Legislature:
Category:
Reset
Active:

Medigrain — Ġwież- Materja Prima

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li dan l-aħħar il-kumpanija Medigrain qassmet xi ġwież jew materja prima relatati lill-kumpaniji li jipproduċu l-għalf għall-bhejjem, liema ġwież irriżulta ħażin jew ikkontaminat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li wara li kien hemm rapporti ta indiġistjoni fil-bovini qegħda ssir investigazzjoni jekk dawn is sintomi humiex relatati għall xi mikrobu jew xi problema mal-ġwież

Ta' Qali — Foreste/Numero Uno

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5714, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'isimha l-kumpannija li qegħda tiddepożita l-kera l-qorti u min huma d-diretturi tagħha? Jista' jispjega kif il-fond jista' jibqa' f'idejn dawn l-operaturi mingħajr ebda titolu billi l-kirja ma baqgħetx tiġi mġedda wara s-sena 2000? Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li sakemm dan il-proġett ta' Ta' Qali jitwettaq l-operatur se jibqa' jagħmel negozju f'dan il-fond mingħajr m'għandu titolu validu? Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega kif għal dan il-fond baqa' ma nħariġx tender ġdid għal erba' snin sħaħ bl-iskuża tal-proġett ta' Ta' Qali li ilu snin sħaħ biex jinbeda u għad m'hemmx ħjiel ta' meta se jinbeda? Jista' jikkonferma li s-sitwazzjoni se tibqa' kif inhi, bl-operatur attwali fil-fond, anke matul is-sajf li ġej? Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif jista' jaċċetta li operatur li ma ġġedditlux il-kera erba' snin ilu jibqa' jagħmel użu mill-fond bl-istess kera ta' erba' snin ilu a skapitu ta' terzi interessati li fil-frattemp ma jistgħux jittenderjaw għal dan il-fond?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sa issa għadha ma tteħditx deċiżjoni finali jekk il-fond għandux jitwaqqa jew le. F'dan l-istadju u kif isir dejjem, l-ex inkwilin jitħalla jkompli jokkupa il-fond sakemm ikun hemm deċiżjoni finali, imma d-Dipartiment tal-Artijiet ma jkunx jista' jkompli jaċċetta l-kera għax ikun qiegħed jippreġudika il-pożizzjoni tiegħu, meta jiġi biex iġiegħel lill-ex inkwilin joħroġ.

Ta' Qali — Foreste/Numero Uno

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid lil min ingħatat il-konċessjoni enfitewtika ta' l-istabbiliment tal-gvern Foreste/Numero Uno f'Ta' Qali? Kemm hemm ċens jew kera? U jekk iċ-ċens jew il-kera mhijiex titħallas, kemm ilha ma titħallas u għaliex mhijiex titħallas?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istabbiliment tal-gvern Foresta/Numero Uno f'Ta` Qali qatt ma ingħata b'konċessjoni enfitewtika. L-istabbiliment ingħata b'kirja ta' 16-il sena b'effett mill-1 ta' Ottubru 1976. Wara l-iskadenza, il-kirja baqgħet tiġi mġedda kull sitt xhur. Peress li l-istabbiliment huwa effetwat mill-proġett f'Ta' Qali, il-kirja ma ġietx imġedda iżjed wara t-30 ta' Ġunju 2000 biex l-iżgumbrament tiegħu fil-waqt neċessarju jkun jista' jiġi effettwat b'mod aktar faċli. L-inkwilini qegħdin jiddepositaw il-kera l-Qorti.

Pulizija — Rapporti dwar reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2003? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul April 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-mistoqsija parlamentari huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab informat illi matul April 2004 kien hemm 195 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali. Inġibditli l-attenzjoni, illi bi żvista t-tagħrif li jien ġejt mogħti għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 5051 dwar in-numru ta' rapporti ta' arson ġie kkwotat bħala 156, meta fil-fatt ried ikun 15.

Pulizija — Rapporti dwar serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2003? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul April 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat illi matul April 2004 il-każi ta' serq li ġew irrappurtati lill-pulizija kienu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-pulizija solviet 47 każ ta' serq.

Ċittadini ta' l-UE — Work permits

Question

B'riferenza għall-avviż legali 205/2004 u senjetement għall-klawsola 5(3), billi d-dipendenti ta' ċittadini ta' l-Unjoni li jkunu mpjegati f'Malta - anke jekk dawn id-dipendenti huma ċittadini ta' pajjiż terz - għandhom id-dritt li jinħarġilhom permess għal residenza kif ukoll id-dritt li jibdew attivita' bħala impjegati f'Malta, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-konfront ta' dawn id-dipendenti jinħarġilhomx work permit awtomatikament bħal fil-każ ta' ċittadin ta' l-Unjoni jew inkella japplikaw ir-restrizzjonijiet għal ħruġ ta' work permit li għadhom fis-seħħ għal ċittadini ta' pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk il-work permit joħroġx awtomatikament jew bir-restrizzjonijiet li għadhom fis-seħħ fil-konfront ta' dipendenti li huma ċittadini ta' pajjiż terz fiċ-ċirkostanzi kontemplati fil-klawsola 7(1)(b) u klawsola 8(4) ta' l-istess avviż legali 205/2004?

Response (BORG, TONIO)

Id-dipendenti ta' Ċittadini ta' l-Unjoni, anke jekk huma Ċittadini ta' Pajjiż Terz, li huma msemmija fir-regolamenti 5(3), 7(1)(b) u 8(4) ta' l-Avviż Legali 205/2004 - Regolamenti ta' l-2004 dwar l-Immigrazzjoni, jekk japplikaw għal liċenzja ta' l-impjieg (work permit), din il-liċenzja tinħarġilhom ukoll awtomatikament. Dan japplika biss sakemm ma tkunx ħarġet xi Ordni taħt ir-regolament 5(7), din l-Ordni tkun tapplika kemm fil-każ ta' Ċittadini ta' l-Unjoni kif ukoll fil-każ tad-dipendenti tagħhom, fejn ikun ġie indikat li l-għoti ta' liċenzja fis-settur jew l-okkupazzjoni partikolari li għaliha saret l-applikazzjoni joħloq jew jista' joħloq tfixkil fis-suq tax-xogħol.

Ħaż-Żebbuġ — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħataw wiċċ tarmak triq ġdida fi Triq il-Kurkanta/Triq il-Penit, triq ġdida fi Triq il-Kanonku Pullicino, triq ġdida fi Triq GB Debono, triq ġdida fi Triq Gianni Bonnici (wara l-flats tal-gvern) u triq ġdida fi Triq l-Isqof Caruana (wara l-BSS), ilkoll toroq ġodda f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Fil-preżent ħarġet sejħa għal offerti sabiex tiġi asfaltata Triq Indri Borg f'Ħaż Żebbuġ, filwaqt li sar ftehim mal-kunsill lokali ta' Ħaż Żebbuġ biex jiġu asfaltati toroq n/s in Triq il-Kandlora, n/s in Triq il-Għasfura, Truq Guliermu Lorenzi u triq Luigi Fontana. L-awtorita' dwar it-trasport qed tipprepara programm ta' kostruzzjoni ta' toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant ġewwa l-lokalita' ta' Ħaż Żebbuġ se jsir aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet hekk kif se jirriżultaw minn dan il-programm.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Marzu 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Marzu 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Marzu 2004 kien hemm 118 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Marzu 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Marzu 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Marzu 2004 il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 127 każ ta' serq.

Kunsilli lokali — Każ dwar reserved parking

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-ispazju għall-ipparkeġġjar indikat bħala reserved li jinsab quddiem residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġie estiż biex ikopri spazju akbar daqs xahar ilu? Jista’ jgħid għal benefiċċju ta’ min ingħatat din il-konċessjoni u jista’ jispjega għaliex l-ispazju għall-ipparkeġġjar huwa daqstant kbir bie jakkomoda anke tliet karozzi ipparkjati ħdejn xulxin kif jirriżulta aħjar mir-ritratt li qed jintbagħat separatament?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statuorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Pulizija — Sahra li ħadmu l-membri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont ta' l-overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija matul is-snin 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jindika kif tqassam l-overtime taqsima taqsima?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija bejn l-1997 u l-2003, huwa kif jidher hawn taħt: Sena Ammont imħallas 1997 Lm678,817* 1998 Lm276,954 1999 Lm246,586 2000 Lm259,791 2001 Lm441,157 2002 Lm323,860 2003 Lm585,003 *Jinkludi l-ammont ta` overtime li nħadem fl-1996 in konnessjoni ma' l-Elezzjoni Ġenerali. Infurmat ukoll illi rendikont ta' l- overtime skond it-Taqsimiet tal-Korp, beda jinżamm mis-sena 2001, u dan kien kif jidher fuq it-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'diżabilita' — Żraben ortopediċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern jipprovdix lill-persuni b'diżabilita' żraben ortopediċi magħmulin apposta għalihom? Jekk iva, tista' tgħid jekk dawn humiex manufatturati u mixtrijin mingħand ditti f'pajjiżna jew humiex impurtati minn barra? Jekk huma mpurtati minn barra, tista' tgħid minn fejn u minn liema kumpannija estera? Il-gvern jissussidja x-xiri ta' dawn iż-żraben?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li żraben ortopediċi jiġu provduti lill-persuni b'diżabilita' mill-Orthotics u Prosthetics Unit fl-Isptar San Luqa. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #4837 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Persuni li wettqu reati kriminali

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tar-reati kriminali, klassifikati, li ġew imwettqa minn persuni bejn l-eta' ta' 15 u 30 sena bejn is-snin 1998 u 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #4838 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Persuni li wettqu reati kriminali

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta' persuni bejn l-eta' ta' 15 u 30 sena li nstabu ħatja ta' reati kriminali u li huma riċedivi bejn is-snin 1998 u 2003? Jista' jispeċifika f'liema reati dawn il-persuni rriżulta li huma riċedivi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #4839 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serq matul Jannar 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Jannar 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar 2004 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 29 każ ta` serq.
Leg 10 PQ #4840 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serq matul Frar 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Frar 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Frar 2004 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 33 każ ta` serq.
Leg 10 PQ #4841 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Jannar 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi matul Jannar 2004 kien hemm 265 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Leg 10 PQ #4842 Sitting 111 2004-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Frar 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Frar 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Frar 2004 kien hemm 224 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Leg 10 PQ #4620 Sitting 106 2004-03-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Applikazzjoni għal status ta' refuġjat

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-immigrant illegali li applika għall-istatus ta' refuġjat u li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, issottometta lill-awtoritajiet l-inkartament kollu dwar il-vera identita' u ċittadinanza tiegħu? Jekk iva, jista' jgħid għaliex din il-persuna għadha tinżamm taħt detenzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm l-applikazzjoni għal status ta` refuġjat tal-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet miċħuda, l-istess persuna appellat minn din id-deċiżjoni, liema appell għadu pendenti.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar persuna minuri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 3934 u cioe' għaliex il-persuna minuri li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma tistax tkompli tibqa' man-nanna materna li d-dettalji tagħha wkoll qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-minuri li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda taħt Ordni għall-Ħarsien maħruġ skond il-provedimenti ta’ l-Att dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien). Mingħajr ma nidħol fil-mertu speċifiku tal-każ, minħabba d-delikatezza u l-kunfidenzjalita’ ta’ dawn il-każijiet, irrid ngħid li tfal taħt Ordni ta’ Ħarsien huma segwiti mill-Bord Konsultattiv maħtur taħt l-imsemmi Att biex jgħatini l-pariri meħtieġa fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħi bħala l-persuna responsabbli skond il-liġi minn dawn it-tfal. Ngħid ukoll li jien dejjem segwejt il-pariri mgħotija minn dan il-Bord.