Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Lulju 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Lulju 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Lulju 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 40 każ ta’ serq.
Hold up4
Pick Pocketing88
Snatch & grab21
Serq minn dgħajjes13
Serq ta’ dgħajjes4
Serq ta’ karozzi49
Serq minn karozzi282
Serq minn residenzi87
Serq minn barijiet / lukandi134
Serq minn xtajtiet187
Serq minn fabbriki4
Serq minn ħwienet18
Serq ieħor364
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Lulju 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Lulju 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Lulju 2005 kien hemm 51 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Lulju 2005
Against morals/honour of the family2
Arson13
Attempted offences97
Bodily harm119
Computer misuse1
Damage348
Drugs15
Forgery6
Fraud9
Illegal immigration17
Prostitution2
Sexual offences7
Theft1,255
Threats and private violence7
Violence against public officers8
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Awissu 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Awissu 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 47 każ ta’ serq.
Hold up5
Pick Pocketing104
Snatch & grab22
Serq minn dgħajjes11
Serq ta’ dgħajjes8
Serq ta’ karozzi61
Serq minn karozzi344
Serq minn residenzi99
Serq minn barijiet / lukandi117
Serq minn xtajtiet142
Serq minn fabbriki8
Serq minn ħwienet32
Serq ieħor343
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Awissu 2005 kien hemm 7 persuni misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Awissu 2005
Against morals/honour of the family5
Arson8
Attempted offences116
Bodily harm109
Computer misuse3
Damage321
Drugs12
Forgery7
Fraud13
Illegal immigration21
Prostitution8
Sexual offences12
Theft1,296
Threats and private violence9
Violence against public officers7
Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex ir-rebbieħ tal-lotterija nazzjonali li dettalji dwaru qegħdin jintbagħtu separatament, għadu ma ngħatax il-premju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant jifhem li dan kien każ fejn kienu nvoluti proċeduri legali. Issa li hemm deċiżjoni tal-qorti, il-ħlas tal-premju se jsir mill-aktar fis possibbli.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qegħdin jinżammu persuni li qegħdin ifittxu l-ażil f'ċentri ta' detenzjoni taħt is-sorveljanza tal-kummissarju tal-pulizija? Jista' jagħti breakdown tan-numru, ċentru ċentru b'indikazzjoni taċ-ċentru fejn jinsab?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' immigranti llegali miżmuma f'ċentri ta' detenzjoni huwa kif ġej:-
Safi Barracks 652
Lyster Barracks 609
Police GHQ 97
Police Ta' Kandja 79
Total 1,437
Jista' il-Ministru jgħid jekk fost ix-xufiera tat-trasport pubbliku hemmx min ġie kkundannat għal reati kriminali? Jekk iva, jista' jgħid x'kienu r-reati kriminali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li kien hemm 3 persuni li wettqu u li kienu kkundannati fuq reati kriminali. Ir-reati imwettqa u misjuba ħatja kienu kif ġej:-
L-ewwel persuna
a) li bla ordni skond il-liġi ta’ l-Awtorita kompetenti arresta, zamm jew issekwestra lil OMISSIS
kontra l-volonta tagħha bħala mezz biex iġiegħla tagħmel xi ħaġa jew toqgħod għal xi ħaġa li
toffendi l-mistħija tas-sess tagħha; u
b) Talli fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi offenda l-pudur jew il-morali
b’għemil li sar f’ lok pubbliku jew f’ lok espost għall-pubbliku
It-tieni persuna
a) li volontarjament hassar, għamel hsara jew għarraq ħwejjeġ ħaddieħor, mobbli jew immobbli, u cioè ACE module (serial Number 431) liema ħsara ma tiskorrix il-ħames mitt lira, u dan bi ksur ta’ l-artikolu 325 (1)(b) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta; u li
b) Mingħajr awtorizzazzjoni għamel reat kontra l-uzu mhux dovut tal-Computer waqt illi kien impjegat ma’ l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku (PTA) billi għarraq it-tħaddim ta’ xi sistema, software jew l-integrita jew affidibilta ta’ xi data; u billi installa, neħħa, biddel, ikkanċella,
qered, varja jew żied ma’ xi data, software jew dokumentazzjoni ta’ appoġġ, cioè id-data
kontenuta u dan bi ksur ta’ l-artikoli 337C(1)(e) u 337(1)(g) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta; u li fl-aħħar
c) B’ meżżi kontra l-Liġi, jew billi għamel użu ta’ ismijiet foloz, jew billi nqeda b’ qereq ieħor, ingann, jew billi wera ħaġa b’ oħra sabiex iġiegħel titwemmen l-eżistenza ta’ intraprizi foloz, jew ta’ ħila, setgħa fuq ħaddieħor, jew ta’ krediti immaġinarji, jew sabiex iqanqal tama jew biża dwar xi grajja kimerika, għamel qligħ b’ qerq ta’ aktar minn Lm500 u inqas minn Lm1, 000 għad-dannu tal-kumpanija Assoċjazzjoni dwar it-Trasport Pubbliku (dan bi ksur ta’ l-Artikoli 308, 309 u 310 tal-Kapitolu 9 tal-liġijiet t a’ Malta).
It-tielet persuna
a) Volontarjament hassar, għamel hsara jew għarraq ħwejjeġ ħaddieħor, mobbli jew immobbli, u cioè ACE module (serial Number 52537) liema ħsara ma tiskorrix il-ħames mitt lira, u dan bi ksur ta’
l-artikolu 325 (1)(b) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta; u li
b) Mingħajr awtorizzazzjoni għamel reat kontra l-uzu mhux dovut tal-Computer waqt illi kien impjegat
ma’ l- Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku (PTA) billi għarraq it-tħaddim ta’ xi sistema, software
jew l-integrita jew affidibilta ta’ xi data; u billi installa, neħħa, biddel, ikkanċella, qered, varja
jew żied ma’ xi data, software jew dokumentazzjoni ta’ appoġġ, cioè id-data kontenuta u dan
bi ksur ta’ l-artikoli 337C(1)(e) u 337(1)(g) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13367, jista' il-Prim Ministru jgħid x'jiġri mill-unclaimed prizes minn mindu l-logħob għadda f'idejn Maltco Lotteries?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-detentur ta’ liċenzja għal Lotterja Nazzjonali preżentament Maltco Lotteries għandu jżomm riserva magħrufa bħala Unclaimed Prizes Reserve, li fih jiġi akkreditat u mħallas minn dak id-detentur ta’ liċenzja ammont li jkun il-valur li jibqa’ ma jiġix mitlub fi tmiem iż-żmien sa meta jkun jista’ jintalab dak il-premju kif stabbilit skond l-artiklu 59 ta’ l-Att dwar ‘Lotteriji u Logħob ieħor, 2001’. Dak il-ħlas fl-Unclaimed Prizes Reserve għandu jsir mid-detentur ta’ liċenzja għal Lotterija Nazzjonali fi żmien sebat ijiem minn tmiem iż-żmien biex issir it-talba għall-premju.
Skond l-artiklu 59(2) ta’ l-Att imsemmi, kull flejjes li jkunu akkreditati fl-Unclaimed Prizes Reserve tad-detentur ta’ liċenzja għal Lotterija Nazzjonali għandhom ikunu akkreditati u jiġu mħallsa lill-Awtorità fil-Fond ta’ ‘Riserva ta’ l-Awtorità dwar il-Logħob għal-Lotterija Nazzjonali’ wara l-31 ta’ Mejju u t-30 ta’ Novembru ta’ kull sena finanzjarja.
Il-Ministru fuq parir ta’ l-Awtorità jiddisponi mill-fond skond rikjesti magħmula mill-pubbliku meta jinstabu logħob rebbieħa iżda ma ssarfux għal xi raġuni valida. Il-bejgħ tal-fondi kollha li jkun hemm akkreditu tal-Fond ta’ Riserva ta’ l-Awtorità dwar il-Logħob għal-Lotterija Nazzjonali (Gaming Authority National Lottery Reserve Fund) jitħallsu mill-Awtorità lit-Teżor wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja.
Il-bilanċ tal-kreditu tal-Gaming Authority National Lottery Reserve Fund jiġu trasferiti fil-Fond tal-Lotteriji Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti (National Lottery Good Causes Fund). Il-flejjes li jkunu akkreditati ta’ dan il-Fond għandhom jitħallsu mill-Ministru, lil dawk il-persuni, organizazzjonijiet, korpi jew entitajiet oħra li Lotteries and Gaming Authority jkollhom skopijiet ta’ xorta reliġjuża, filantropika, kulturali, sportivi, edukattiva, soċjali jew ċivika jew b’appoġġ ta’ kawża oħra meritevoli. Dawn l-ammonti jiġu stabbiliti mill-Ministru minn żmien għal żmien wara konsultazzjoni ma’ Bord Konsultattiv maħtur minnu għal dan il-għan.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13124,13416 u 13517, liema mistoqsijiet baqgħu ma ġewx mwieġba minkejja li kienu sempliċement jitolbu lill-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratti bejn l-ADT u l-periti inkwestjoni, ma jaħsibx il-Ministru li għadda żmien biżżejjed biex il-kuntratti suriferiti jaslu l-parlament mill-uffiċċju ta' l-ADT fil-Furjana jew mill-ministeru l-Belt stess u cioe' erba' ġimgħat mid-data meta saret il-mistoqsija parlamentari l-ewwel darba? Jista' issa l-Ministru jassigura u jpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra u jekk ma jistax ipoġġihom jagħti spjegazzjoni għaliex?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-persuni li approvaw il-Periti (Supervisors) li kienu mqabbda mill-ADT fuq ix-xogħlijiet tal-Italian Protocol huma l-persuni li kienu fuq il-Bord ta' Aġġudikazzjoni tat-tender u cioe', is-Sur Anthony Pavia (Chairman), is-Sur Anglu Mallia (Segretarju), il-Perit Lino Zammit, Dr. Marc Bonello u s-Sur Anton Spiteri.
Hal-Tarxien
Mr. Anthony Pavia
Ex Perm Sec Ministry for Transport and Communications
Attard
Mr. Anglu Mallia
Director Program Implementation Ministry for Transport and Communications
Sliema
Perit Lino Zammit
Director Roads Directorate
Balzan
Marc Bonnello
Chairman Malta Maritime Authority
Gharghur
Anton Spiteri
Director EU Affairs Ministry for Transport and Communications
Kopja tal-kuntratti bejn il-periti u l-ADTqed jitpaġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ttieħdu mill-awtorita' tad-djar inkwantu għall-ilment imressaq mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar ħmieġ u storbju ikkaġunat minn annimali fil-blokk partikolari fejn għandu l-appartament tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar iltaqgħet mal-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant u għamlet diversi spezzjonijiet fil-binja konċernata.
Hawn ta' min jgħid li meta persuni jixtru appartamenti fi blokki ta' l-Awtorita' dawn il-persuni jkunu obbligati li jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti li tkun responsabbli għall-manutenzjoni tal-partijiet komuni. Meta l-postijiet f'binja jinbieghu kollha, kif inku l-każ tal-binju in kwistjoni, l-Awtorita' tad-Djar ma tistax tibqa' responsabbli għall-manutenzjoni jew x'isir fil-partijiet komuni.
Minkejja dan, l-avukat ta' l-Awtorita' bagħat żewġ ittri lir-residenti kollha tal-blokk indikat biex jgħarrafhom bl-obbligi tagħhom u bil-konsegwenzi jekk dawn ma jiġux osservati.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'isir minnhom il-flejjes ta' l-unclaimed prizes tal-lotto, super 5 u lotteriji oħra? Jista' jgħid kemm kien hemm unclaimed prizes fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sa Mejju, xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Unclaimed Prizes tal-Lottu, Super-Five, Presto Instant Lottery u Tiritombla kienu jiġu trasferiti direttament fil-Fond Konsolidat bħala parti mill-profit wara li mid-dħul kienu jitnaqqsu l-premjijiet mħallsa u l-ispejjeż amministrattivi. L-operazzjoni ta’ dawn il-logħbiet għaddiet f’idejn il-kumpanija privata Maltco Lotteries f’Lulju 2004. Statistika dwar dawn l-Unclaimed Prizes qatt ma nżammet mid-Dipartiment.
Waqt li l-Unclaimed Prizes tal-Lotterija Nazzjonali kienu wkoll jiġu ttrasferiti direttament fil-fond Konsolidat bħala parti mill-Profitt, statistika ta’ dawn l-Unclaimed Prizes qegħda tingħata hawn taħt. L-aħħar Lotterija Nazzjonali li saret kienet dik ta’ Ġunju 2003.
2000
Lm
2001
Lm
2002
Lm
2003
Lm
Frar
4400
1400
2500
1900
April
2800
800
1100
3200
Ġunju
2900
1200
1300
3400
Awissu
1200
2900
----
----
Ottubru
11400
100
3400
----
Diċembru
5300
700
----
----
L-Unclaimed Prizes ta’ logħob ieħor, li jikkonsisti f’lotterijiet organizzati minn ditti kummerċjali u għaqdiet oħra, bil-permess tad-Dipartiment, jitpoġġew f’Fond msejjaħ “Donazzjonijiet għall-kawżi ġusti” u wara dawn jitqassmu lill-għaqdiet filantropiċi. L-ammonti li għaddew ta’ kull sena f’dan il-Fond qegħdin jidhru hawn taħt:
Sena Ammont
2000 Lm3183
2001 Lm 82
2002 Lm 232
2003 Lm3553
2004 Lm6487
2005 Lm3065
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ġunju, 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti matul Ġunju 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ġunju 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 61 każ ta’ serq.
Hold up1
Pick Pocketing24
Snatch & grab14
Serq minn dgħajjes7
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi49
Serq minn karozzi246
Serq minn residenzi78
Serq minn barijiet / lukandi65
Serq minn xtajtiet83
Serq minn fabbriki2
Serq minn ħwienet26
Serq ieħor251
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ġunju, 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ġunju, 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Ġunju 2005 kien hemm 31 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Ġunju 2005
Against morals/honour - family6
Arson15
Attempted offences97
Bodily harm108
Damage332
Drugs5
Forgery6
Fraud16
Illegal immigration18
Pretended right1
Prostitution5
Sexual offences3
Theft851
Threats and private violence4
Violation of places of confinement*1
Violence against public officers5
* Irregular immigrant escaped on 16.06.05 whilst for treatment at St Luke’s hospital.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 13124 u 13416 u b'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12934 ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt jew kuntratti li kienu ġew iffirmati bejn il-periti u l-ADT? Jista' jgħid min kienu l-persuni li approvaw lill-periti in kwestjoni, b'indikazzjoni tal-kariga ta' kull persuna u f'liema lokal jgħixu wieħed wieħed?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13123 u jgħid b'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12808 jekk il-kuntratturi indikati fl-imsemmija risposta kenux ingaġġaw periti privati Maltin oħrajn meta kienu tefgħu l-offerti tagħhom l-ewwel darba qabel kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-kuntratturi kollha jiġu aggruppati f'lots separati? Jekk iva, jista' jgħid min huma l-periti u jekk għandhomx b'xi mod jew ieħor jipprestaw is-servizzi tagħhom taħt forma ta' subcontracting mal-periti li l-ismijiet tagħhom qed jintbagħtu separatament?
Jista' jagħti dettalji ta' periti Maltin li qegħdin b'xi mod jew ieħor jgħinu lill-periti msemmija qabel u f'liema lot?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li s-segwenti hija l-lista tal-Periti Maltin li kienu nominati meta ntefgħu l-offerti l-ewwel darba:
ERGON
Perit Carm Lino Spiteri / Malta Planning & Design Consultants (MP & DC)
SIG
Dr. Edwin Mintoff
BASSILOTTA
Dr. Edwin Mintoff
INTEGRA
Perit Carm Lino Spiteri / Malta Planning & Design Consultants (MP & DC)
ANASTASI
Perit Carm Lino Spiteri / Malta Planning & Design Consultants (MP & DC)
MATTIOLI
Perit Joe Bugeja
Meta l-kuntatturi ERGON, Fratelli Bassilotta u Fratelli Anastasi ġew aġġuddikati xogħlijiet fuq LOTS 1, 2 u 3 rispettivament, l-Awtorita' dwar it-Trasport approvat is-Supervisors li kienu ġew nominati fit-tenders tagħhom.
Sussegwentament, meta l-Awtorita' aġġuddikat xogħlijiet lill-kuntratturi SIG, Integra srl u Mattioli spa fil-LOTS 1, 2 u 3 rispettivament, l-Awtorita' estendiet il-kuntratti tas-Supervisors biex ikomplu s-servizzi tagħhom fuq il-LOTS li huma kienu qed joperaw.
Id-dokument tat-tender tax-xogħlijiet tal-Protokoll Taljan jippermetti id-delegazzjoni ta’ servizzi tal-Perit hekk imsemmi bħalha Supervisor fl-istess tender document, lil persuna oħra hekk riferuta bħalha Supervisor’s Representativebir-responsabbilita finali tkun tas-Supervisor.
Is-segwenti huma Periti Maltin illi kienu nominati bħalha Supervisor’s Representativefuq il-LOTS rispettivi:
LOT
Supervisor
Supervisor’s Representative
LOT 1
Perit Carm Lino Spiteri
Perit Robert Sant
LOT 2
Dr. Edwin Mintoff
Perit William Lewis
LOT 3
Perit Carm Lino Spiteri
Perit David Farrugia
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13124 u b'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12934 ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt jew kuntratti li kienu ġew iffirmati bejn il-periti u l-ADT? Jista' jgħid min kienu l-persuni li approvaw lill-periti in kwestjoni, b'indikazzjoni tal-kariga ta' kull persuna u f'liema lokal jgħixu wieħed wieħed?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13125 u jgħid in vista tal-fatt li sabiex jiġu upgraded taħt il-Protokoll Taljan, Triq l-Imdina u Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, kellhomx jintużaw għat-traffiku dawn it-toroq sekondarji ta' Ħaż-Żebbuġ u cioe Triq Santa Marija, Triq il-Kbira, Triq Mikelanġ Sapiano, Triq Eugenio Borg, Triq Gianni Bonnici u Triq Dun Luret Callus, liema toroq iddeterjoraw bl-użu matul dawn l-aħħar xhur, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li dawn jiġu upgraded bl-assistenza ta' fondi speċjali tal-gvern lill-kunsill lokali jew b'intervent dirett tal-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq nippreċiża li Triq l-Imdina u Triq Ħaż Żebbuġ mhux xogħol ta' upgrading sar fihom, imma xogħlijiet ta' bini mill-ġdid minħabba li dawn ma kienux mibnija sew oriġinarjament. L-Awtorita' dwar it-Trasport m'għandux indikazzjoni jew studji li t-toroq imsemmija iddeterjoraw minħabba li dawn it-toroq intużaw għad-devjazzjoni tat-Traffiku minħabba xogħlijiet li għaddejin fuq proġetti ta' toroq iffinanzjati mill-ħames Protokoll finanzjarju bejn Malta u l-Italja.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi ttieħdu mill-awtorita' tad-djar inkwantu għall-ilment imressaq mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar ħmieġ u storbju ikkaġunat minn annimali fil-blokk partikolari fejn għandu l-appartament tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'isir minnhom il-flejjes ta' l-unclaimed prizes tal-lotto, super 5 u lotteriji oħra? Jista' jgħid kemm kien hemm unclaimed prizes fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sa Mejju, xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.