Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu membri ġodda fil-korp tal-pulizija mill-1998 sal-31 ta' Ottubru 2005, sena sena? Kemm minnhom irriżenjaw wara l-ewwel ħames snin li ġew reklutati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1998 u l-31 ta’ Ottubru 2005, l-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija kien kif ġej:-
SpetturiKuntistabbli
1998--
19997-
2000-76
20011088
2002-72
2003-100
20048-
2005-100
Minn dawn kien hemm wieħed li rriżenja wara l-ewwel ħames snin mill-ħatra tiegħu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn għases tal-pulizija f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid, riferibbilment għal kull għassa, waħda waħda u xahar xahar, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Ottubru 2005, kemm kien hemm uffiċjali f'kull shift b'indikazzjoni tal-grad tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b'kollox hawn 74 Għassa tal-Pulizija f'Malta u f'Għawdex.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi sabiex jinġabar it-tagħrif ta' kważi 5 snin hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant jeħtieġ ammont kbir ta' ħin u riżorsi u nħoss li l-ħin u r-riżorsi tal-Korp għandhom jintużaw fuq xogħol aktar importanti u utili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, riferibbilment għal kull għassa tal-pulizija f'Malta u Għawdex, f'liema ġranet u ħinijiet l-għases inżammu magħluqin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Għases prinċipali kollha jinżammu miftuħa l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jista' jkun li jingħalqu temporanjament meta il-preżenza tal-Pulizija li jkun xogħol f'dik l-Għassa tkun meħtieġa x'imkien ieħor barra mill-Għassa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm vetturi u muturi fil-korp tal-pulziija u kif inhuma imqassmin skond it-taqsimiet? Jista' jgħid kemm hemm vetturi magħluqin fil-garage tal-pulziija u għaliex huma magħluqin? Jista' jikkoferma li numru ta' vetturi ġodda għadhom jew kienu qegħdin jinżammu magħluqin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi li l-Korp tal-Pulizija għandu fid-diversi Taqsimiet huwa kif jidher hawn taħt:
TaqsimaVetturiMuturiTaqsimaVetturiMuturi
C.I.D.17-Klieb6-
Droga12-M.T.*62-
V.E.C.9-S.A.G.22-
S.B.10-Mobile12-
Distretti (Malta)3225Għawdex157
I.T.2-M.I.A.1-
F.S.L.5-Akkademja1-
A.L.E.6-Canteen2-
Mounted2-Q.M.S.1-
Pros. Unit1-H.R./Int. Aff.1-
Police Band1-Secretariat11
Traffic-37
*inkluż il-heavy plant.
Ma’ dawn hemm ukoll 27 vettura oħra ġodda sabiex ikunu użati skond in-neċessitajiet in ġenerali tal-Korp tal-Pulizija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Settembru 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Settembru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 78 każ ta’ serq.
Hold up6
Pick Pocketing26
Snatch & grab14
Serq minn dgħajjes10
Serq ta’ dgħajjes7
Serq ta’ karozzi54
Serq minn karozzi371
Serq minn residenzi102
Serq minn barijiet / lukandi82
Serq minn xtajtiet40
Serq minn fabbriki11
Serq minn ħwienet28
Serq ieħor236
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Settembru 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Settembru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru 2005 il-każi ta’ reati kriminali li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 117 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family4
Arson15
Attempted offences119
Bodily harm104
Religious sentiment1
Damage335
Drugs11
Forgery8
Fraud12
Homicide1
Illegal Immigration12
Perjury/false swearing1
Prostitution2
Sexual offences3
Theft987
Threats and private violence9
Violation of places of confinement1
Violence against public officers14
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ottubru 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Ottubru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ottubru 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 62 każ ta’ serq.
Hold up9
Pick Pocketing54
Snatch & grab16
Serq minn dgħajjes12
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi58
Serq minn karozzi277
Serq minn residenzi108
Serq minn barijiet / lukandi63
Serq minn xtajtiet11
Serq minn fabbriki5
Serq minn ħwienet34
Serq ieħor292
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ottubru 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ottubru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ottubru 2005 il-każi ta’ reati kriminali li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 30 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family3
Arson16
Attempted offences127
Bodily harm82
Computer misuse1
Damage302
Drugs9
Forgery9
Fraud12
Homicide1
Illegal immigration20
Pretended right1
Prostitution5
Sexual offences5
Theft944
Threats and private violence11
Violence against public officers6
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew solvuti reati fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sal-31 ta' Ottubru 2005 ?
Response (BORG, TONIO)
B'żieda mat-tagħrif li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13190, ninsab infurmat illi bejn Jannar u l-31 ta' Ottubru ta' din is-sena kien hemm 2,425 reati kriminali, li għandhom piena ta' aktar minn 6 xhur priġunerija, li ġew solvuti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw uffiċjali tal-korp tal-pulizija mill-1998 sal-31 ta' Ottubru 2005, sena b'sena? Riferibbilment għall-istess perijodu, jista' jikklassifikahom billi jindika kemm minnhom kienu appena għalqu l-25 sena servizz meta irriżenjaw u kemm minnhom telqu qabel u wara l-25 sena servizz? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar il-grad jew rank ta' l-uffiċjali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Kummissarju
Deputat Kummissarju
Assistent Kummissarju
Supretendent
Spettur
Total
Appena għalqu l-25 sena servizz
-
-
-
-
1
1
Wara li għalqu l-25 sena servizz
1
-
1
10
5
17
Qabel għalqu l-25 sena servizz
-
-
-
1
8
9
TOTAL
1
-
1
11
14
27
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14715 u jgħid: Billi l-Ministru stqarr pubblikament li jonqos it-tieni fażi tax-xogħol in konnessjoni ma' Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, f'dik il-parti li tibda minn fejn Bieb de Rohan u tispiċċa fejn l-istabiliment kummerċjali ta' SMW Cortis liema xogħol se jinvolvi t-twessiegħ ta' l-istess triq, jista' il-Ministru jispjega kif se titwettaq it-tieni fażi u cioe' it-twessiegħ tat-triq, jekk proprju bħalissa qiegħed jitħalla jsir il-bini mill-ġdid mal-linja eżistenti ta' l-istess triq? Dan se jfisser illi l-bini li tiela' se jkollu jerġa' jitwaqqa'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tieni fażi tal-kostruzzjoni tal-parti ta’ Triq Mdina bejn il-junction tas-St. Dorothy’s u l-junction ta’ De Rohan tikkonsisti fi twessiegħ tat-triq, liema twessiegħ isir fil-mument propizju wara li tkun saret analiżi tal-flows tat-traffiku fi Triq Mdina u fit-toroq li jmissu magħha. Meta jkun il-mument li ssir it-tieni fażi, l-Awtorita' teżerċita il-proċeduri normali li jsiru kull meta twessiegħ ta’ triq tinvolvi proprjetajiet privati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdet droga fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin matul dawn l-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14765 f'Seduta Nru. 305 tat-18 ta' Ottubru 2005.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'interess ħa l-uffiċċju tiegħu f'riċerka li saret f'Malta in konnessjoni man-nawfraġju ta' San Pawl? X'involviment kien hemm ta' uffiċjali tiegħu, min kienu, meta u x'kien l-involviment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li xi snin ilu żewġ uffiċjali għolja ta’ l-Armata kienu iltaqgħu informalment ma’ l-awtur ta’ ktieb dwar in-nawfraġju ta’ San Pawl u ddiskutew miegħu l-effetti tar-riħ u kif seta jseħħ dan in-nawfraġju skond “Search and Rescue computer programme” li jintuża mill-Armata fix-xogħol tagħha ta’ Tiftix u Salvataġġ fuq il-baħar.
Jista' il-Prim Ministru jgħid xi rwol ingħata l-ex brigadier fil-proġett ta' riċerka mill-uffiċċju tal-Prim Ministru? X'awtorizzazzjoni kellu l-ex brigadier biex jitkellem f'isem il-Gvern Malti fuq dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor Membru jkun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
Jista' il-Prim Ministru jgħid il-Gvern Malti ddaħħalx fil-kawża fil-qorti tad-distrett ta' Colorado bejn Kathryn L. Profitt u Bob Cornuke riċerkatur bibbliku? Fil-każ li iva, meta u kif?
Jista' il-Prim Ministru jgħid il-Gvern Malti talabx li jiċċensura ktieb u dokumentarju dwar in-nawfraġju ta' San Pawl imħejji minn Bob Cornuke? Jekk iva, meta u min iffirma l-ftehim?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Uffiċċju tiegħi huwa infurmat li skond rapport f’ġurnal lokali d-Dipartiment ta’ l-Arkeoloġija fl-Universita’ ta’ Malta kien ġie kkonsultat dwar ktieb fuq in-nawfraġju ta’ San Pawl. Għalhekk nitlob lill-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qegħdin jinżammu persuni li qegħdin ifittxu l-ażil f'ċentri ta' detenzjoni tal-brigadier tal-forzi armati ta' Malta? Jista' jagħti breakdown tan-numru, ċentru ċentru b'indikazzjoni taċ-ċentru fejn jinsab?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħalissa hemm 1226 persuna f’ċentri ta’ detenzjoni tas-Servizz ta’ Detenzjoni li jinsabu f’żewġ barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn il-persuni huma mqassmin kif ġej:
- 631 fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ġo Safi Barracks, Ħal Safi – 142 B Block Compound, 244 MT Compound (tents), 245 Warehouse 1,
- 595 fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ġo Lyster Barracks, Ħal Far – 409 Hermes Block Compound, 186 Football Ground (tents).
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tal-Prim Ministru awtorizzax lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tħejji affidavit biex tkun preżenti fil-qorti tad-distrett ta' Colorado fil-kawża bejn Kathryn L. Profitt u Bob Cornuke?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-affidavit kien sar biex jiġi salvagwardjat l-isem tal-Forzi Armati ta’ Malta u ta’ l-uffiċjali tagħha, peress li dawn ġew ikkwotati ħażin fil-pubblikazzjoni ta’ Bob Cornuke.