Jista' il-Ministru jgħid jekk u meta se jsir bus stop/s tal-karozza tal-linja fl-inħawi ta' Tal-Grazzja u Tal-Kandlora ġewwa Ħaż-Żebbuġ u dan billi r-residenti Żebbuġin li jgħixu f'dawn l-inħawi għandhom distanza twila biex jilħqu bil-mixi t-terminus tal-karozza tal-linja fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi preżentament m'hemm l-ebda rotta li takkomoda lir-residenti li joqgħodu fl-inħawi ta' tal-Grazzja u tal-Kandlora, għaldaqstant, m'hemm l-ebda ħtieġa sabiex jitwaħħal bus stop.
Jien infurmat ukoll li l-Awtorita' ser tistudja l-esiġenzi tar-residenti tal-lokalitajiet imsemmija sabiex tara jekk jistax jingħata servizz ta' Trasport Pubbliku, f'liema każ jiġu installati il-bus stops adekwati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Frar 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Frar 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 37 każ ta’ serq.
Hold up3
Pick Pocketing21
Snatch & grab15
Serq minn dgħajjes5
Serq ta’ dgħajjes4
Serq ta’ karozzi53
Serq minn karozzi293
Serq minn residenzi88
Serq minn barijiet / lukandi34
Serq minn xtajtiet3
Serq minn fabbriki7
Serq minn ħwienet43
Serq ieħor214
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Frar 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Frar 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella ta’ hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Frar 2005 kien hemm 75 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Morals/honour of family2
Arson9
Attempted offences96
Bodily harm69
Computer misuse2
Crimes against public safety1
Damage230
Drugs9
Forgery3
Fraud6
Illegal Immigration17
Prostitution4
Sexual offences9
Theft783
Threats and private violence6
Violation of places of confinement*2
Violence against public officers12
* Escaped whilst admitted for treatment at SLH and later apprehended
Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ilma tad-drenaġġ ilu jiskula minn diversi bokok ġewwa Valley Road, Birkirkara ħdejn il-bini li kien jokkupa l-istabbiliment tal-Price Club u ħdejn l-istabbiliment tad-Domestica għal diversi snin? Jista' jara li dan l-inkonvenjent, li huwa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, jitneħħa darba għal dejjem għaliex wara ftit żmien li jsiru t-tiswijiet meħtieġa l-problema dejjem terġa' titfaċċa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li meta uffiċjal tal-korp tal-pulizija joħroġ bis-sick leave jiġi ordnat jagħmel statement għaliex ikun ħareġ bis-sick leave?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mhix ir-regola li meta membru tal-Korp tal-Pulizija joħroġ bis-sick leave jiġi mitlub jagħmel statement għaliex ikun ħareġ bis-sick leave. Pero' ta' min ifakkar illi hija offiża kontra d-dixxiplina bi ksur ta' artikolu 9 tat-Tielet Skeda ta' l-Att dwar il-Pulizija (Kap. 164) jekk membru tal-Korp ifinġi jew jesaġera xi mard jew offiża bl-iskop li jiskarta x-xogħol. Sintendi fejn ikun suspettat li seta' kien hemm ksur ta' dan ir-regolament, issir l-investigazzjoni opportuna fejn membru tal-Korp jista' jkun mitlub jagħti spjegazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm uffiċjali tal-korp tal-pulizija li jaħdmu fit-taqsima tat-traffic talbu biex jiġu trasferiti għal taqsimiet oħra? X'kienu r-raġunijiet li ngħataw għal dawn it-talbiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm pendenti talbiet minn ħames membri tal-Korp li huma stazzjonati fit-Taqsima tat-Traffiku sabiex jiġu stazzjonati f'xi Taqsima oħra tal-Korp. Ħadd minnhom ma niżżel ir-raġuni għat-talba tiegħu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu fuq light duties l-uffiċjal tal-korp tal-pulizija li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex qiegħed fuq light duties?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-membru tal-Korp imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa eżentat minn xogħol ta' waqfien fit-tul u fejn ikun meħtieġ l-użu ta' saħħa fiżika, wara li kien sofra feriti serji u fit-tul, f'inċident tat-traffiku waqt li kien qed jaqdi d-dover tiegħu fl-1993.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu previst li jdumu x-xogħlijiet fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ f'dik il-karreġġjata li tagħti minn De Rohan Gate sa l-iskola ta' St Dorothy's? Jista' il-Ministru jgħid ukoll meta huwa previst li tinfetaħ għat-traffiku dik il-parti ta' Imdina Road li tagħti mill-iskola ta' St Dorothy's fid-direzzjoni tar-Rabat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħlijiet li qed isiru fi Mdina Road, preċiżament fil-karreggjata li tagħti minn De Rohan Gate għal St. Dorothy’s School mistennija jitlestew sa nofs Lulju 2005.
Il-parti tat-triq ta’ Mdina Road minn St. Dorothy’s School direzzjoni lejn ir-Rabat, u cioe' sal-junction magħrufa bħala ‘Ta’ Srina’ mistennija tinfetaħ sal-aħħar ta’ Marzu 2005 .
In vista tad-devjazzjoni fit-traffiku minn fejn l-iskola ta' St Dorothy's Ħaż-Żebbuġ għal ġo Triq Michelanġ Sapiano, Triq il-Kbira, Misraħ San Filep, Triq Sciortino u Vjal il-Ħelsien li daħlet fis-seħħ mit-Tnejn 21 ta' Frar 2005, jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt tat-traffiku fuq iċ-ċentru ta' Ħaż-Żebbuġ minħabba dan it-tibdil? Jaf il-Ministru li għal ħinijiet twal dawn it-toroq qegħdin ikunu mimlijin bil-vetturi li qegħdin joħolqu konġestjoni a detriment tar-residenti ta' Ħaż-Żebbuġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minħabba n-natura tax-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fi Triq Mdina bejn l-iskola ta’ St Dorothy sal-Mina ta’ De Rohan, it-triq ma tippermettix li t-traffiku jibqa' għaddej minn żewġ direzzjonijiet.
Għaldaqstant, wara ġiet analizzata s-sitwazzjoni tat-traffiku li ġej mid-direzzjonijiet opposti fi Triq Mdina, u fuq qbil mall-Kunsill Lokali Żebbuġ, ġie miftiehem li:
· Ir-rotta alternattiva għall-vetturi li ġejjin minn Ħ'Attard kienet aktar adekwata mir-rotta alternattiva għal vetturi li ġejjin minn Ħal Qormi.
· Minħabba li d-distribution pattern ta’ vetturi li joriġinaw minn Ħ’Attard hija aktar mifruxa, għalhekk l-impatt fuq iċ-Ċentru ta’ Ħaż-Żebbuġ kienet ser tkun inqas ta’ inkonvenjent.
Saret ukoll spezzjoni fiċ-Ċentru ta’ Ħaż-Żebbuġ sabiex ikun assigurat li t-traffiku jimxi bl-aktar mod effiċjenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Jannar 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Jannar 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 42 każ ta’ serq.
Hold up
4
Pick Pocketing
52
Snatch & grab
18
Serq minn dgħajjes
3
Serq ta’ dgħajjes
1
Serq ta’ karozzi
43
Serq minn karozzi
365
Serq minn residenzi
84
Serq minn barijiet / lukandi
47
Serq minn xtajtiet
1
Serq minn fabbriki
10
Serq minn ħwienet
53
Serq ieħor
221
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Jannar 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella ta' hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Jannar ta' l-2005 kien hemm 130 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Against morals / honour of family
2
Arson
12
Attempted offences
161
Bodily harm
60
Damage
263
Drugs
6
Forgery
3
Fraud
28
Illegal immigration
12
Prostitution
1
Sexual offences
3
Theft
902
Threats and private violence
10
Violence against public officers
5
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi problemi biex jissoktaw ix-xogħlijiet fi Triq 12 ta' Mejju, Ħaż-Żebbuġ u cioe' dik li twassal sa taħt il-Virtu', ir-Rabat, qrib ta' Gianpula? Jekk le, jista' jgħid meta bejn wieħed u ieħor se titlesta din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport għadha kemm għamlet xogħol temporanju ta’ patching sabiex din it-triq tiġi aċċessibbli għat-traffiku. Bħalissa hemm xogħlijiet għat-titjib ta’ l-infrastruttura ta’ l-ilma, li qed isiru minn kuntrattur tal-WSC. Dawn ix-xogħolijiet mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
B'riferenza għax-xogħlijiet li għaddejjin fit-toroq fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ taħt il-protokoll Taljan u b'riferenza għar-roundabout faċċata ta' Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li t-traffiku li jkun ħiereġ minn Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ jingħata preċedenza billi, b'mod partikolari fir-rush hour ta' filgħodu, sar prattikament impossibbli li l-flow tat-traffiku minn ġo Vjal il-Ħelsien għal Triq l-Imdina jimxi tajjeb billi jkollu jistenna t-traffiku li jkun diġa' qabad ir-roundabout minn fuq il-lemin, liema traffiku jkun inġema u jkun ġej bil-mod minħabba xogħlijiet eżegwiti aktar 'l isfel fejn Siġġiewi Road?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet li qed isiru mir-roundabout tas-Siġġiewi direzzjoni lejn Ħal Qormi huma mistennija li jitlestew sal-aħħar ta’ Marzu. Madankollu, mistenni li jinfetħu xogħlijiet oħra li jibdew mill-istess roundabout, direzzjoni lejn is-Siġġiewi u oħrajn direzzjoni lejn Ħaż Żebbug , preċiżament sal-bieb ta’ De Rohan.
L-Awtorita’ dwar it-Trasport qiegħda kontinwament tagħmel l-isforzi meħtieġa biex l-inkonvenjent li jġib miegħu ix-xogħol in kwistjoni ikun wieħed raġonevoli u kkontrollat permezz ta’ sinjali, avviżi lill-pubbliku u installazzjonijiet marbuta għall-immaniġjar tat-traffiku. Għal dan il-għan ix-xogħlijiet fuq din il-junction qed isiru kollettivament max-xogħlijiet bejn l-istess junction direzzjoni lejn Ħal Qormi biex kemm jista' jkun l-istess xogħlijiet jingħalqu f’daqqa qabel ma jinfetħu iż-żewġ toroq l-oħra li jagħtu minn din il-junction.
B'riferenza għax-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa proprju fil-lok fejn kien hemm ir-roundabout li kienet tirregola l-flows tat-traffiku lejn is-Siġġiewi u lejn Ħaż-Żebbuġ ġo Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ, jista' il-Ministru jgħid meta hu mistenni li jiġi fi tmiemu dan ix-xogħol billi, kif jista' japprezza l-Ministru, qed ikun hemm konfużjoni sħiħa fit-traffiku meta l-flows tat-traffiku li jkunu ġejjin minn Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ jiltaqgħu proprju f'dan il-lok?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 10469.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi problemi biex jissoktaw ix-xogħlijiet fi Triq 12 ta' Mejju, Ħaż-Żebbuġ u cioe' dik li twassal sa taħt il-Virtu', ir-Rabat, qrib ta' Gianpula? Jekk le, jista' jgħid meta bejn wieħed u ieħor se titlesta din it-triq?
Ħaż-Żebbuġ — Triq Adeodato Gatt - pressa ta' l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jara għaliex m'hemmx biżżejjed pressa ta' l-ilma ġewwa Triq Adeodato Gatt, f'Ħaż-Żebbuġ? Jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 286, jiena nfurmat li bħala efett indirett tax-xogħlijiet li qed isiru fit-toroq in konnessjoni mal-Protocol Taljan, il-pressa ta' l-ilma fit-triq imsemmija f'dil-mistoqsija mistennija li tiżdied.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Adeodato Gatt - pressa ta' l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jara għaliex m'hemmx biżżejjed pressa ta' l-ilma ġewwa Triq Adeodato Gatt, f'Ħaż-Żebbuġ? Jista' jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma irrevokabbilment li huma dawk l-applikanti li għandhom il-kwalifiki neċessarji tas-suġġetti fil-livell ordinarju mandatorji li għandhom il-jedd li jissejjħu għall-interview għall-ingaġġ bħala kuntistabbli fil-korp tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proċess ta' reklutaġġ li bħalissa għaddej fil-Korp tal-Pulizija huwa dak kif stipulat fis-sejħa għall-applikazzjonijiet kif pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Lulju 2004, li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru 2004? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Diċembru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Diċembru ta' l-2004 il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 63 każ ta' serq.
Hold up
4
Pick Pocketing
134
Snatch & grab
13
Serq minn dgħajjes
10
Serq ta' dgħajjes
2
Serq ta' karozzi
55
Serq minn karozzi
376
Serq minn residenzi
89
Serq minn barijiet / lukandi
40
Serq minn xtajtiet
1
Serq minn fabbriki
4
Serq minn ħwienet
34
Serq ieħor
236
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru 2004? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Diċembru 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Diċembru ta' l-2004 kien hemm 29 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Against morals / honour of family
5
Arson
9
Attempted offences
123
Bodily harm
85
Damage
283
Drugs
7
Forgery
8
Fraud
16
Homicide
1
Illegal immigration
5
Perjury
1
Sexual offences
5
Theft
998
Threats and private violence
12
Violence against public officers
15