 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp ikunu jistgħu jitħallsu hekk kif il-Malta Maritime Authority tħallas il-kontijiet li hemm pendenti għal xogħol extra li nħadem mill-Pulizija.
Jista' l-Ministru jikkonferma li mit-28 ta' Mejju 2002 il-pulizija tat-traffic kollha ma jistħgux jieħdu leave meta jkunu duty fil-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vacation leave jingħata fuq talba tal-membru tal-Korp u dan huwa suġġett għal esiġenzi tas-servizz. Għaldaqstant meta membru tal-Korp tal-Pulizija jiġi mħarrek biex jixhed il-Qorti, dan ma jingħatax vacation leave f`dik il-ġurnata u dan peress li xhieda quddiem il-Qorti hija mandatorja. B`hekk ukoll jiġi evitat abbuż minn ħlas ta` 'overtime'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-esperti fil-laboratorju tal-pulizija li japplikaw u jintgħażlu bħala forensic divisional manager jew scientists jew technicians mal-MIMCOL iżommx il-grad u s-seniority li kellhom mal-korp tal-pulizija? Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal dawk li huma seconded mal-korp tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-MIMCOL.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-esperti fil-laboratorju tal-pulizija li japplikaw u jintgħażlu bħala forensic divisional manager jew scientists jew technicians mal-MIMCOL iżommx il-grad u s-seniority li kellhom mal-korp tal-pulizija? Jista' jgħid jekk dan japplikax ukoll għal dawk li huma seconded mal-korp tal-pulizija?
B'riferenza għal rapport li deher fil-ġurnal Kullħadd, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni għar-rigward l-allegazzjoni li ntbagħtu xi ittri minn persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li preżentament huwa residenti fis-CCF?
Response (BORG, TONIO)
Il-priġunieri kollha li jinsabu fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin għandhom id-dritt li jibgħatu u jircievu ittri.
Kemm l-ittri li jintbagħtu jew li jirċievu l-priġunieri jiġu sottomessi għar-regolamenti tal-Ħabs. Regolament 51.1 Prison Regulations 1995.
L-Onor. Interpellant huwa mitlub biex jagħti d-data tal-pubblikazzjoni imsemmija biex isir stħarriġ dwar din l-allegazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija irċevietx kommunikazzjoni anonima li allegat li ċerta persuna hija responsabbli għall-omiċidju ta' Fortunata Spiteri, l-warden maqtula f'Għawdex? Jekk iva, x'inhu jżomm l-analiżi tad-demm li nstab fuq motorcycle? Għaliex ma ġietx fi tmiemha l-inkjesta? Jikkonferma li kollox wieqaf għaliex il-laboratorju forensiku qiegħed jistenna xi riżultati forensiċi minn barra minn Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta` inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
B'riferenza għal rapport li deher fil-ġurnal KullĦadd, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni għar-rigward l-allegazzjoni li ntbagħtu xi ittri minn persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li preżentament huwa residenti fis-CCF?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Membru jagħmel il-mistoqsija lil Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32122 u cioe, jista jgħid kemm gie rrappurtat serq matul Frar 2002? Jista l-Ministru jikklassifika s-serq? Jista l-Ministru jghid kemm gew solvuti każijiet ta’ serq matul Frar 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Frar 2002 il-każi ta` serq li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 136 każ ta` serq.
Numru ta` Serqiet li ġew rappurtati:-
- Hold-up
7
- Pick pocketing
31
- Snatch & grab
5
- Serq minn dgħajjes
6
- Serq ta` dgħajjes
4
- Serq ta` karozzi
61
- Serq minn karozzi
254
- Serq minn barijiet / lukandi
76
- Serq minn fabbriki
8
- Serq minn residenzi
52
- Serq minn ħwienet
53
- Serq minn xtajtiet
4
- Serq ieħor
165
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija 33173 jista' l-Ministru jgħid il-għaliex fit-tabella tal-klassifikazzjoni tas-serq ma ġiex indikat kemm ġew imwettqa hold-ups meta r-reat ta' hold-up dejjem ġie kklassifkat taħt is-serq f'risposti parlamentari preċedenti? Jista' jgħid jekk dan sar bi żvista jew għaliex tbiddlet is-sistema tal-klassifikazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` April 2002 ma ġewx irrapurtati każi ta` hold ups.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa lit-taxpayer Malti l-proġett ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-total tal-pagamenti li saru fuq l-Isptar il-Ġdid, mid-Diviżjoni tas-Saħħa, mill-bidu tal-proġett sal-31 ta` Diċembru 2001, kien ta` LM53.9 miljun lira Maltin.