Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3625 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Uffiċjal għoli tal-pulizija — Vetturi nvoluti f'inċident tat-traffiku

Question

B'riferenza għar-rapport li deher fil-ġurnal l-Orizzont tas-Sibt, 3 ta' Jannar 2004 a fol. 2 ta' l-istess ġurnal taħt it-titlu "Uffiċjal għoli tal-pulizija jħassar xhieda ta' ħabta", jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li tali inċident awtomobilisitku seħħ verament? Jista' jikkonferma li assistent kummissarju tal-pulizija ordna sabiex waħda mill-vetturi nvoluta fl-inċident titneħħa minn nofs qabel il-pulizija tad-distrett waslu fuq il-post u setgħu jagħmlu sketch? Jista' jgħid jekk il-każ hux qed jiġi nvestigat internament mill-korp tal-pulizija? Jekk saru investigazzjonijiet, x'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant seħħ f`arterja prinċipali u kien qed jikkawża ostakolu għall-vetturi oħra. Peress li f`dan l-inċident ma kien weġġa` ħadd, waħda mill-vetturi ġiet imneħħija minn fejn kienet sabiex it-traffiku l-ieħor li kien qed jiġi ostakolat, ikun jista` jgħaddi mingħajr aktar dewmien. Il-proċedura normalment użata hija li l-vetturi involuti f`inċidenti tat-traffiku ma jitneħħewx mill-post tal-aċċident qabel ma jsir l-isketch. Pero` f`każi eċċezzjonali, fejn ma jkunx hemm persuni mweġġa` serjament u tali vetturi jkunu qed jostakolaw il-kumplament tat-traffiku f`arterji prinċipali, m`hemm xejn irregolari li dawn jitneħħew mill-post tal-aċċident. Fil-fatt fil-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, fuq ordni ta` uffiċjal tal-Pulizija, waħda mill-karozzi ġiet imneħħija sabiex il-kumplament tat-traffiku ikun jista` jgħaddi mingħajr aktar xkiel. Infurmat ukoll illi r-rapport u l-isketch ta` din il-kolliżjoni sar xorta waħda, peress li karozza minnhom ma kienetx tneħħiet minn fuq il-post tal-aċċident.
Leg 10 PQ #3626 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Novembru 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Ottubru 2003 kien hemm 353 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Leg 10 PQ #3627 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Novembru 2003?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3385. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` Novembru 2003, il-Pulizija solviet 55 każ ta` serq.
Leg 10 PQ #3628 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Diċembru 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Diċembru 2003 kien hemm 275 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Leg 10 PQ #3629 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Diċembru 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Diċembru 2003 il-każi ta` serq li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 36 każ ta` serq.
Leg 10 PQ #3630 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Parmalat

Question

B'riferenza għall-iskandlu tal-Parmalat ġo l-Italja, jista' il-Ministru jgħid f'liema investigazzjonijiet qegħdin jiffiguraw ismijiet ta' kumpanniji off shore reġistrati f'pajjiżna kif ukoll ismijiet ta' ċittadini Maltin li joperaw dawn il-kumpanniji? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jiġu nvestigati kumpanniji offshore reġistrati f'Malta kif ukoll ċittadini Maltin in konnessjoni ma' dan l-iskandlu? Jekk iva, jista' jgħid jekk dawn l-investigazzjonijiet humiex jitmexxew mill-kummissarju tal-pulizija fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba mingħand awtoritajiet esteri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s`issa l-Pulizija Maltija ma kellha ebda talba għall-assistenza mill-Awtoritajiet barranin dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #3471 Sitting 80 2003-12-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-pulizija — Eżamijiet għal grad ta' surġent

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-eżamijiet għal grad ta' surġent fil-korp tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċess ta` ħatra fil-kariga ta` Surġenti fil-Korp tal-Pulizija għadu mhux finalizzat.

Birkirkara — Valley Road - Ilma tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ilma tad-drenaġġ ilu jiskula minn diversi bokok ġewwa Valley Road, Birkirkara ħdejn il-bini li kien jokkupa l-istabbiliment tal-Price Club u ħdejn istabbiliment tad-Domestica mill-15 ta' Settembru 'il hawn? Jista' jara li dan l-inkonvenjent, li huwa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, jitneħħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li wara l-maltemp tal-15 ta' Settembru, l-mejn tad-drenaġġ f'Valley Road, Birkirkara imtela kollu ġebel u bdiet ħidma kontinwa biex dan jitnaddaf. Dan ix-xogħol ħa diversi ġranet biex tlesta. Fil-bidu ta' din il-ġimgħa reġa kien hemm blockage f'din it-triq illi issa nfetaħ u l-flow tad-drenaġġ reġgħet ġiet għan-normal.

Persuna bi bżonnijiet speċjali — Dħul fl-Adult training centre ta' l-Imtarfa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna bi bżonnijiet speċjali li isimha u d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma ġietx aċċettata fl-Adult training centre ta' l-Imtarfa wara li spiċċat mil-iskola San Michele ta' St. Andrews? Jista' jara li din il-eprsuna tiġi ammessa mmedjatament billi qegħda taqa' lura u għandha bżonn urġenti ta' għajnuna ndividwali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex dawk il-persuni b’diżabilita’ li spiċċaw mill-iskola jibdew jattendu ċ-Ċentri għal Matul il-Jum. Dan japplika għall-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Orkestra nazzjonali — Selection board

Question

Riferibbilment għall-Orkestra Nazzjonali, jista' il-Ministru jgħid kif inhu kompost is-selection board li jisma' l-auditions? Min hu ċ-chairman? Min jagħżlu? X'inhuma il-kredenzjali ta' kull membru tal-bord? Min jagħżilhom? peress illi kull ingaġġ jaffettwa ir-rendiment u r-reputazzjoni ta' l-orkestra, u naturalemnt ikollu effett dirett fuq il-membri ta' l-orkestra, jista' il-Ministru jgħid kif inhuma mħarsa l-interessi ta' dawn l-impjegati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li s-selection board li jisma' l-auditions huwa ffurmat minn Prof. Michael Laus (Chairman), s-Sur Alfred Thewma (Segretarju), Prof. Joseph Vella u Mro. Twanny Chircop. Is-Sinjorina Marcelline Agius (Leader) tkun preżenti. Dan ma jfissirx li ma jistgħux isiru tibdiliet fil-bord. Għandi fiduċja sħiħa li l-membri tal-Bord għandhom l-interess ta' l-Orkestra qabel kollox u għalhekk fiduċjuż li fl-għażliet li jagħmlu jkunu qegħdin jissalvagwarjaw kemm l-interessi ta' l-orkestra kif ukoll l-impjegati ta' l-istess orkestra.

Orkestra Nazzjonali — Impjegati

Question

Riferibbilment għall-Orkestra Nazzjonali, jista' il-Ministru jgħid min jagħżel il-part-timers? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra specimen tal-kuntratt li jingħata għal kull ingaġġ? Min jagħżilhom? Min jevalwa l-kompetenza tagħhom? Kemm jitħallsu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Orkestra Nazzjonali f'xi rappreżentazzjonijiet tagħmel użu minn servizzi ta' casual musicians. Sa issa dawn jintgħażlu skond lista li ġiet stabbilita meta twaqqfet l-Orkestra Nazzjonali. Mużiċiti casual ġodda jiżdiedu wara diskussjoni mad-Direttur Mużikali. Isir ftehim verbali mal-mużiċisti casuals u r-rati tal-ħlas huma kif ġej :- Malta Għawdex Provi matul il-Ġimgħa Lm2.50/siegħa Lm3.00/siegħa Sibtijiet, Ħdud u festi Lm3.00/siegħa Lm3.50/siegħa Kunċert Lm17.00 (prinċipali) Lm19.00 (prinċipali) Lm15.00 (oħrajn) Lm17.00 (oħrajn) Opra Lm19.00 (prinċipali) Lm21.00 (prinċipali) Lm17.00 (oħrajn) Lm19.00 (oħrajn)
Leg 10 PQ #2572 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi mikrijin lid-dipartiment? Kemm intefqu flus f'telefonati fuq mobile phones? X'kariga għandhom l-uffiċjali li għandhom mobile phone?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi ma għandux mobile phones bil-kuntratt. Id-Dipartiment għandu 6 mobile phones li jintużaw kif ġej:- Wieħed jintuża mid-direttur, wieħed mis-surġent ta` l-uffiċċju amministrattiv, wieħed mis-surġent ta` SRT u tlieta għal użu ġenerali. Matul din is-sena sal-31 ta` Ottubru 2003 saret spiża ta` Lm220 (mitejn u għoxrin lira) għal dawn is-sitt mobiles. Matul dan il-perijodu kien hemm wieħed mill-mobiles jintuża mill-aġent Direttur sa Ġunju 2003.
Leg 10 PQ #2573 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri barranin

Question

Minn mindu Malta rratifikat il-Konvenzjoni Ewropea dwar trasferimenti ta' priġunieri sentenzjati, jista' il-Ministru jgħid kemm-il priġunier barrani ntbagħat lura f' pajjiżu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn mindu Malta rratifikat il-Konvenzjoni Ewropea dwar trasferimenti ta` priġunieri sentenzjati u ċioe` mill-15 ta` Ottubru 2003, ma kien hemm l-ebda priġunier li ntbagħat lura pajjiżu.
Leg 10 PQ #2574 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi — Priġunieri - After Care

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif qed taħdem is-sistema ta' l-after care għall-priġunieri fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi?

Response (BORG, TONIO)

Dawk li jkunu fuq programm ta` droga u jiskontaw is-sentenza jiġu offruti l-opportunita` li jkomplu jmorru għal Counselling ġewwa is-SATU. Jiġu ukoll offruti ċ-ċans li jattendu għall sessions li jsiru regolamenti b`tema soċjali u anke fuq droga. Fir-rigward tal-priġunieri l-oħra, isir ħafna xogħol biex jinstabilhom xogħol qabel ma jiskontaw is-sentenza u għal dawk li ma jkollhomx fejn jabitaw isir ix-xogħol neċessarju biex jinstabilhom akkomodazzjoni xierqa. Jingħatalhom tagħrif fejn għandhom jirikkorru meta jkollhom kwalunkwe tip ta` problemi. Diversi priġunieri jiġu riferuti lill-aġenziji Appoġġ u Sedqa biex jitkompla x-xogħol li jkun inbeda waqt li jkunu fil-Faċilita` speċjalment fejn ikun hemm problemi ta` tfal. L-Aġenziji l-oħra li jipprovdu programmi ta` kura, speċjalment kontra d-drogi u l-alkoħol, kollha għandhom after care programme għal wara li persuna tispiċċa l-programm.
Leg 10 PQ #2575 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

SRT fil-ħabs

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sa Ottubru 2003) kemm kien hemm persuni li ffurmaw parti mill-SRT fil-ħabs? Kemm irċevew overtime u allowances l-istess membri ta' l-SRT matul l-1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 (sa Ottubru 2003)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin indikati, in-numru tal-membri ta` SRT u l-allowances u overtime li rċevew kienu kif jidher hawn taħt:- Sena Numru ta` persuni Overtime Allowances 1999 20 Lm28,816 Lm29,609 2000 23 Lm50,081 Lm34,453 2001 24 Lm59,727 Lm49,149 2002 24 Lm61,113 Lm41,538 2003 (Jan-Oct) 26 Lm36,033 Lm32,686 Dawn il-membri ta` l-SRT minbarra x-xogħol ta` sigurta`, jagħmlu ukoll xogħol f`diversi dipartimenti oħra bħal Debituri, il-Main Gate u l-Gate House.

Orkestra nazzjonali — Rehearsals

Question

Riferibbilment għall-orkestra nazzjonali, jista' il-Ministru jgħid kemm saru rehearsals għall-kunċert tal-5 ta' Settembru u tal-21 ta' Settembru, 2003 għall-opra "othello", għall-opra il-"barbiere di Siviglia" u għall-kunċert tas-7 ta' Novembru, 2003?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li r-rehearsal sessions saru kif ġej :- Rehearsal Sessions Total ta' siegħat 5 ta' Settembru 7 20 21 ta' Settembru 9 26 Otello 10 32 Barbiere di Siviglia 13 37 (ippjanati) Fis-7 ta' Novembru ma' kien hemm l-ebda kunċert.

Orkestra nazzjonali — Mużiċisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi ta' mużiċisti bħalissa fl-Orkestra Nazjonali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li bħal issa hemm vakanzi ta' kuntrabaxx, vjolonċell u flawt (minn Diċembru). Inġiebu l-permessi meħtieġa u sejra toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.
Leg 10 PQ #2563 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

CCF — Sejba ta' droga

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il sejba ta' droga saret fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, meta u kemm kien l-ammont misjub mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul il-perijodu bejn Ottubru 1998 u Ottubru 2003 kien hemm 27 okkażżjonijiet meta nsab xi materjal suspettuż ġewwa l-Ħabs. Il-każi kollha jiġu mistħarrġa mill-Pulizija u f`kull każ issir inkjesta Maġisterjali. Fir-rigward tal-ammonti misjuba, id-dipartiment ma jkollox din l-informazzjoni għalkemm f`ħafna każi dak li jinsab ikun traċċa. Il-każi seħħew kif jidher hawn taħt: Bejn Ottubru 1998 u Diċembru 1998 xejn 1999 7 sejbiet 2000 3 sejbiet 2001 7 sejbiet 2002 1 sejba 2003 9 sejbiet
Leg 10 PQ #2564 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

CCF — Gwardjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gwardjani fil-ħabs ta' Kordin? Kemm-il ingaġġ sar s'issa, meta sar u kemm daħlu f'kull każ? Wara l-aħħar sejħa, jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu ngaġġati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni fi grad ta` gwardjan fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huwa mija u sitta u ħamsin (156). Mill-1994 sal-lum kien hemm ħames ingaġġi u ieħor li s-sejħa tiegħu saret f`Diċembru ta` 2002. Ottubru 1994 Ġew ingaġġati 46 Mejju 1995 Ġew ingaġġati 23 Marzu 1996 Ġew ingaġġati 34 Novembru 1996 Ġew ingaġġati 47 Ġunju 2000 Ġew ingaġġati 33 Diċembru 2002 Huwa maħsub li jiġu ngaġġati 35 Fir-rigward ta` l-aħħar sejħa għall-ingaġġ, wara li saru l-interviews, ir-riżultati intbagħtu għand l-uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 10 PQ #2565 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilitajiet korrettivi — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' persuni li hemm jaħdmu fil-faċilitajiet korrettivi? X'inhu l-grad tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dawk kollha li jaħdmu fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huma kif jidher hawn taħt:- Direttur 1 Asst. Managers 4 Supervisors 5 Maġġuri 22 Uffiċjali Korrettivi 156 Għalliem ( educational co-ordinator ) 1 Skrivani 3 Accountant 1 Psikologa 1 Social Worker 1 Kuntistabbli 20 Surġenti 5 Minbarra dawn hemm persuni oħra li jagħtu s-servizzi tagħhom ġewwa l-Faċilita` bħal tobba, nurses, psikjatra, għalliema, spiżjar, sports co-ordinator, social worker u instructors.