Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36836 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Promozzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex fl-1 ta' ottubru 2002 żewġ assistenti kummissarji ġodda ngħataw il-promozzjoni b'direct order meta sena ilu l-PSC kienet irrakkomandat li promozzjonijiet b'direct orders huma nieqsa mit-trasparenza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab sorpriż ħafna b`din id-domanda. Il-proċedura segwita fil-każ ta` l-Assistenti Kummissarji kienet identika għal dik segwita sa mill-Indipendenza sal-lum, inkluż taħt l-Amministrazzjoni Laburista. Fuq direttiva tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ħatriet għall-futur se jsiru mhux iktar fuq rakkomadazzjoni diretta, kif dejjem sar f`dawn l-aħħar 38 sena. Kull rakkomandazzjoni diretta, saret meta saret, dejjem kien ikollha bżonn l-approvazzjoni tal-Kummissjoni li d-deċiżjoni finali tibqa` tagħha. Għalhekk ir-referenza, żbaljata jew delibera, għal kelma "direct order" hi barra minn lokha.
Leg 9 PQ #36837 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Promozzjonijiet

Question

Jaqbel il-Ministru mal-PSC li promozzjonijiet li jingħataw fil-korp tal-pulizija b'direct order huma nieqsa mit-trasparenza? Jekk ma jaqbilx x'għandu x'jgħid dwar il-PSC li rrakkomandat propju hekk?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36836 f`din l-istess Seduta. Mhux kompitu tiegħi li niġġudika l-operat tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li bil-Kostituzzjoni, kif jaf l-Onor. Interpellant, għandha ġurisdizzjoni esklussiva f`dawn il-materji.
Leg 9 PQ #36651 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Klandestini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm klandestini ġew ripatrijati f'Settembru u Ottubru 2002? Jista' jgħid kemm minn dawn il-klandestini applikaw għall-istatus ta' refuġjati? Jista' jgħid jekk kienx hemm applikazzjonijiet minn dawn li ġew trattati bis-sistema tal-proċedura aċċellerata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar ir-Refuġjati? Jekk kien hemm, x'kienet ir-raġuni prima facie li ġew trattati bil-proċedura aċċellerata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xhur ta` Settembru u Ottubru ta` din is-sena ġew ripatrijati 376 klandestin, li ħadd minnhom ma kellu xi applikazzjoni għal status ta` refuġjat pendenti.
Leg 9 PQ #36652 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Klandestini

Question

Billi l-kummissarju tal-pulizija ġie rrapportat li qal li l-allokazzjoni ta' fondi għall-klandestini ntnefqet b'xi sitt darbiet aktar minn dak oriġinarjament provdut, jista' il-Ministru jgħdi xi pjani għandu l-gvern biex jilqa' għall-problema finanzjarjament? Jista' jagħti dettalji speċifiċi tal-ħwejjeġ jew bżonnijiet bażiċi minimi li qiegħed jipprovdi lill-klandestini waqt li jinżammu f'pajjiżna, b'indikazzjoni ta' l-ispiża approssimattiva għal kull item li jiġi provdut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija għamel talba lill-Ministeru tal-Finanzi sabiex jingħata aktar fondi sabiex ikun jista` jkopri l-ispejjeż involuti sabiex jinżammu u jiġu mantnuti l-klandestini. Minbarra l-ikel, dawn qed jingħatawlhom l-affarijiet kollha meħtieġa sabiex tinżamm l-iġene personali ta` kull wieħed, kif ukoll il-materjal kollu meħtieġ għat-tindif tal-post. Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid, ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa ta` dawn l-affarijiet għal dawn il-klandestini.
Leg 9 PQ #36653 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Klandestini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew użati membri tal-korp tal-pulizija għas-sorveljanza tal-klandestini f'Settembru u Ottubru 2002? Minn liema taqsimiet ġew?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35687, peress li l-posizzjoni għadha ma nbidlitx.
Leg 9 PQ #36654 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita` Korrettiva ta' Kordin — Tenders

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha tal-faċilita` korrettiva ta' Kordin minn Settembru 1998 sa Ottubru 2002? Kemm kien jiswa kull tender, fiex jikkonsisti, lil min ġie assenjat u jekk ingħatax b'direct order jew b'talba għall-offerti? Jista' jgħid min kien jew kienu l-persuni responsabbli mill-aġġudikazzjooni ta' kull tender?

Response (BORG, TONIO)

Għall-perjodu minn Settembru 1998 sa Settembru 2001 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28601. Fir-rigward tal-perjodu minn Ottubru 2001 sa Ottubru 2002 ninsab infurmat kif ġej:- Audio Recording System . Dan il-kuntratt ingħata b` tender lil Correct Termination Ltd għal prezz ta` Lm8,295 wara li tqiesu erba` offerti mingħand, Comsec Ltd (Lm20,421), Correct Termination Ltd (Lm8,295), Euch Zammit Co Ltd (Lm17,000) u żewġ offerti mingħand Advanced Telecommunications Systems Ltd (Lm11,541 u Lm13,097). Immunology Analyser. Direct Order għal prezz ta` Lm19,435 mingħand Vivian Corporation . Re-Configuration of Locks . Direct Order għal prezz ta` Lm7,417 mingħand Messrs Philip Toledo. L-approvazzjoni ta` dawn iż-żewġ id-direct orders ingħatat mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #36655 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Settembru 2002? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Settembru 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Settembru 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 28 każ ta` serq. Hold-up 2 Pick pocketing 44 Snatch & grab 11 Serq minn dghajjes 12 Serq ta’ dghajjes 6 Serq ta’ karozzi 40 Serq minn karozzi 228 Serq minn barijiet / lukandi 129 Serq minn fabbriki 8 Serq minn residenzi 40 Serq minn hwienet 64 Serq minn xtajtiet 30 Serq iehor 224
Leg 9 PQ #36656 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Settembru 2002? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Settembru 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Settembru 2002 kien hemm 640 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali. Abandon of child 1 Against morals and honour of the family 5 Arson 14 Attempted offences 82 Bodily harm 91 Computer misuse 1 Damage 308 Drugs 6 Forgery 1 Fraud 2 lllegal Immigration 21 Prostitution 1 Sexual offences 4 Theft 838 Threats and private violence 8 Violence against public officers 11
Leg 9 PQ #36632 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Banda tal-Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-membri tal-korp tal-pulizija msieħba fil-banda tal-pulizija m'għadhomx jitħallsu extra iżda l-ħinijiet li jqattgħu mal-banda jitnaqqsulhom mill-ħin normali tal-ġurnata tax-xogħol tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-prattika hi illi l-ħin li membru tal-Pulizija jqatta` mal-banda jkun parti mill-ġurnata tax-xogħol, u għaldaqstant ma jitħallasx 'extra duty', pero` meta l-istess membru jkun jew 'off duty' jew bil-leave, jitħallas bir-rata ta` l-overtime.
Leg 9 PQ #36190 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Applikazzjozni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm il-progress ta' l-applikazzjoni quddiem l-awtorita' ta' l-ippjanar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35732.

Trasport Pubbliku

Question

Filwaqt li ssir riferenza għall-protest ġudizzjarju fil-prim awla tal-qorti ċivili li għamlet il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament lill-awtorita' dwar it-trasport pubbliku, il-Ministru għat-trasport u komunikazzjoni kif ukoll l-avukat ġenerali dwar liċenzji għall-karrozzi tal-mejtin, jista' il-Ministru jikkonfema dak indikat u cioe' li ilhom 43 sena ma jingħataw liċenzji għall-motor hearses? Jista' jispjega għaliex ilhom daqshekk ma jingaħataw liċenzji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li n-numru ta' liċenzji għall-motor hearses hu limitat għal dak li kien eżistenti fl-1970. Jidher għalhekk li matul id-diversi amministrazzjonijiet, qatt ma nħass il-bżonn li joħorġu liċenzji ġodda.

Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk jeżistux regolamenti jew kriterji sabiex tingħata liċenzja għal motor hearse? Jekk jeżistu, jista' il-Ministru jipprovdihom u jindika kemm ilhom eżistenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35692.

Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jindika kemm-il talba saret għal-liċenzja ta' motor hearse dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond l-informazzjoni li għandu d-Direttorat tat-Trasport Pubbliku, mill-1995 s'issa, b'kollox kien hemm 10 talbiet għal permessi ġodda; fosthom 8 f'Malta u 2 għal Għawdex. Fil-perjodu qabel l-1995 ma' jidhirx li nżammet din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #35868 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika x'jinkludi x-xogħol tas-servizz ta' sigurta' li ġie assenjat lill-assistent kummissarju l-ġdid Godfrey Scicluna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-posting preżenti assenjat lill-Assistent Kummissarju li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jinkludi il-ko-ordinazzjoni ta` operazzjonijiet li jkollha l-Pulizija li tkun teħtieġ l-assistenza tas-Servizzi tas-Sigurta` u kull xogħol ieħor relatat. Fuq kollox, għal raġunijiet ovvji, ma nħossx li huwa prudenti li tingħata informazzjoni dettaljata dwar kif il-Pulizija tikkordina l-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalita`.
Leg 9 PQ #35685 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu klandestini f'Malta matul din is-sena, xahar b'xahar? Jista' il-Ministru jispeċifika l-mod kif daħlu f'pajjiżna u cioe' jekk daħlux mill-portijiet b'passaport falz jew inkella daħlux Malta b'xi bċejjeċ tal-baħar bl-assistenza tal-forzi tas-sigurta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar klandestini li daħlu Malta din is-sena huwa kif ġej: Jannar 5 Dgħajsa - Birżebbugia Frar 10 Dgħajsa – Birżebbugia Marzu 208 11 Dgħajsa – Xlendi Dgħajsa – Mġarr April - Xejn Mejju - Xejn Ġunju - Xejn Lulju 251 Miġbura mill-Forzi Armati minn fuq dgħajsa Awissu 49 Dgħajsa – Paradise Bay Settembru 65 78 235 Dgħajsa – Mġarr ix-Xini Dgħajsa – Marsascala Dgħajsa – Marsaxlokk TOTAL 912
Leg 9 PQ #35686 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jispeċifika fejn qegħdin jiġu alloġġati l-immigranti klandestini? Jista' jgħid jekk bħalissa s-sitwazzjoni hijiex allarmanti u jekk hux qed ikollhom jittieħdu miżuri ta' emergenza? Huwa minnu li numru kbir ta' klandestini qegħdin jinżammu fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi tul dawn l-aħħar ġimgħat in-numru ta` immigranti klandestini li waslu fuq ix-xtut tagħna kien ilaħħaq il` fuq minn 800. Kif naħseb jaqbel miegħi l-Onorevoli Interpellant, dan huwa numru kbir għal pajjiżna u qed ikollhom jittieħdu miżuri ta` emerġenza sabiexjinstabu postijiet fejn dawn ikunu jistgħu jiġu alloġġjati. Dawn l-immigranti klandestini qed ikunu alloġġati fil-Barracks ta` Ħal Safi; fil-Barracks ta` Lyster - Ħal Far; fiċ-Ċentru tal-Immigrazzjoni ġewwa Ħal Far; fil-kumpless ta` Kandja u fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #35687 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema taqsimiet tal-korp tal-pulizija, barra dik ta' l-immigrazzjoni, qegħdin jgħinu fl-operazzjoniet ta' dħul u sorveljanza tal-klandestini? Kemm hemm uffiċjali tal-pulizija nvoluti f'dawn l-operazzjonijiet? Jekk qegħdin jiġu mislufa uffiċjali minn taqsimiet oħrajn lit-taqsima ta' l-immigrazzjoni x'effett qiegħed ikun hemm fuq dawn it-taqsimiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 89 membru tal-Korp tal-Pulizija li huma assenjati temporanjament xogħol ma` l-immigranti klandestini. Dan pero` ma jinkludix il-Pulizija rikjesti għall-skorti u għassa meta dawn ikun jinħtieġu attenzjoni medika fl-isptar jew ċentri tas-saħħa jew f`xi żjarat rikrejattivi. Ma jinkludux lanqas il-Pulizija li intużaw bħala skorta fir-ripatrijazzjoni ta` numru minn dawn l-immigranti klandestini. Dawn il-Pulizija ġew meħuda minn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija b`mod illi sa fejn ikun possibli l-operat tat-taqsimiet ikun effetwat mill-anqas possibli. Ta` min iżid ukoll illi f`din il-ħidma il-Pulizija qed tkun megħjuna mill-Forzi Armati ta` Malta.
Leg 9 PQ #35688 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-problema tal-klandestini tikber fil-jiem li ġejjin minħabba l-wasla ta' aktar minnhom fuq bċejjeċ tal-baħar xi pjanijiet ta' kontinġenza jew emerġenza għandu l-gvern biex jilqa' jew jikkontrolla l-problema? Qiegħed il-gvern ifittex għajnuna internazzjonali u jekk iva fiex tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (BORG, TONIO)

Jeżisti kumitat taħt il-Presidenza tiegħi, li ilu jiltaqa` sa minn April li għadda, liema kumitat, jiġbor fi ħdanu l-Pulizija, il-Forzi Armati, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, id-Dipartiment tas-Saħħa u s-Soċjeta` tas-Salib l-Aħmar in rappreżentanza ta` l-NGO`s. Xogħol dan il-Kumitat hu li jissorvelja s-sitwazzjoni u sa fejn jista`, iħejji għal kull eventwalita`. L-Onor. Interpellant jifhem li d-daqs tal-problema mhux magħruf imma lanqas, mill-banda l-oħra, ma rridu nallarmaw iżżejjed. Għajnuna teknika qegħda tingħata taħt twinning project finanzjat minn pre-occession funds u meta nkunu membri fl-Unjoni Ewroprea jkollna aċċess, fost l-oħrajn, għal dak li jissejjaħ Refugee Fund.
Leg 9 PQ #35689 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' monitoring qiegħed isir biex jiġi assigurat li dawk il-barranin li tiskadilhom il-visa ma jibqux f'pajjiżna? Għandu mezz il-korp tal-pulizija biex jagħmel dan il-monitoring wara li tneħħiet is-sistema ta' l-embarkation cards?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-Pulizija kontinwament tagħmel spezzjonijiet għal persuni barranin li jkunu Malta mingħajr permess. Barra minn hekk is-sistema tal-mili t`embarkation cards għal barranin għada fis-seħħ.
Leg 9 PQ #35690 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jaqbilx li x-xtut Maltin mhumiex mgħassa biżżejjed u li jeħtieġ li tiġi nforzata s-sigurta' fix-xtut biex tiġi kkumbattuta aħjar l-importazzjoni tad-droga u t-traffikar tal-persuni? Jista' jgħid jekk il-pulizija tipprovdix servizz ta' għassa ma' l-ixtut Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sorveljanza ta` l-ibħra territorjali Maltin hija assenjata lill-Forzi Armati ta` Malta u għaldaqstant ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Infurmat ukoll, illi l-patrols effetwati mill-Pulizija jinkludu ukoll il-bajjiet.