Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38406 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Stabbiliment ta' l-ikel — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-liċenzji kollha relattivi għan-negozju li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni ghada qed tingabar twegiba tinghata f'xi seduta ohra
Leg 9 PQ #38407 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Mdina — Torri li kien iservi bħala għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minnu t-torri li kien jintuża mill-Kummissarju tal-Pulizija bħala l-għassa tal-pulizija uffiċjali ta' l-Imdina f'St. Publius Square, Mdina?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm il-ħsieb li fil-ġejjieni dan it-torri, li qabel kien jintuża bħala Għassa tal-Pulizija, jiġi devolut favur il-Kunsill Lokali Mdina flimkien mal-ġnien magħruf bħala Ġnien is-Sindku.
Leg 9 PQ #38130 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Persuni ħatja ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pieni li ġew mogħtija mill-Qrati lil dawk il-persuni li nstabu ħatja ta' serq mill-1998 sa l-2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq għal kull każ kif ukoll l-eta' u s-sess tal-persuna li ġiet ikkundannata? Jista' jgħid jekk minn dawk li nstabu ħatja kienx hemm min reġa' tressaq il-Qorti akkużat bl-istess reat jew reati aktar serji fl-istess perijodu u x'kienu l-pieni nflitti f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta` persuni li nstabu ħatja ta` serq mill-01/01/98 sa 31/12/2002 huwa kif jidher hawn taħt: Malta 1072 Għawdex 125 F'Malta ma tinżammx statistika ta` l-informazzjoni l-oħra li qed jitlob l-Onor. Interpellant waqt li f`Għawdex id-dettalji huma kif jidhru fuq annessi li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37942 Sitting 845 2003-01-14 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Statistika dwar il-kriminalita'

Question

Jista' l-Ministru jara li l-istatistika dwar il-kriminalita' tinġabar kuljum?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` spjegajt fi Tweġibiet preċedenti dwar dan is-suġġett, f`Awissu ta` l-1997 kienet ġiet introdotta fil-Korp tal-Pulizija is-sistema kompjuterizzata ta` kif jinżammu ir-rapporti li l-pubbliku jagħmel mal-Pulizija, magħrufa aħjar bħala P.I.R.S. (Police Incident Reporting System). F`din is-sistema jiġu mdaħħla r-rapporti li jsiru lill-Pulizija mingħand il-pubbliku u kull rapport jiġi ikklassifikat skond in-natura tal-każ. Minn din is-sistema imbgħad tkun tista` tinġabar statistika ta` l-informazzjoni meħtieġa. Pero` minħabba li r-rapporti jkunu jridu jiġu investigati u verifikati, ninsab infurmat illi ma hux possibli li tinġabar statistika ta` kuljum.
Leg 9 PQ #37913 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Consultant cardiologists — Marki mogħtija lill-kandidati

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-marki li ġew mogħtija lill-kandidati għall-post ta' consultant cardiologist (invasive) fid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-“policy” tal-“Public Service Commission” hi li l-“breakdown” tal-marki li jkun gab kandidat fi process ta’ ghazla jinghataw biss lill-kandidat li jitlobhom bil-miktub lill-Kummissjoni.
Leg 9 PQ #37937 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati? Kemm ġew solvuti reati matul Novembru, 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Novembru 2002 kien hemm 585 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali. Against morals and honour of the family 4 Arson 6 Attempted offences 123 Bodily harm 62 Computer misuse 1 Crimes against public safety 1 Crimes against admin. of justice etc 1 Damage 275 Drugs 1 Forgery 1 Fraud 18 Illegal Immigration 8 Prostitution 1 Sexual offences 3 Theft 853 Threats and private violence 12 Violation of places of confinement 1 Violence against public officers 7
Leg 9 PQ #37938 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Kemm ġew solvuti serqiet matul Novembru, 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Novembru 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 112 każ ta` serq. Hold up 6 Pick Pocketing 59 Snatch & grab 6 Serq minn dgħajjes 6 Serq ta` karozzi 57 Serq minn karozzi 313 Serq minn barijiet/lukandi 69 Serq minn fabbriki 9 Serq minn residenzi 49 Serq minn ħwienet 41 Serq minn xtajtiet 1 Serq ieħor 237
Leg 9 PQ #37939 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika r-reati? Kemm ġew solvuti reati matul Diċembru, 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Diċembru 2002 kien hemm 197 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali. Against morals and honour of the family 1 Arson 3 Attempted offences 125 Bodily harm 59 Damage 293 Drugs 5 Forgery 2 Fraud 7 Illegal Immigration 13 Perjury and false swearing 1 Prostitution 1 Sexual offences 2 Theft 931 Threats and private violence 9 Violation of places of confinement 1 Violence against public officers 9
Leg 9 PQ #37940 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru, 2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq? Kemm ġew solvuti serqiet matul Diċembru, 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Diċembru 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 49 każ ta` serq. Hold up 1 Pick Pocketing 91 Snatch & grab 21 Serq minn dgħajjes 8 Serq ta` karozzi 48 Serq minn karozzi 334 Serq minn barijiet/lukandi 87 Serq minn fabbriki 7 Serq minn residenzi 59 Serq minn ħwienet 42 Serq minn xtajtiet 3 Serq ieħor 230
Leg 9 PQ #37941 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pieni li ġew mogħtija mill-qrati lil dawk il-persuni li nstabu ħatja ta' serq mill-1998 sa l-2002? Jista' l-Ministru jikklassifika s-serq għal kull każ kif ukoll l-eta' u s-sess tal-persuna li ġiet ikkundannata? Jista' l-Ministru jgħid jekk minn dawk li nstabu ħatja kienx hemm min reġa' tressaq il-qorti akkużat bl-istess reati jew reati aktar serji fl-istess perijodu u x'kienu l-pieni inflitti għal kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #37627 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pensjonijiet — Protezzjoni Ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li għall-finijiet tal-pensjoni, dawk il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li ġew ingaġġati fil-15 ta’ Frar, 1999 jibbenefikaw mill-pensjoni wara 25 sena servizz bħall-pulizija u l-uffiċjali korrettivi?

Response (BORG, TONIO)

Il-kundizzjonijiet li taħthom ġew ingaġġati membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jipprovdux sabiex tingħata pensjoni wara ħamsa u għoxrin sena servizz. Kienet ingħatat konċessjoni speċjali lil dawk il-membri tal-Pulizija li ġew trasferiti għal dan id-Dipartiment sabiex dawn setgħu ikomplu jibbenefikaw minn pensjoni wara ħamsa u għoxrin sena servizz, liema benefiċċju kienu diġa` qegħdin igawdu waqt is-servizz fil-Korp tal-Pulizija, u li ma kenux koperti mill-abbozz ta` Liġi pubblikat taħt l-Amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #37343 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qrati — reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2002? Jista' jikklassifika r-reati u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika tal-Pulizija għax-xahar ta` Novembru, għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #37344 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twettaq serq matul Novembru 2002? Jista' jikklassifika s-serq u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika tal-Pulizija għax-xahar ta` Novembru, għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #37355 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Korp tal-Pulizija — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime membri tal-Korp tal-Pulizija f'Novembru 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta` overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija f`Novembru ta` din is-sena kien ta` Lm16,659.
Leg 9 PQ #37356 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Transferiment ta' Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 36982?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li għandi nagħti dettalji dwar problemi nterni bejn staff f'kumpanija kummerċjali.
Leg 9 PQ #37226 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li parti mis-suffett jew saqaf fil-bini l-ġdid tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ċeda? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni u għaliex ċeda meta l-bini huwa ġdid? Saru r-riparazzjonijiet? Jekk iva, kemm ġiet tiswa l-ispiża tat-tiswija.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li ċeda xi parti mis-suffett jew saqaf tal-kumpless il-ġdid fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Hemm problema fil-waterproofing tas-soqfa, b`konsegwenza li meta tagħmel ix-xita partijiet mis-soqfa joqtru u kien hemm fejn ixxarrab is-suffett. Din il-problema qed tkun segwita mill-periti tad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija, fit-Taqsima tax-Xogħolijiet fil-Ministeru għall-Ambjent, li kienu responsabbli minn dan il-proġett. Għalhekk għal aktar tagħrif tekniku, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #37233 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pulizija — Ħatriet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nri. 37109 u 36836 u r-risposti li ngħataw, jista' l-Prim Ministru jagħti d-data preċiża meta l-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku tat direttiva biex ħatriet fil-Korp tal-Pulizija ma jsirux aktar fuq rikkmandazzjoni diretta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fl-4 ta’ Settembru 2000, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kienet infurmat lill-Kummissarju tal-Pulizija li hatriet fir-rank ta’ Superintendent kellhom jibdew isiru wara sejha ghall-applikazzjonijiet u process ta’ ghazla. Fil-kaz ta’ hatriet fir-rank ta’ Assistant Kummissarju, il-Kummissjoni tat direttiva simili fit-18 ta’ Setembru 2002.
Leg 9 PQ #37304 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Deċiżjoni tal-PSC

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 37109, billi l-Onor. Interpellant mhux interessat ikun jaf meta l-Kummissarju tal-Pulizija ġie nfurmat bid-deċiżjoni tal-PSC, jista' il-Ministru jgħid meta tat id-deċiżjoni tagħha il-PSC?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` spjegajt fit-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37109, il-Kummissarju tal-Pulizija kien ġie infurmat bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fit-18 ta` Settembru 2002. Tagħrif dwar meta ittieħdet din id-deċiżjoni ma hux disponibbli la minn naħa tal-Korp tal-Pulizija lanqas minn naħa tal-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent. Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jitlob dan it-tagħrif lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #37305 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Tenders

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37117 jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra ittra jew il-korrispondenza li l-manifatturi tal-makna, mertu tal-mistoqsija preċedenti, ma humiex ser ikomplu jipprovdu spare parts? Min huma l-manifatturi?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` l-ittra li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #37115 Sitting 819 2002-11-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Tenders

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 36654, jista' l-Ministru jgħid jekk għall-Immunology Analyser fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin intalbux offerti oħrajn barra dik ta' Vivian Corporation? Jekk iva, ta' min kienu u kemm kien il-prezz ikkwotat? Jekk le, x'inhuma r-raġunijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn ħames ditti lokali li intalbu jagħmlu offerti għal Immunology Analyser, kienu biss żewġ kumpaniji li irriżulta li setgħu jisuplixxu din il-magna. Dawn kienu Vivian Corporation u Cherubino Ltd. Il-prezz ikkwotat kien ta` Lm19,435 u ta` Lm19,095 rispettivament. Madanakollu l-offerta ta` Cherubino Ltd kienet tispeċifika li l-ordni għar-reagents biex titħaddem din il-magna trid tkun għal sena, bil-konsegwenza li ħafna minn dawn ir-reagents jiġu expired wara sitt xhur. Dan iż-żmien huwa il-ħajja normali ta` dawn ir-reagents. L-offerta ta` Vivian Corporation ma kinetx tispeċifika ammont li kellu jiġi ordnat u għalhekk seta` jinxtara ammont ta` reagents fi kwantitajiet żgħar.