Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM — Efficiency bonus

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw flus bħala efficiency bonus lill-membri ta' l-Armata fis-snin 2003, 2004 u 2005 - sa Mejju - u f'liema rank?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li fis-snin imsemmija, il-membri ta’ l-Armata fir-rank ta’ Brigadier, Kurunell u Tenent Kurunell ingħataw bejniethom Performance Bonuses li jammontaw għal Lm7,300 (2003), Lm6,440 (2004) u Lm7,227 (2005).

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' personnel ta' l-AFM li weġġgħu fuq ix-xogħol fis-snin 2003, 2004 u 2005 - sa Mejju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ personnel fil-Forzi Armati ta’ Malta li weġġgħu fuq ix-xogħol fis-snin 2003, 2004 u 2005 (sal-31 ta’ Mejju) kienu dawn: 2003: 27 (23 suldat, uffiċjal u 3 pajżana) 2004: 29 (26 suldat u 3 pajżana) 2005: 20 (19 suldat u uffiċjal)

AFM — Road blocks

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru road blocks mill-AFM din is-sena u x'kien ir-riżultat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li din is-sena l-Forzi Armati ta’ Malta għamlu 26 Vehicle Check Point f’diversi postijiet f’Malta u Għawdex. Ir-riżultat kien diversi qabdiet żgħar ta’ droga, kif ukoll armi. Kien hemm każi wkoll fejn sewwieqa nstabu taħt l-influwenza ta’ l-alkoħol jew mingħajr dokumenti meħtieġa.

AFM — Droga

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-AFM fis-snin 2003, 2004 u 2005 - sa Mejju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-droga li nqabdet mill-Forzi Armati ta’ Malta fit-tliet snin imsemmija nstabet dejjem f’ammonti żgħar – 2003 - Ħdax-il qabda 2004 - Tmintax-il qabda 2005 - Tmintax-il qabda (sa l-aħħar ta’ Mejju)

AFM — Allowances

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu allowances lill-personnel ta' l-AFM u kemm għad hemm pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li sa l-aħħar ta’ Mejju 2005, l-allowances li tħallsu lill-personnel tal-Forzi Armati ta’ Malta kienu jammontaw għas-somma ta’ Lm581,625. M’hemm l-ebda allowances pendenti.

AFM — Suldati b'degree

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldati li għandhom degree jew diploma universitarja? X'inhi u x'rank għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi fil-preżent, fil-Forzi Armati ta’ Malta, hemm 25 membru li għandhom degree jew diploma universitarjà. Id-dettalji tar-rank u diploma jew degree, qegħdin fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

AFM — Reklutaġġ

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux maħsub xi reklutaġġ ma' l-AFM din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat illi għalkemm il-possibbilità għal reklutaġġ mal-Forzi Armati ta’ Malta qegħda tiġi kkunsidrata, għad mhux deċiż jekk dan ir-reklutaġġ isirx din is-sena jew le.

AFM — Immigranti irregolari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew interċettati opri tal-baħar mill-AFM li fuqhom kien hemm immigranti irregolari waqt patrols din is-sena? Jista' jgħid f'liema ċirkostanzi l-AFM tikkonsidra li dawn għandhom bżonn l-assistenza u min jieħu d-deċiżjoni? Issir kordinazzjoni mal-kummissarju tal-pulizija f'din id-deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li sat-22 ta’ Ġunju 2005, din is-sena kien hemm 10 każijiet fejn patrol boats tal-Forzi Armati ta’ Malta interċettaw opri tal-baħar li fuqhom kien hemm immigranti irregolari. Kemm meta dgħajjes bl-immigranti jkunu nterċettati mill-mezzi tal-Forzi Armati, kif ukoll meta jidħlu rapporti minn għejjun diversi ta’ dgħajjes simili, il-Forzi Armati jqisu ċ-ċirkostanzi tal-każ, bħall-istat fiżiku li jkunu fih l-immigranti, il-kondizzjonijiet tal-baħar, il-pożizzjoni fejn tinsab id-dgħajsa, eċċ. Mingħajr dubju, meta l-każ ikun wieħed ċar u li jkun jeħtieġ l-intervent tal-mezzi tal-Forzi Armati, tittieħed l-azzjoni kollha meħtieġa biex l-immigranti jkunu mgħejjuna jidħlu f’Malta qawwijin u sħaħ u dan għab-bażi tal-konvenzjonijiet internazzjonali li jirregolaw il-materja. Il-pulizija jkunu nfurmati immedjatament meta jkun ċar li d-dgħajsa bl-immigranti tkun se tiddaħħal f’Malta.

AFM — Klandestini

Question

Jista' il-Prim Minstru jgħid kemm hemm klandestini miżmumin mill-AFM illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li sal-21 ta’ Ġunju 2005 kien hemm 289 immigrant irregolari fil-Closed Centres ta’ l-Armata u 246 oħra fl-Open Centre (Lyster Barracks, Ħal Far).
Leg 10 PQ #13123 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Protokoll Taljan — Toroq

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12808, jista' il-Ministru jgħid jekk il-kuntratturi indikati fl-imsemmija risposta kienux ingaġġaw periti privati Maltin oħrajn meta kienu tefgħu l-offerti tagħhom l-ewwel darba qabel kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-kuntratturi kollha jiġu aggruppati f'lots separati? Jekk iva, jista' jgħid min huma l-periti u jekk għandhomx b'xi mod jew ieħor jipprestaw is-servizzi tagħhom taħt forma ta' subcontracting mal-periti li l-ismijiet tagħhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħti dettalji ta' periti Maltin li qegħdin b'xi mod jew ieħor jgħinu lill-periti msemmija qabel u f'liema lot?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Protokoll Taljan — Toroq

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12934, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt jew kuntratti li kienu ġew iffirmati bejn il-periti u l-ADT? Jista' jgħid min kienu l-persuni li approvaw lill-periti in kwestjoni, b'indikazzjoni tal-kariga ta' kull persuna u f'liema lokal jgħixu wieħed wieħed?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Upgrading ta' toroq

Question

In vista tal-fatt li sabiex jiġu upgraded taħt il-Protokoll Taljan, Triq l-Imdina, f'Ħaż-Żebbuġ u Triq is-Siġġiewi Ħaż-Żebbuġ, kellhomx jintużaw għat-traffiku dawn it-toroq sekondarji ta' Ħaż-żebbuġ u cioe Triq Santa Marija, Triq il-Kbira, Triq Mikelanġ Sapiano, Triq Eugenio Borg, Triq Gianni Bonnici u Triq Dun Luret Callus, liema toroq iddeterjoraw bl-użu matul dawn l-aħħar xhur, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li dawn jiġu upgraded bl-assistenza ta' fondi speċjali tal-gvern lill-kunsill lokali jew b'intervent dirett tal-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #13191 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi u Konsli

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ambaxxaturi u l-konsli li jirrappreżentaw lil Malta barra pajjiżna jridux jieqfu minn dan is-servizz meta jilħqu ċerta eta'?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien infurmat li qatt ma kien hemm " hard and fast rule" dwar dan.

Protokoll Taljan — Toroq

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12808, jista' il-Ministru jindika min huma l-periti Maltin ingaġġati mill-kuntratturi Taljani għal kull lok individwalment?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-periti Maltin ingaġġati mill-kuntratturi Taljani għal kull lot individwalment huwa kif jidher hawn taħt :- LOT 1 - Malta Planning and Design Consultants (MP and DC) led by Perit Carm Lino Spiteri LOT 2 - Dr Edwin Mintoff LOT 3 - Malta Planning and Design Consultants (MP and DC) led by Perit Carm Lino Spiteri Dawn il-Periti kienu nominati mill-kuntratturi Taljani meta preżentaw t-tenders tagħhom. Sussegwentament l-istess Periti kienu approvati mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Qabel ma nbeda x-xogħol ġie iffirmat kuntratt bejn il-Periti inkwistjoni u l-ADT.

Belt Valletta — Permess għal cafetteria

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-cafetteria li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għandhiex permess biex tarma s-siġġijiet għall-klijenti barra fl-entratura ta' l-arcade? Jekk iva, jista' ipoġġi l-permess fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-cafetteria li qiegħed jagħmel referenza għaliha l-Onorevoli Membru għandha żewġ permessi biex tarma s-siġġijiet għall-klijenti barra fl-entratura tal-arcades. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taż-żewġ permessi.

Ħaż-Żebbuġ — Traffiku

Question

Billi t-traffiku kollu li ġej minn Ħ'Attard u mir-Rabat fid-direzzjoni ta' Ħaż-Żebbuġ bħalissa jrid ta' bilfors jidħol ġo Ħaż-Żebbuġ minn ġo Triq Santa Marija, Triq il-Kbira, Triq Sciortino, Vjal il-Ħelsien u Misrah San Filep, jista' il-Ministru jgħid kif se jgħaddi t-traffiku matul il-ġimgħa tal-festa tal-lokal li tibda mill-Ħadd 5 ta' Ġunju sat-12 ta' Ġunju, 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fuq ftehim milħuq bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta, il-Kunsill Lokali ta' Ħaż Żebbuġ u l-Pulizija, matul il-ġimgħa tal-festa tal-lokal, l-arranġamenti alternattivi tat-traffiku ser ikunu hekk kif ġej: - It-traffiku li ġej minn Ħ'Attard u mir-Rabat fid-direzzjoni ta' Ħaż Żebbuġ ser jgħaddi minn Triq Mikelanġ Sapiano, Triq il-Kbira, Triq l-Isqof Caruana, Triq l-Infetti, Vjal il-Ħelsien u Triq l-Imdina, ħlief għall-Ħamis u l-Ġimgħa waqt il-ħinijiet ta' l-iskola meta parti minn Triq l-Isqof Caruana tkun magħluqa għat-Traffiku temporanjament. F'dan il-każ it-traffiku ser jgħaddi minn Triq Mikielanġ Sapiano, Triq il-Kbira, Triq Mons S Milanesi, Triq Sciortino, Vjal il-Ħelsien u Triq l-Imdina. Il-Ħadd, 12 ta' Ġunju (Jum il-Festa) wara l-4.00pm waqt il-purċissjoni, it-traffiku ser jgħaddi minn Triq Mikielanġ Sapiano, Triq Santa Marija, Triq l-Għasfura, Triq Adeo Gatt, Triq Dun F Calleja, Triq iż-Żebbuġ, Triq San Rokku, Vjajl il-Ħelsien u Triq l-Imdina. - It-traffiku li ġej minn Ħal Qormi fid-direzzjoni ta' Ħ'Attard u r-Rabat ser jibqa' jgħaddi minn Vjal il-Ħelsien, Triq San Rokku, Triq l-Imdina, Triq ix-Xgħir u Triq Mikiel Ang Sapiano. Il-venda tal-karozzi tal-linja ser tiġi trasferita temporanjament mit-Tnejn sa l-Erbgħa fi Vjal il-Ħelsien bejn Triq Agira u Triq l-Infetti u mill-Ħamis sal-Ħadd (Jum il-Festa) fi Vjal il-Ħelsien bejn Triq San Rokku u Triq l-Imdina (De Rohan), kif kien isir fis-snin ta' qabel.

Pulizija — Rapporti dwar reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Mejju 2005? Jista' jikklassifika r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqisja, ninsab infurmat illi matul Mejju 2005 kien hemm 85 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Mejju 2005 Arson10 Attempted offences107 Bodily harm96 Computer misuse1 Damage345 Drugs7 Forgery3 Fraud16 Illegal Immigration20 Prostitution4 Sexual offences6 Theft842 Threats and private violence7 Violation of places of confinement*1 Violence against public officers11 * Irregular immigrant escaped on 17.05.05 whilst for treatment at Mt Carmel hospital. Apprehended on 31.05.05.