Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-pulizija sabiex jiġu mħarsa ċ-ċentri ta' l-immigrazzjoni f'Ta' Kandja u Ħal Far, kif ukoll tal-General Head Quarters, fid-depot tal-pulizija fil-Floriana għas-snin 2002 u 2003? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża ta' l-ikel, phonecards u ħwejjeġ li ngħataw lid-detenuti f'dawn is-snin?
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' l-armata sabiex jiġu mħarsa ċ-ċentri ta' l-immigrazzjoni f'Ħal Safi u Lyster Barracks għas-snin 2002 u 2003? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża ta' l-ikel, phonecards u ħwejjeġ li ngħataw lid-detenuti f'dawn is-snin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li l-ispejjeż li għamlu l-Forzi Armati għas-snin 2002 u 2003 kienu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3646, jista' il-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija bid dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-garage imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadu mikri kif ilu mikri sa mill-1992 u dan lil istess persuna. Is-sejħa għal offerti għal kiri kienet ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta` l-10 ta` Jannar 1992.
B'riferenza għall-applikazzjoni li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' il-Ministru jgħid kif l-użu ta' l-art in kwestjoni m'hijiex kompatibbli ma' l-iskema in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern irrifjutat l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għaliex minn spezzjoni li saret f`Ġunju 1999 fuq l-istess biċċa art irriżulta li din ma kinitx qed tinħadem. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Iskema tal-Qbiela kienet tirrikjedi li l-art riedet tkun qed tinħadem ta` mill-anqas minn Awissu 1998. Barra minn hekk minn spezzjoni oħra li saret f`Settembru 2003 irriżulta li l-art ukoll ma kinitx qed tinħadem.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna minuri li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ma tistax tkompli tibqa' man-nanna materna li d-dettalji tagħha wkoll qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Korp tal-pulizija — Regolamenti dwar reduced hours
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti dwar ir-reduced hours u drittijiet oħrajn għal nisa li huma pregnant humiex jiġu applikati għall-membri tal-korp tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija jistgħu jibbenefikaw mill-iskemi ta` reduced hours u maternity leave. Pero` minħabba l-eżiġenzi tas-servizz, l-iskema ta` reduced hours hija limitata għal mhux anqas minn 75% tal-ħin tax-xogħol u bil-kundizzjoni li jkunu lesti li jaħdmu sigħat normali tax-xogħol meta dan ikun meħtieġ fl-eżiġenzi tas-servizz.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3644, billi l-Ministru wieġeb li ma jeskludiex il-possibbilta' li xi individwi wrew interess fil-proġett tal-Heritage Park, jista' jgħid jekk kienx hemm xi individwu/i li aċċennaw jew indikaw mal-Ministru, personalment, interess f'dan il-proġett? Jekk iva, min huma? Jekk dan l-interess intwera ma' xi uffiċjal fil-ministeru jew ta' xi dipartiment fid-dekasteru tiegħu, jista' il-Ministru jgħid ma' min u kif sar jaf?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Kif għidt diġa fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 3644 ma neskludiex il-possibilita’ li jista jkun li xi individwi aċċennaw jew indikaw li setgħu jkunu interessati fi proġetti bħal dawn.
Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza l-fatt li kull Ministru jiġi avviċinat minn xi proposta mingħand xi ħadd li jkun wera interess f’xi proġett partikolari li jista’ jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu – dan huwa normali u ma hemm xejn ħażin b’dan.
Il-ħażin ikun jekk wieħed ikompli jitkellem u jagħti indikazzjonijiet illi wieħed jista’ jaċċetta proposti f’dan is-sens. Fil-każ imsemmi, kull ma sar kienet proposta informali li d-diskors fuqha ma kompliex ikun żviluppat.
Fil-każ tal-proġett tal-Heritage Park bħal ma jaf l-Onor. Membru l-Ministeru tiegħi ħareġ sejħa internazzjonali flimikien mal-U.I.A. (International Union of Architects) u għalhekk jidhirli li l-proċess u l-linja li mexjin fiha hija waħda ta’ trasparenza assoluta.
Ma naħsibx illi hija etika li wieħed joqgħod isemmi ismijiet ta’ idividwi li jkunu tkellmu ma xi Ministru fuq xi suġġett partikolari.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3639, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra s-sottomissjonijiet bil-miktub, jekk hemm, li ġew ippreżentati lill-MEPA, jekk ġew ippreżentati, mis-Sovrintendenza tal-patrimonju kulturali u Heritage Malta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-E.I.A. fuq il-proċess għadu għaddej u sa issa din l-istess E.I.A. għadha ma saritx pubblika mill-M.E.P.A..
Ma naħsibx li huwa xieraq li s-sottomissjonijiet li għamlu l-entitajiet konċernati lill-istess M.E.P.A. jiġu ppubblikati.
Skond proċeduri tal-M.E.P.A. dawn jiġu pubblikati ma l-istess E.I.A. meta din toħroġ għall-konsultazzjoni pubblika.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa: a) pick pocketing; b) hold-ups; c) snatch and grab; d) serq minn residenzi; e) serq minn fabbriki; f) serq minn bajjiet; g) serq minn karozzi; h) serq minn ħwienet; i) serq ta' karozzi; j) serq minn bars/lukandi; k) serq ta' dgħajjes; l) serq minn dgħajjes; m) tip ta' serq ieħor għas-snin 1998, 1999, 2000 u 2001, xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati li t-tip tagħhom qed jiġu elenkati hawn taħt għas-snin 2000 u 2001, xahar b'xahar: a) against morals and honour of the family; b)arson; c) attempted offences; d) bodily harm; e) against religious sentiment; f) damage; g) drugs; h) forgery; i) fraud; j) illegal immigration; k) prostitution; l) sexual offences; m) theft; n) threats and private violence; o) violation of places of confinement; p) violation against public officers; q) computer misuse; r) perjury and falsse swearing; s) abandon of child; t) crimes against public safety; u) abuse of public authority?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-vakanza ta' assistant manager Airport security, jista' il-Ministru jgħid x'kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-ħtieġa ta' din il-vakanza?
Response (BORG, TONIO)
Il-ħtieġa ta` sejħa għall-applikazzjonijiet għall-vakanza ta` Assistant Manager, Airport Security, hija dovuta għall-fatt li l-Assistant Manager kien ġie "boarded out" f`Novembru 2003.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex avviċinat minn ditti ossia kumpanniji li jixtiequ joperaw heritage park fl-inħawi ta' l-Imajdra? Jekk iva, x'kienet in-natura tal-konsultazzjonijiet u f'liema stadju waslu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi ma kellu l-ebda sottomissjonijiet formali għat-treġija tal-Heritage Park mill-privat f'Ħaġar Qim u l-Imnajdra, biss ma neskludiex il-possibilita' li jista' jkun li xi individwi aċċennaw jew indikaw li setgħu jkunu interessati fi proġetti bħal dawn.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA bdietx il-proċess ta' konsultazzjoni fuq l-EIA ta' l-interim engineered landills ta' l-Imnajdra? Jekk le, x'inhu jżomm il-proċess milli jibda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-proċess ta' konsultazzjoni fuq l-Environment Impact Assessment (EIA) ta' l-interim engineered landfills tal-Qrendi beda fis-6 ta' Jannar 2004.
Dipartiment ta' l-artijiet — Garaxx proprjeta' tal-gvern
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-garage proprjeta' tal-gvern li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatement inkeriex lil terzi persuni? Jekk iva, jista' jgħid jekk inħarġux offerti u lil min ġie aġġudikat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond id-Dipartiment tal-Artijiet ma jirriżultax li hemm garage hekk kif muri fid-dettalji li ntbagħtu separatement. L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħti aktar dettalji.
B'riferenza għall-iskandlu tal-Parmalat ġo l-Italja, jista' il-Ministru jgħid f'liema investigazzjonijiet qegħdin jiffiguraw ismijiet ta' kumpanniji offshore reġistrati f'pajjiżna kif ukoll ismijiet ta' ċittadini Maltin li joperaw dawn il-kumpanniji? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jiġu investigati kumpanniji offshore reġistrati f'Malta kif ukoll ċittadini Maltin in konnessjoni ma' dan l-iskandlu? Jekk iva, jista' jgħid jekk dawn l-investigazzjonijiet humiex qed jitmexxew mill-MFSA fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba mingħand awtoritajiet esteri?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar- risposta li diġa ingħatat għad-domanda parlamentari numru 3624, Seduta 85 dwar l-istess materja.
Inżid nispjega illi kuntrarjament għal dak li qed jinkiteb f'xi sezzjonijiet tal-media, ebda offshore company Maltija ma hi involuta fil-kwistjoni tal-Parmalat. Il-kumpanniji huma kollha kumpanniji ordinarji.
Nikkonferma illi qegħdin isiru l-investigazzjonijiet u il-verifiki kollha li dan il-każ jimmerita, inklużi verifiki da parti tal-MFSA li fi ħdanha jinsab ir-reġistru tas-Soċjetajiet.
Ninsab infurmat illi dawn l-indaġini kienu inbdew malli bdew joħorġu aħbarijiet fil-media internazzjonali dwar il-każ Parmalat, u żgur li ma bdewx bħala riżultat ta' xi talba minn xi awtorita' estera.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fuq it-twaqqif maħsub ta' landfill jew tnejn qrib it-tempji ta' l-Imnajdra? Jista' jgħid jekk il-ministeru tiegħu, ossia xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu, humiex fi ħsiebhom iressqu oġġezzjonijiet lill-MEPA għat-twaqqif ta' l-engineered landfill(s)?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-politika tal-Ministeru taż-Żgħażagħ u Kultura hija msejsa fuq żewġ prinċipji :
L-ewwel prinċipju hu li m’għandu jitwettaq ebda xogħol li b’xi mod jikkomprometti il-valuri ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra.
It-tieni prinċipju hu li r-rijabilitazzjoni tal-ħsara lill-pajsaġġ kawżata mill-barrieri għandha tissewwa permezz tar-rijabilitazzjoni ta’ dawn il-barrieri.
Il-proċess biex jiġi identifikat l-aħjar metodu ta’ riabilitazzjoni ta’ dawn il-barrieri qiegħed isir mill-MEPA u naħseb li f’dan l-istadju għandna nħallu dan il-proċess għaddej.
Iż-żewġ entitajiet interessati f’din il-materja huma s-Sovrintendenza ta’ Patrimonju Kulturali u
Heritage Malta
illi diġa għamlu u għadhom jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom lill-MEPA. Uffiċjali tal-Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura kellhom ukoll laqgħat mal-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura u mal-kumpanija
Wasteserv
.
Billi l-Ministru stqarr pubblikament li engineered landfill waħda fl-inħawi tat-tempji ta' l-Imnajdra hija suffiċjenti u billi l-ministeru tiegħu nieda kompetizzjoni għall-periti biex ilestu pjan għall-heritage park f'dawn l-inħawi - bi struzzjonijiet biex jaħsbu għall-inklużjoni possibbli jew probabbli ta' engineered landfill(s) fil-viċinanzi - jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex sodisfatt li l-heritage park tkun qrib engineered landfill?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3639.
Jista' il-Ministru jgħid x'kordinazzjoni jew x'konsultazzjoni għaddejja bejn il-ministeru tiegħu u l-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura fuq il-kwestjoni ta' l-engineered landfills?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3639.
Riferibbilment għat-twaqqif maħsub ta' engineered landfill(s) fl-inħawi ta' l-Imnajdra, ma jaħsibx il-Ministru li, apparti l-viċinanza tal-landfill(s) għat-tempji, se jiġi ġġenerat traffiku ta' scammels u inġenji oħra ta' l-iskart li se jgħaddu mill-istess toroq li bihom wieħed jaċċedi għat-tempji kif ukoll għal qualsiasi heritage park ipproġettata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3639.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti, studji u oġġezzjonijiet kollha li rċieva l-ministeru tiegħu fuq il-kwestjoni ta' l-engineered landfills mingħand dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu kif ukoll mingħand organizzazzjonijiet awtonomi, nazzjonali u esteri fuq l-istess kwestjoni? Jista' jgħid jekk ikkummissjonax studji interni fuq l-impatt tal-landfills fuq it-tempji u/jew heritage park u jekk iva, jista' ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ma' għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3639.