Legislature:
Category:
Reset
Active:

Protokol Taljan — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-contract value tat-tliet lots ta' xogħlijiet tat-toroq, individwalment, li qegħdin jiġu ffinanzjati mill-Protokoll Taljan? Jista' jgħid jekk hemmx xi variations u jekk iva, fiex jikkonsistu u kemm huwa l-valur tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-contract value tal-tliet lots ta' xoghlijiet huma hekk:- LOT Contractor Contract Value Lot 1 Ergon 2,542,373 Lot 1 SIG 1,342,000 Lot 2 Bassilotta 1,694,915 * as modified after curtailment of works. Lot 2 Integra 1,486,000 Lot 3 Auartari 2,796,610 Lot 3 Mattioli 748,000 Is-segwenti hija l-lista ta kuntratturi li gew agguddikalti xoghol ta’ kostruzzjoni ta’ toroq parti mill-progett iffinanzjat taht il-hames Protokoll Taljan u l-valuri tal-kuntratti rispettivi. Matul il-progett kien necessarju li jsiru modifikazzjonijiet fuq it- tep jew natura u kwantita’ tax-xoghlijiet li kienu ppjanati originalment. Dawn il-modifikazzjonijiet jikkonsistu fil-bicca l-kbira taghhom fis-segwenti: 1. Tiswijiet fuq infrastruttura li wara t-thaffir tat-triq kellha tissewwa jew tinbidel kompletament minhabba hsarat vizwali jew teknikament prevedibbli li jistghu jinqalghu fis-snin li gejjin. Hekk, gew evitati hafna mill-possibilitajiet li t-toroq godda jkollhom jinqalaw fil-futur. 2. Xoghol ta’ infrastruttura addizzjonali, hekk kif kien rikjest mill-entitajiet tas-servizzi matul l-andament tal-projett. 3. Asfaltar ta’ diversion routes li kienu necessarji minhabba toroq arterjali li kellhom jinghalqu .Uhud minn dawn it-toroq ma kienux mahsuba biex jinghalqu izda minhabba n-natura u l-iskala ta’ makkinarju li qed jintuza, kienu ser jinholqu sitwazzjonijiet perikoluzi ghas-sewwieqa. 4. Iz-zieda fit-tariffi ta’ dumping ta’ materjal ta’ kostruzzjoni. 5. Strutturi li nstabu taht il-livell tat-triq waqt it-thaffir, bhal gibjuni u culverts . F’uhud mill-kazi dawn kienu mwaqqfa u mantenuti. 6. Is-sejba ta’ katakombi fl-inhawi ta’ Targa Gap. 7. Implimentazzjoni tal-landscaping li qed jigri meqjus parti mill-progett . 8. Thaffir addizzjonali minhabb materjal hazin li nstab taht it-triq ghall-fond konsidderevoli, u cioe aktar milli kien previst meta saru l-investigazzjonijiet innizzjali. 9. Investigazzjonijiet li saru fuq infrastruttura ta’ servizzi ta’ koperazzjonijiet , liema investigazzjonijiet is-soltu issiru mill-korporazzjonijiet rispettivi Minhabba it-timeframes restritti, dawn saru parti mill-progett biex tigi eliminata l-possibilita ta’ telf ta’ zmien fl-implimentar ta’ dawn il-proceduri teknici. 10. Shifting ta’ cables ezistenti li kienu ppjanati biex jigu maghugha u jsiru mill-gdid. Dan sar f’kazijiet fejn l-istess cables kienu ghadhom jahdmu izda kienu fil-linja tal-karejgjata. Minkejja lil dan huwa xoghol laborjuz hafna, sar sforz bejn il-partijiet kollha biex tkun utilizzata is-service lifetime tal-istess infrastruttura. 11. Kostruzzjoni ta’ service road fil-parti tat-triq bejn il-junction li minn Haz-Zebbug taghti ghas-Siggiewi direzzjoni lejn Hal-Qormi . Meta l-Awtorita kienet qed tippjana l-aggudikar tal-kuntratti kienet halliet ammont ta’ flus li huma gejjin mill-Protokoll Taljan biex dawn ikopru l-eventwalita ta’ modifikazzjonijiet u dan sar minhabba illi tali modifikazzjonijiet huma difficli hafna li wiehed jevita fi progett ta’ kumplessita’ konsidderevoli bhal ma zgur jikkwalifika il-progett in kwistjoni. Il-valur ta' dawn il-modifikazzjonijiet ikun magħruf meta kejl tax-xogħolijiet ikun iffinallizzat.

Protokol Taljan — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-contract value tat-tliet lots ta' xogħlijiet tat-toroq, individwalment, li qegħdin jiġu ffinanzjati mill-Protokoll Taljan? Jista' jgħid jekk hemmx xi variations u jekk iva, fiex jikkonsistu u kemm huwa l-valur tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-contract value tal-tliet lots ta' xoghlijiet huma hekk:- LOT Contractor Contract Value Lot 1 Ergon 2,542,373 Lot 1 SIG 1,342,000 Lot 2 Bassilotta 1,694,915 * as modified after curtailment of works. Lot 2 Integra 1,486,000 Lot 3 Anastasi 2,796,610 Lot 3 Mattioli 748,000 Is-segwenti hija l-lista ta kuntratturi li gew agguddikalti xoghol ta’ kostruzzjoni ta’ toroq parti mill-progett iffinanzjat taht il-hames Protokoll Taljan u l-valuri tal-kuntratti rispettivi. Matul il-progett kien necessarju li jsiru modifikazzjonijiet fuq it- tep jew natura u kwantita’ tax-xoghlijiet li kienu ppjanati originalment. Dawn il-modifikazzjonijiet jikkonsistu fil-bicca l-kbira taghhom fis-segwenti: 1. Tiswijiet fuq infrastruttura li wara t-thaffir tat-triq kellha tissewwa jew tinbidel kompletament minhabba hsarat vizwali jew teknikament prevedibbli li jistghu jinqalghu fis-snin li gejjin. Hekk, gew evitati hafna mill-possibilitajiet li t-toroq godda jkollhom jinqalaw fil-futur. 2. Xoghol ta’ infrastruttura addizzjonali, hekk kif kien rikjest mill-entitajiet tas-servizzi matul l-andament tal-projett. 3. Asfaltar ta’ diversion routes li kienu necessarji minhabba toroq arterjali li kellhom jinghalqu .Uhud minn dawn it-toroq ma kienux mahsuba biex jinghalqu izda minhabba n-natura u l-iskala ta’ makkinarju li qed jintuza, kienu ser jinholqu sitwazzjonijiet perikoluzi ghas-sewwieqa. 4. Iz-zieda fit-tariffi ta’ dumping ta’ materjal ta’ kostruzzjoni. 5. Strutturi li nstabu taht il-livell tat-triq waqt it-thaffir, bhal gibjuni u culverts . F’uhud mill-kazi dawn kienu mwaqqfa u mantenuti. 6. Is-sejba ta’ katakombi fl-inhawi ta’ Targa Gap. 7. Implimentazzjoni tal-landscaping li qed jigri meqjus parti mill-progett . 8. Thaffir addizzjonali minhabb materjal hazin li nstab taht it-triq ghall-fond konsidderevoli, u cioe aktar milli kien previst meta saru l-investigazzjonijiet innizzjali. 9. Investigazzjonijiet li saru fuq infrastruttura ta’ servizzi ta’ koperazzjonijiet , liema investigazzjonijiet is-soltu issiru mill-korporazzjonijiet rispettivi Minhabba it-timeframes restritti, dawn saru parti mill-progett biex tigi eliminata l-possibilita ta’ telf ta’ zmien fl-implimentar ta’ dawn il-proceduri teknici. 10. Shifting ta’ cables ezistenti li kienu ppjanati biex jigu maghugha u jsiru mill-gdid. Dan sar f’kazijiet fejn l-istess cables kienu ghadhom jahdmu izda kienu fil-linja tal-karejgjata. Minkejja lil dan huwa xoghol laborjuz hafna, sar sforz bejn il-partijiet kollha biex tkun utilizzata is-service lifetime tal-istess infrastruttura. 11. Kostruzzjoni ta’ service road fil-parti tat-triq bejn il-junction li minn Haz-Zebbug taghti ghas-Siggiewi direzzjoni lejn Hal-Qormi . Meta l-Awtorita kienet qed tippjana l-aggudikar tal-kuntratti kienet halliet ammont ta’ flus li huma gejjin mill-Protokoll Taljan biex dawn ikopru l-eventwalita ta’ modifikazzjonijiet u dan sar minhabba illi tali modifikazzjonijiet huma difficli hafna li wiehed jevita fi progett ta’ kumplessita’ konsidderevoli bhal ma zgur jikkwalifika il-progett in kwistjoni. Il-valur ta' dawn il-modifikazzjonijiet ikun magħruf meta kejl tax-xogħolijiet ikun iffinallizzat.

Pulizija — Rapporti ta' serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Mejju 2005? Jista' jikklassifika s-serq u kemm ġew solvuti serqiet matul Mejju 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Mejju 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 95 każ ta’ serq. Hold up2 Pick Pocketing59 Snatch & grab11 Serq minn dgħajjes6 Serq ta’ dgħajjes2 Serq ta’ karozzi60 Serq minn karozzi240 Serq minn residenzi69 Serq minn barijiet/lukandi32 Serq minn xtajtiet18 Serq minn fabbriki3 Serq minn ħwienet41 Serq ieħor299

Pulizija akkużati bi traffikar ta' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu l-qorti fuq akkużi ta' traffikar ta' droga uffiċjali tal-pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn għadhom iservu fil-korp tal-pulizija, jew ġew sospiżi, jew ġew imkeċċija, jew irriżenjaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm tlett membri tal-Korp, li kienu nvestigati fuq traffikar ta' droga. Tnejn irreżinjaw mill-Korp qabel ma ġew imressqa l-Qorti, filwaqt li ieħor ukoll tressaq il-Qorti u huwa sospiż, peress li l-każ tiegħu għad mhux deċiż.

CCF

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li b'effett immedjat l-overtime fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin twaqqaf kompletament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-overtime ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ma twaqqafx kif ġie allegat. Dak li ġara huwa li tmienja u tletin (38) kadett wara li spiċċaw mit-taħriġ, issa saru tal-post. Għaldaqstant huwa ovvju li l-bżonn ta' l-overtime issa naqas.

Rabat — Poliklinika

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma jistax isir appuntament għal żjara għand il-podologist fil-poliklinika tar-Rabat bit-telefon iżda l-persuna li titlob l-appuntament trid bilfors tmur hi stess fil-poliklinika biex tiffissa appuntament? Ma jaħsibx li dan huwa skariġġ għal min huwa anzjan u li ma jkunx jgħix ir-Rabat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kien innutat li kien hemm ħafna każijiet ta' nuqqas ta' attendenza għall-appuntamenti mall-podoloġista fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat. B'hekk kien qed jittawal iż-żmien li wieħed jistenna għall-appuntament ġdid għalxejn. Sabiex il-pubbliku jinqeda b'aktar effiċjenza qed jiddaħħal sistema ta' appuntamenti miktuba fuq kartuna li jinżamm mill-pazjent għall-appuntamenti ta' follow-up, b'hekk il-pazjent ikollu data bil-miktub ta' meta jmisshom jattendu. Appuntamenti ġodda xorta jistgħu jsiru bit-telephone bħal ma kien isir is-soltu.

Pulizija — Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti matul April 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul April 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 64 każ ta’ serq. Hold up1 Pick Pocketing25 Snatch & grab12 Serq minn dgħajjes3 Serq ta’ dgħajjes2 Serq ta’ karozzi64 Serq minn karozzi320 Serq minn residenzi94 Serq minn barijiet / lukandi47 Serq minn xtajtiet1 Serq minn fabbriki8 Serq minn ħwienet28 Serq ieħor248

Pulizija — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti matul April 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul April 2005 ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 73 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Reati rrapurtati lill-Pulizija matul April 2005 Abandonment of child1 Against morals/honour of family2 Arson6 Attempted offences105 Bodily harm82 Administration of Justice, etc2 Damage321 Drugs6 Frogery2 Fraud11 Homicide1 Illegal Immigration14 Prostitution3 Sexual offences8 Theft853 Threats and private violence5 Violation of places of confinement1 Violence against public officers4

Birkirkara — Valley Road - ilma tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ilma tad-drenaġġ ilu jiskula minn diversi bokok ġewwa Valley Road, Birkirkara ħdejn il-bini li kien jokkupa l-istabbiliment tal-Price Club u ħdejn l-istabbiliment tad-Domestica għal diversi snin? Jista' jara li dan l-inkonvenjent, li huwa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, jitneħħa darba għal dejjem għaliex wara ftit żmien li jsiru t-tiswijiet meħtieġa l-problema dejjem terġa' titfaċċa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hija konxja mill-problemi ta' drenaġġ ġewwa Valley Road, B'Kara/Msida. Is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi imsemmija qed tiġi studjata ħalli jsiru t-tibdiliet meħtieġa fuq s-sistema ta' mains ta' drenaġġ biex jiġu evitati dawn il-problemi.

Saħħa

Question

B'riferenza għall-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' il-Ministru jgħid għaliex tneħħa minn dan il-post? Jista' jgħid b'liema setgħa u taħt liema dispożizzjoni tal-liġi dan l-għemil amministrattiv seta jitwettaq? Min inħatar floku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet mogħtija l-informazzjoni bil-miktub mid-Direttur Ġenerali b'ittra li ġġib id-data 30 ta' Novembru 2004.

Dipartiment tas-sigurta' soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ittra lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali tal-Belt Valletta, mibgħuta fid-9 ta' Diċembru, 2004 dwar il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, dwar allegazzjoni ta' abbuż ta' benefiċċju soċjali, għadha ma ngħatatx risposta għaliha issa li għaddew aktar minn ħames xhur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant ma rriżultax li kien hemm abbuż fit-teħid tal-benefiċċju.

Universita' — Masters of psychology

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 11543, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tar-riżultati, marki skond il-kriterji stabiliti mir-regolamenti ta' l-universita' - cioe' kwalifiki, esperjenza, xeħta (aptitude) u riferenzi - li ġabu l-applikanti għall-kors ta' masters of psychology ta' l-Universita' ta' Malta għall-aħħar dħul?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub dwar il-kriterji konċernati ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhix il-prattika li rendikont dettaljat tar-riżultati ta' l-applikanti konċernati jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Rapporti ta' serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Marzu 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Marzu 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Marzu 2005 il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 45 każ ta' serq. Hold up 3 Pick Pocketing 19 Snatch & grab 27 Serq minn dgħajjes 2 Serq ta’ dgħajjes 2 Serq ta’ karozzi 65 Serq minn karozzi 325 Serq minn residenzi 128 Serq minn barijiet / lukandi 41 Serq minn xtajtiet 4 Serq minn fabbriki 2 Serq minn ħwienet 41 Serq ieħor 242

Pulizija — Rapporti ta' reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Marzu 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Marzu 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Marzu 2005 kien hemm 91 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Marzu 2005 Against morals/honour of family 4 Arson 6 Attempted offences 145 Bodily harm 86 Crimes against public safety 1 Damage 254 Drugs 12 Forgery 2 Fraud 11 Illegal Immigration 14 Prostitution 3 Sexual offences 3 Theft 901 Threats and private violence 5 Violence against public officers 10

Qormi — Triq l-Iskultur

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata wiċċ tarmak Triq Ġdida fi Triq l-Iskultur ġewwa Ħal Qormi, liema triq taqa' taħt il-kompetenza tal-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa' taħt ir-responsabilta tal-gvern ċentrali u hija nkluża fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Leg 10 PQ #11607 Sitting 252 2005-04-11 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Qormi — Triq l-Iskultur

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata wiċċ tarmak Triq Ġdida fi Triq l-Iskultur ġewwa Ħal Qormi, liema triq taqa' taħt il-kompetenza tal-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra
Leg 10 PQ #11607 Sitting 252 2005-04-11 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Qormi — Triq l-Iskultur

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata wiċċ tarmak Triq Ġdida fi Triq l-Iskultur ġewwa Ħal Qormi, liema triq taqa' taħt il-kompetenza tal-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra

Ċittadini Ċiniżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk it-taqsima ta' l-immigrazzjoni tal-korp tal-pulizija għandhiex evidenza li turi li numru ta' ċittadini Ċiniżi li daħlu Malta b'visa regolari matul dawn l-aħħar 12-il xahar baqgħux f'pajjiżna wara li skaditilhom il-visa? Jekk iva, kemm minn dawn iċ-ċittadini Ċiniżi ma nafux għadhomx f'pajjiżna? Jista' jgħid ukoll jekk il-pulizija sabitx u bagħtet lura lejn iċ-Ċina ċittadini Ċiniżi li nstabu Malta bil-visa skaduta u jekk iva, jagħti ċ-ċifri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-Mistoqsija mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata. Ninsab infurmat ukoll illi matul is-sena 2004 kien hemm 97 presuna ta' nazzjonalita' Ċiniża li tneħħew minn Malta wara li nstab li kienu Malta irregolarment, filwaqt li matul din is-sena, s'issa kien hemm 15.

Universita' — Masters of Psychology course

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li għall-kors tal-Masters of Psychology ta' l-Universita' ta' Malta ġew ammessi applikanti li għandhom l-honours biss fil-Bachelor of Psychology filwaqt li tħallew barra applikant jew applikanti li għandhom il-first class honours? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid kif min ikollu honours għal dan il-kors jiġi ppreferut a skapitu ta' min huwa aktar ikkwalifikat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għażla ta' l-applikanti għall-kors ta' l-M.Psych saret mill-Bord ta' l-Għażla tal-Fakulta ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita' ta' Malta fuq il-kriterji stabbiliti mir-regolamenti ta' l-Universita', jiġifieri: kwalifiki, esperjenza, xeħta (aptitude) u riferenzi. Informat li għaldaqstant, filwaqt li persuna li għandha grad first class honours tkun mogħtija aktar marki minn min ikollu second class, l-istess persuna tista' jkollha anqas marki fuq il-kriterji l-oħra. L-applikanti tpoġġew fl-ordni skond il-marki totali li ġabu.

Parlament Ewropew/Kunsill Ewropew — 2000/35/EC directive

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sabiex tiġi mplimentata d-direttiva 2000/35/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Ġunju 2000 "on combating late payment in commercial transactions"?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni għamel konsultazzjonijiet mal-Malta Enterprise u mal-Ministeru tal-Finanzi. Konsegwentement, qed isir id-drafting ta’ l-emendi neċessarji u l-ħsieb hu li dawn jiddaħħlu fil-Kodiċi Kummerċjali.