Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ġunju 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ġunju 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Ġunju 2003 kien hemm 362 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serq matul Lulju 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Lulju 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Lulju 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 65 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Lulju 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Lulju 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Lulju 2003 kien hemm 271 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Awissu 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Awissu 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu 2003 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 55 każ ta` serq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Awissu 2003 kien hemm 33 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Qrati tal-Ġustizzja — Installazzjoni ta' airconditions
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ser tiġi nstallata sistema ta' airconditioning ġdida fl-Awli kollha tal-Qrati tal-Ġustizzja? Jekk iva, jista' il-Ministru jgħid meta sejra ssir l-installazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Kif inhuwa magħruf is-sistema preżenti ilha sservi u hemm bżonn li ssir bidla tagħha. Fis-snin li għaddew ġew installati numru ta` split units jew fejn is-sistema ma kienetx taħdem iktar jew fejn il-kmamar nbidlilhom ix-xogħol li kien isir fihom. Preżentement hemm numru li jridu jsiru matul ix-xahar ta` Awissu meta l-installazzjoni jkun jista` jsir mingħajr diffikulta`.
Hemm ukoll il-pjan sabiex sistema ċentralizzata ġdida tidħol bħala parti mill-Business Plan għas-snin 2004-2006 u dan biex il-bidla ssir f`fażijiet li joħolqu l-inqas inkonvenjent għax-xogħol tal-Qrati.
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 935, jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern jistax juża l-visa "with Limited Terminal Validity" għal skop ta' turiżmu bħala "każ ta' interess nazzjonali"; biex ir-regolamenti ta' schengen ma jfixxklux jew inaqqsu t-turiżmu li jeżisti bejn Malta u l-Libja?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` spjegajt, l-ipproċessar ta` Schengen visas isir skond kif hemm provdut fil-Common Consular Manual. Il-visa magħrufa bħala Limited Territorial Validity hija maħsuba għal każijiet eċċezzjonali u mhux bħala regola. Ma narax li għandu jkun hemm xi diffikulta` sabiex persuna, minn xi pajjiż li jkun jenħtieġ il-visa mad-dħul ta` Malta fis-sistema Schengen, iżżur Malta bħala turist.
Jista' il-Ministru jgħid jekk mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, il-Gvern jibdiex jipproċessa biss Schengen visas? Jista' il-Ministru jgħid jekk teżistix sistema li biha l-Gvern ikun jista' joħroġ Schengen visa li tkun limitata ġeografikament għal żjara għal Malta biss jekk l-applikant jindika li hu jixtieq iżur lil Malta biss?
Response (BORG, TONIO)
Mad-dħul ta` Malta fl-EU, f`Mejju tal-2004, il-Gvern Malti jibqa` joħroġ biss visas validi għal Malta, peress li ma jkunx għadu parti minn Schengen. Mad-dħul ta` Malta fis-sistema Schengen, ikun possibli li tinħareġ visa with "Limited Territorial Validity" skond kif hemm provdut fil-Common Consular Manual u ċioe` f`każijiet li jkunu ġustifikati. bħal per eżempju każijiet umanitarji, każijiet ta` interess nazzjonali, każijiet ta` obligazzjonijiet internazzjonali, etc."
Persuni ta' nazzjonalita' Afrikana — Introduzzjoni ta' visa
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx jew hux se jsir studju dwar l-impatt ta' l-introduzzjoni tal-visa għal ċittadini minn pajjiżi mit-tramuntana ta' l-Afrika (mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE), fuq it-turiżmu minn dan ir-reġjun?
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew Malta ċittadini Libjani matul 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 sena b'sena? Jista' il-Ministru jgħid meta l-Gvern fi ħsiebu jimponi l-visa fuq ċittadini Libjani?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` ċittadini Libjani li ġew Malta fis-snin speċifikati hu kif jidher hawn taħt:-
1998
1999
2000
2001
2002
38,166
45,839
44,955
32,386
24,011
Il-ħtieġa ta` visa se tidħol mhux iktar tard mill-1 ta` Mejju, 2004.
Persuni ta' nazzjonalita' Libjana — Introduzzjoni ta' visa
Question
Billi bejn issa u s-sħubija formali ta' Malta fl-UE se jkollha tiġi ntrodotta l-visa lil ċittadini mil-Libja, jista' il-Ministru jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri amministrattivi fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli biex tkun tista' tipproċessa b'effiċjenza l-applikazzjonijiet għal visa lejn Malta minn ċittadini Libjani għal skop ta' turiżmu jew xogħol? Jista' jgħid jekk l-Ambaxxata Maltija fi Tripli tistax tesentdi s-servizz tagħha fi bliet oħrajn fil-Libja billi ċittadini Libjani li ma jirrisjedux fi Tripli jkollhom jivjaġġaw mijiet ta' mili lejn Tripli biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom u dan ġranet qabel jistgħu jkunu jafu jekk l-applikazzjoni tagħhom ġietx milqugħa jew rifjutata?
Response (BORG, JOE)
Peress li sa mhux aktar tard mill 1 ta' Mejju 2004, ċittadini Libjani se jkollhom bżonn visa biex jiġu Malta, l-Ambaxxata Maltija ġewwa Tripli qiegħda tiġi attrezzata, kemm f'sens ta' impjegati, kif ukoll f'termini ta' infrastruttura, sabiex tkun tista' tilqa' b'mod effiċjenti u sistematiku l-influss mistenni ta' ċittadini Libjani li jkunu se jżuru 'l pajjiżna, u li għal dak il-għan jkollha bżonn tinħareġ visa mill-Ambaxxata Maltija fi Tripli.
Minbarra l-visa normali, ċittadini Libjani li jżuru Malta ta' spiss, se jkunu jistgħu jibbenefikaw billi jingħataw multiple entry visa.
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet barranin ser jeżamina kif ser ikun il-flow ta' aplikazzjonijiet għall-visa, u minn liema bliet fil-Libja jiġu. Fuq kollox, il-Ministeru se jara li l-applikanti kollha jinqdew sew, malajr u mingħajr tfixkil. Kwalunkwe diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu għall-bidu se jiġu ndirizzati mill-ewwel, u ser nagħmlu dak kollu possibbli sabiex is-servizz tal-ħruġ tal-visa ikun wieħed effiċjenti u effikaċi.
Fil-kuntest ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ipproċessar tal-visas hux se jibqa' f'idejn il-Kummissarju tal-pulizija jew l-Assistent Kummissarju kkonċernat? Jista' jikkonferma li dan ix-xogħol aktarx jiġi mgħoddi lill-unit pajżan fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?
Response (BORG, TONIO)
L-ipproċessar tal-visas mad-dħul ta` Malta fl-EU jibda jsir mill-Uffiċċji Konsulari tal-Ambaxxati Maltin. Pero` il-Pulizija xorta jkollhom parti mill-proċess ta` dawn il-visas f`idejhom.
Ipproċessar ta' visas — Kummissarju tal-pulizija/Assistent kummissarju
Question
Fil-kuntest ta' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jgħid jekk l-ipproċessar tal-visas hux ser jibqa f' idejn il-Kummissarju tal-pulizija jew l-Assistent Kummissarju kkonċernat? Jista' jikkonferma li dan ix-xogħol aktarx jiġi mgħoddi lill-unit pajżan fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija mill-Onorevoli Ministru għall-Ġustizzja u Intern għall-Mistoqsija Parlamentari numru 928.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ipproċessati visas għal ċittadini mill-Marokk, Tuneżija, Eġittu u Turkija mill-1 ta' Jannar 2003? Kemm ġew aċċettati u kemm ġew irrifjutati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ġunju ta` din is-sena, in-numru ta` applikazzjonijiet għal visa mill-Marokk, Tuneżija, Eġittu u Turkija kien ta` 4,154. Minn dawn 3,533 ġew aċċettati, filwaqt li 621 kienu rifjutati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqu flus f'pajjiżna ċittadini Libjani fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif dwar kemm nefqu flus f’pajjiżna ċittadini Libjani qed tingħata fit-tabella hawn annessa mis-sena 2001 sas-sena kurrenti (Jannar sa Mejju) għax dan it-tagħrif beda jinġabar mit-Tourstat Inbound Tourism Survey mill-2001.
Nippreċiża li t-tagħrif li qed jingħata jirrigwardja viżitaturi Libjani li vvjaġġjaw bl-ajru biss u tagħrif dwar x’nefqu viżitaturi bil-baħar għad irid jibda jinġabar.
Skond il-metodoloġija internazzjonali li qed tintuża, l-infiq jinkludi dawn it-tlett katergoriji: Package expenditure, non-Package expenditure, u Other.
Il-kategorija Other expenditure tinkludi spejjeż li mhumiex inklużi fil-kategoriji l-ohrajn bħal ikel, xorb u trasport lokali.
Jista' il-Minsitru jagħti tagħrif fid-dettall dwar kif tiġi pproċessata Schengen visa ta' ċittadin barrani li jixtieq iżur pajjiżna għal skopijiet ta' turiżmu u/jew xogħol? Kemm iddum visa, approssimattivament, biex tiġi pproċessata? Isir xi forma ta' skrutinju mill-UE dwar il-mod kif nipproċessaw Schengen visa?
Response (BORG, TONIO)
L-ipproċessar ta` Schengen visas isir skond struzzjonijiet li ħarġet l-EU u li huma magħrufa bħala il-'Common Consular Instructions on visas'. Hemm ukoll katalogu relatat mal-ħruġ ta` Schengen visas li fih ukoll lista ta` rakkomandazzjonijiet fuq il-ħruġ ta` dawn il-visas. Schengen visa ma toħroġx għal skopijiet ta` xogħol u l-ipproċessar tagħha jsir skond il-proċeduri nazzjonali. Bħalissa visa tieħu sa ħmistax-il jum biex tiġi proċessata pero` dan jiddependi mill-ammont ta` xogħol li jkun qiegħed jiġi proċessat.
L-iskrutinju tal-ħruġ ta` Schengen visas isir permezz tal-proċeduri msemmija fil-Common Consular Instructions li fih standards li jridu jiġu applikati minn kull Stat membru tal-EU.
Pulizija — Persuni ta' nazzjonalita' barranija li applikaw għal multiple visa
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw ċittadini barranin għal multiple visa fis-snin 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sal-31 ta' Mejju, 2003)? X'kienet iċ-ċittadinanza tagħhom? Kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati? Jista' jgħid għal kull multiple visa kemm għaddew ġranet bejn il-preżentata ta' l-applikazzjoni u d-deċiżjoni finali tal-kummissarju tal-pulizija? Jista' jgħid jekk il-perjodu operattiv tal-multiple visa jvarjax bejn visa u oħra? Jista' jagħti tagħrif dwar għal kemm żmien tkun operabbli, bejn wieħed u ieħor, multiple visa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, u ċioe` kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati, ninsab infurmat illi dan it-tagħrif ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata u għaldaqstant jieħu ż-żmien sabiex ikun kompilat. Infurmat ukoll illi bejn wieħed u ieħor, l-ipproċessar ta` tali applikazzjoni tieħu bejn ħmistax u tlett ġimgħat. Il-perijodu operattiv ivarja skond kif tkun it-talba, pero` qatt ma jeċċedi s-sena.
Jista' il-Ministru jispjega kif tiġi kumpilata l-informazzjoni dwar ir-reati li jitwettqu fil-gżejjer Maltin? Kemm-il darba tinġabar din l-informazzjoni? Jeżisti xi kumitat ċentrali li jiġbor u janalizza l-istatistika tal-kriminalita' li tinġabar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar reati li jiġu irrapurtati lill-Pulizija, tinġabar permezz tas-sistema kompjuterizzata installata fl-Għases tal-Pulizija madwar Malta u Għawdex. Din is-sistema, magħrufa bħala Police Incident Reporting System (PIRS) hija ikkomunikata direttament ma` l-uffiċċju tad-Data Processing fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. L-informazzjoni tinġabar b`mod dirett ma` kull rapport li jidħol fis-sistema. Bħala regola, fil-bidu ta` kull xahar issir statistika fir-rigward tax-xahar ta` qabel. Din tiġi analizzata u diskussa matul il-crime conference li l-Kummissarju regolarment ikollu ma` l-uffiċjali għolja tal-Korp. Barra minn hekk fi ħdan il-Korp hemm ukoll is-sezzjoni tal-crime analysis li tmexxih psikologa u li ġie mwaqqaf fi Frar 2001.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-korp tal-pulizija għandux pjanijiet biex jintensifika s-sorveljanza u l-għassa mal-kosta ta' Malta u Għawdex fil-ġlieda kontra l-importazzjoni tad-droga u t-traffikar tal-persuni?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` kelli l-okkażżjoni nispjega fit-tweġibiet preċedenti dwar dan is-suġġett, ninsab infurmat illi s-sorveljanza ta` l-ibħra territorjali Maltin hija assenjata lill-Forzi Armati ta` Malta, li dejjem taw l-assistenza tagħhom f`dan ir-rigward lill-Pulizija kull meta kien hemm il-ħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja ngħata l-Gvern għall-bżonnijiet tal-klandestini mingħand entitajiet jew organizazzjonijiet internazzjonali? Saret xi talba mill-Gvern lill-organizazzjonijiet internazzjonali biex tingħata għajnuna materjali għall-klandestini?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern ma ngħata ebda għajnuna materjali diretta għall-klandestini minn organizzazzjonijiet internazzjonali imma ngħata għajnuna u support mill-Unjoni Ewropea taħt il-kappa ta` Twinning Agreement fejn uffiċjali Maltin ingħataw taħriġ u nxtara makkinarju li ser jiġi inawgurat dalwaqt fil-qasam ta` l-immigrazzjoni.
Apparti dan, qed isiru preparamenti biex Malta tipparteċipa fi programmi ta` l-Unjoni Ewropea, p.e. European Refugee Fund. Imma l-Gvern mhux qed jistrieħ biss fuq l-Unjoni Ewropea u fil-fatt dalwaqt se jippreżenta riżoluzzjoni f`dal-Parlament biex Malta ssir membru sħiħ fl-International Migration Organisation. L-UNHCR tgħin ukoll tramite l-aġenzija lokali, l-Emigrants Commission li biex, fost l-oħrajn, jiġu stabbiliti kuntatti għar-resettlement. Għajnuna oħra tiġi minn kuntatti bilaterali li permezz tagħhom klandestini jiġu ripatriati.
Nieħu din l-okkażżjoni ngħid ukoll li hemm diversi għaqdiet lokali, uħud minnhom b`konnessjonijiet internazzjonali, li qed jagħtu sehem kbir f`din il-problema nazzjonali.