Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #14721 Sitting 302 2005-10-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Riċerka dwar in-nawfraġju ta' San Pawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti fi ħdan il-ministeru tiegħu kienu involuti f'riċerka dwar in-nawfraġju ta' San Pawl, stħarriġ li kien qiegħed jagħmel ċertu Bob Cornuke u t-team tiegħu? X'kien is-sehem tagħhom u meta? X'irriżulta minn dan l-istħarriġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Bajja ta' San Tumas

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu lill-gvern jirrikmanda maħfra konnessa ma' fdalijiet fil-bajja ta' San Tumas li jista' ikun kellhom konnessjoni man-nawfraġju ta' San Pawl? X'irriżulta wara l-maħfra u min gawda minn din?

Response (BORG, TONIO)

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fuq talba tal-Ministeru tal-Kultura kien irrakomanda din l-amnestija fit-23 ta' Settembru 2002; l-iskop ta' din l-amnestija kien sabiex jiġu ritornati lill-Gvern oġġetti li nstabu fil-baħar; fil-fatt hekk ġara u diversi oġġetti huma esibiti fil-Mużew Marittimu tal-Birgu. Iktar dettalji dwar l-esibiti u n-natura tagħhom tista' tingħata lill-Onor. Interpellant mill-Ministru konċernat.

Qorti ta' Colorado — Avukat Ġenerali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta u kif l-Avukat Ġenerali kien informat b'kawża fil-qorti tad-distrett ta' Colorado bejn l-ex-ambaxxatriċi Amerikana Kathryn L. Profitt u ċertu Bob Cornuke? Kien involut l-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali biex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tħejji affidavit dwar is-sehem ta' l-armata f'dan il-proġett?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-karti tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jidher li dan l-uffiċċju kien ġie infurmat bil-miktub dwar il-kawżi in kwestjoni b'ittra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bid-data tad-19 ta' Mejju 2005. Ma jistax jiġi eskluż li seta' kien hemm kommunikazzjonijiet orali mal-predeċessur tal-Avukat Ġenerali preżenti. Mill-karti ta' l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali lanqas jirriżulta li l-istess Uffiċċju kien involut fit-thejjija ta' xi affidavit mill-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.

Immmigranti illegali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn refuġjati, persuni bi status umanitarju u persuni li qegħdin ifittxu l-ażil, li skadilhom il-perjodu ta' detenzjoni u ġew meħlusa, fl-open centres? Tista' tagħti breakdown tat-tliet kategoriji ta' immigranti f'kull ċentru b'indikazzjoni ta' fejn kull ċentru jinsab?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Protokoll Taljan — Periti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13655, jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu sal-lum drittijiet lill-periti kollha li ġew approvati bħala supervisors u/jew supervisors representatives għax-xogħlijiet in konnessjoni mat-toroq taħt il-protokoll Taljan, lot lot b'indikazzjoni tal-periti konċernati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-pagamenti li saru sas-7 ta’ Ottubru, 2005 lis-supervisors u/jew lis-supervisors representatives max-xogħol inkoness għat-toroq Protokoll Taljan lot lot, huma kif indikat hawn taħt: Lot Supervisor Lm 1. MP&DC 104,697 1a. MP&DC 67,765 2. Dr. Edwin Mintoff A & CE 80,184 2a. Dr. Edwin Mintoff A & CE 50,016 3. MP&DC 119,613 3a. MP&DC 25,760

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina

Question

Billi l-Ministru stqarr pubblikament li jonqos it-tieni fażi tax-xogħol in konnessjoni ma' Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, f'dik il-parti li tibda minn fejn Bieb de Rohan u tispiċċa fejn l-istabiliment kummerċjali ta' SMW Cortis, liema xogħol se jinvolvi t-twessiegħ ta' l-istess triq, jista' il-Ministru jispjega kif se titwettaq it-tieni fażi u cioe' it-twessiegħ tat-triq, jekk proprju bħalissa qiegħed jitħalla jsir il-bini mill-ġdid mal-linja eżistenti ta' l-istess triq? Dan se jfisser illi l-bini li tiela' se jkollu jerġa' jitwaqqa'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Nawfraġju ta' San Pawl

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'interess ħa l-uffiċċju tiegħu f'riċerka li saret f'Malta in konnessjoni man-nawfraġju ta' San Pawl? X'involviment kien hemm ta' uffiċjali tiegħu, min kienu, meta u x'kien l-involviment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

OPM — Proġett ta' riċerka

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid xi rwol ingħata l-ex brigadier fil-proġett ta' riċerka mill-uffiċċju tal-Prim Ministru? X'awtorizzazzjoni kellu l-ex brigadier biex jitkellem f'isem il-Gvern Malti fuq dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kawża fil-qorti ta' Colorado

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid il-Gvern Malti ddaħħalx fil-kawża fil-qorti tad-distrett ta' Colorado bejn Kathryn L. Profitt u Bob Cornuke riċerkatur bibbliku? Fil-każ li iva, meta u kif?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dokumentarju dwar in-nawfraġju ta' San Pawl

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid il-Gvern Malti talabx li jiċċensura ktieb u dokumentarju dwar in-nawfraġju ta' San Pawl imħejji minn Bob Cornuke? Jekk iva, meta u min iffirma l-ftehim?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Mdina Road - Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid huwiex possibbli li jitwaħħlu traffic lights u/jew pedestrian crossings f'dik il-parti ta' Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ 'l isfel mill-iskola tal-Garendon u l-istabiliment kummerċjali tal-SMW Cortis?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-pedestrian crossings ħdejn Garendon School qegħda fil-proċess li tiġi nstallata. L-Awtorita' dwar it-Trasport rċevit rikjesti biex issir pedestrian crossing oħra ħdejn l-istabbiliment SMW Cortis u bħalissa l-istess rikjesta qed tiġi studjata fid-dettal mill- Awtorita'.

CCF — Xogħol għall-inmates

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għax-xogħol għall-inmates tal-pupi tal-playmobile fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin inħarġitx tender jew sejħa għall-offerta jew jekk saritx b'direct order? Jekk saret b'tender jew sejħa għall-offerti, min kien responsabbli mill-għażla? Lil min ġiet aġġudikata u meta? Min huwa l-uffiċjal inkarigat mill-amministrazzjoni ta' dan ix-xogħol? Kemm tiswa din it-tender?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li x-xogħol tal-pupi tal-Playmobile li jagħmlu l-priġunieri ma nkisibx permezz ta' xi tender jew direct order, u ma kienx hemm ebda obbligu f'dan is-sens; peress li hawn l-awtorita' tal-ħabs qed tagħti servizz/xogħol mhux tirċevih! Il-kumpanija Playmobile offriet l-istess kundizzjonijiet u prezzijiet li tħallas lill-homeworkers tagħha lill-priġunieri. Dan ix-xogħol inkiseb wara kuntatti bejn l-awtoritajiet tal-ħabs u direttriċi mill-kumpanija msemmija. L-uffiċjal inkarigat mill-amministrazzjoni ta' dan ix-xogħol huwa s-surġent ta' l-uffiċċju tad-Direttur.

CCF — Tuck shop

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huwa l-uffiċjal responsabbli mix-xiri ta' prodotti għat-tuck shop ta' l-inmates fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Min huma l-uffiċjali firmatarji ta' cheques biex jitħallas ix-xiri ta' prodotti għat-tuck shop? Huwa minnu li hemm aktar minn wieħed jew waħda? Min huma l-persuni jew id-ditta li tagħmel l-awditjar tax-xogħol tat-tuck shop u f'każ li hija ditta min huma l-persuni li jmexxu d-ditta u li jagħmlu l-awditjar?

Response (BORG, TONIO)

Fir-rigward tat-tmexxija u xiri ta' oġġetti għat-tuckshop tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8105 f'Seduta Nru. 174. Fir-rigward ta' l-uffiċjali firmatarji għaċ-ċekkijiet tat-tuckshop ninsab infurmat li kull ċekk irid jiġi iffirmat minn Uffiċjal Korrettiv u s-Surġent ta' l-uffiċċju. Il-kotba tat-tuckshop kienu jiġu amministrati minn accountant li spiċċat minn din il-kariga minħabba raġunijiet personali f'Ġunju 2005. Minn dakinhar għadu ma ġie appuntat ħadd. Billi f'Settembru kellu jsir il-ħlas u mili ta' formoli tal-V.A.T. ġie inkarigat accountant ieħor biex jieħu ħsieb dan ix-xogħol partikolari. Ma nħossx illi l-ismijiet ta' l-uffiċjali tal-Ħabs u ta' l-accountants għandhom jiġu ippublikati.

AFM — Ċentri ta' detenzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qegħdin jinżammu persuni li qegħdin ifittxu l-ażil f'ċentri ta' detenzjoni tal-brigadier tal-forzi armati ta' Malta? Jista' jagħti breakdown tan-numru, ċentru ċentru b'indikazzjoni taċ-ċentru fejn jinsab?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Ċentri ta' detenzjoni ta' persuni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-progress li sar fit-twaqqif ta' strutturi ċentrali li tamministra d-detenzjoni ta' persuni li jkunu qegħdin ifittxu l-ażil?

Response (BORG, TONIO)

Fit-18 ta’ Awissu 2005 ġiet approvata struttura ġdida li taħseb għat-twaqqif ta’ Servizz ta’ Detenzjoni. Sussegwentement, wara proċess ta’ għażla, il-Logutenent Kurunell Brian Gatt ġie approvat biex imexxi din l-organizzazzjoni ġdida. Ir-responsabiltajiet tal-Kmandant Servizz ta’ Detenzjoni, jinkludu l-koordinazzjoni ta’ kuljum, amministrazzjoni u kontroll fuq iċ-Ċentri ta’ Akkomodazzjoni Magħluqa. Inizjalment is-Servizz ta’ Detenzjoni ġie mwaqqaf permezz ta’ ‘secondment’ ta’ persuni fil-militar u fil-pulizija li diġa' qed jaħdmu fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni Magħluqa. Dawn jammontaw għal 5 uffiċjali u 120 suldat mill-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ uffiċjal u 48 kuntistabbli tal-Pulizija. Apparti dan, għadha kif inħarġet ukoll sejħa għall-applikazzjonijiet għal ingaġġ ta’ Uffiċjali Każwali fis-Servizz ta’ Detenzjoni, mingħand persuni irtirati mill-Forzi Armati ta’ Malta jew mill-Korp tal-Pulizija.
Leg 10 PQ #14379 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħaż-Żebbuġ — Mdina Road - Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid huwiex possibbli li jitwaħħlu traffic lights u/jew pedestrian crossings f'dik il-parti ta' Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ 'l isfel mill-iskola tal-Garendon u l-istabiliment kummerċjali tal-SMW Cortis?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

CCF

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament, kien ġie ingaġġat bħala accountant fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin mis-sena 2004? Jista' jikkonferma li dan offra r-riżenja tiegħu dan l-aħħar u li ġiet milqugħa? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu għar-riżenja? Huwa minnu li bis-saħħa tiegħu l-faċilita' korrettiva ta' Kordin kienet rebħet it-tender għall-ħobż ta' l-isptarijiet u għall-immigranti irregolari? Jista' jikkonferma li issa dan il-kuntratt intilef, u jekk dan huwa minnu jista' jgħid għaliex dan il-kuntratt intilef? Jekk il-kuntratt intilef minħabba kompetizzjoni ta' offerti oħrajn, jista' jgħid kemm kienet id-diskrepanza bejn il-prezz tal-kuntratt li ntilef u l-prezz tal-kuntratt il-ġdid? Jista' jgħid min rebaħ il-kuntratt il-ġdid?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata kienet ġiet appuntata bħala Assistant Director fis-sena 2004. Din il-persuna talbet li tirreżenja l-ewwel darba fl-10 ta' Ġunju 2005, liema talba ma ġietx milqugħa. It-tieni talba għar-riżenja saret fid-19 ta' Settembru 2005. Ir-raġunijiet fit-talba għar-riżenja kienu personali. Din it-talba ġiet milqugħa. Il-persuna indikata kienet mogħtija l-inkarigu biex tagħmel offerta għall-kuntratt biex tissupplixxi ħobż lill-entitajiet tal-Gvern u tieħu ħsieb it-tmexxija tal-Bakery fil-każ li l-offerta tal-ħabs tkun rebħet it-tender. Dan il-kuntratt intilef minħabba kompetizzjoni ta' offerti oħrajn. Id-dipartiment m'għandux informazzjoni dwar min ħa l-kuntratt jew b'liema prezz intrebaħ.

CCF — Tender għal blokk ġdid

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il-valur tat-tender tal-kostruzzjoni tal-blokk il-ġdid li nbena fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Liema ditta jew kumpannija kienet rebħitu? Kemm ġie l-kont finali, u jekk għad jonqos bilanċ x'jitħallas, kemm għad fadal bilanċ? Huwa minnu li hemm kontestazzjoni dwar dan il-bilanċ?

Response (BORG, TONIO)

Fir-rigward tal-valur tat-tender tal-kostruzzjoni tal-blokk il-ġdid li nbena fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2554 f'Seduta Numru 54. Fir-rigward tal-kont finali, ninsab infurmat li dan għadu ma ġiex finalizzat minħabba kontestazzjoni li fil-preżent qegħda tiġi ittrattata mill-Building & Engineering Section.