Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għamlet 'il fuq minn sena ma tirrapporta għax-xogħol meta kien posting pool?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant kienet qiegħda fuq sick leave.

Paceville — Inċident awtomobolistiku

Question

B'riferenza għall-inċident awtomobolistiku ta' l-1 ta' Jannar 2006 ġewwa San Ġiljan (Paceville) li fih persuna ta' nazzjonalita' barranija mhux liċenzjata u assigurata skond il-liġi, saqet vettura għal fuq membri tal-korp tal-pulizija, uħud mil-liema membri sofrew ġrieħi ta' natura gravi u sofrewhom għaliex b'ħila u f'sens ta' qadi ta' dmirijiethom intervenjew biex iwaqqfu lil din il-persuna milli jkompli jsuq b'mod doluż, ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li dawn il-membri tal-korp tal-pulizija għandhom mhux biss jiġu onorati iżda jiġu kkumpensati għall-ġrieħi li sofrew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħala regola il-Korp tal-Pulizija jirrikonoxxi s-sens ta' dover muri minn membri tal-Korp f'każi eċċezzjonali, billi jingħata midalja jew ċertifikat ta' mertu skond in-natura tal-każ. Dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jweġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiet tagħhom huma ntitolati għall-benefiċċji kollha ta' korriment fil-kors tax-xogħol skond il-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.

Reati — Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Novembru 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Novembru 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 52 każ ta’ serq. Hold up13 Pick Pocketing51 Snatch & grab9 Serq minn dgħajjes2 Serq ta’ dgħajjes5 Serq ta’ karozzi53 Serq minn karozzi228 Serq minn residenzi74 Serq minn barijiet / lukandi28 Serq minn fabbriki9 Serq minn ħwienet29 Serq ieħor268

Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Novembru 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Novembru 2005 ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 30 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Arson 8 Attempted offences 101 Bodily harm 70 Damage 278 Drugs 8 Forgery 2 Fraud 8 Illegal immigration 15 Pretended right 2 Prostitution 6 Sexual offences 3 Theft 769 Threats and private violence 5 Violation of places of confinement 1 Violence against public officers 4

Reati — Serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Diċembru 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Diċembru 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 32 każ ta’ serq. Hold up10 Pick Pocketing122 Snatch & grab17 Serq minn dgħajjes4 Serq ta’ dgħajjes2 Serq ta’ karozzi63 Serq minn karozzi193 Serq minn residenzi91 Serq minn barijiet / lukandi24 Serq minn fabbriki5 Serq minn ħwienet49 Serq ieħor276

Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Diċembru 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Diċembru 2005 ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 22 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour - family1 Arson6 Attempted offences99 Bodily harm84 Damage282 Drugs9 Forgery3 Fraud6 Illegal immigration9 Pretended right1 Prostitution3 Sexual offences6 Theft856 Threats and private violence5 Trafficking of persons1 Violation of places of confinement1 Violence against public officers7

Ex-pulizija waqt iċ-CHOGM

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw ex-membri tal-korp biex jaħdmu bħala riżerva b'konnessjoni maċ-CHOGM? Min kienu dawk li applikaw u f'liema rank kienu qabel spiċċaw mill-korp? Min kienu dawk li ġew aċċettati? Dawn ser jinżammu bħala riżerva jew kienu biss għal jiem ta' waqt iċ-CHOGM?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm ħdax-il ex membru tal-Korp tal-Pulizija - żewġ ex kuntistabbli nisa u disa' ex kuntistabbli rġiel - li wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-reklutaġġ ta' kuntistabbli tar-riserva kif ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar il-21 ta' Ottubru 2005. Dawn kollha ġew ingaġġati, ħlief għal żewġ ex kuntistabbli rġiel li rtiraw l-applikazzjoni tagħhom. Kif deskritt f'paragrafu 5 ta' l-istess sejħa għall-applikazzjonijiet, dan l-ingaġġ kien perijodu definit li skada sal-ġimgħa ta' wara l-25 ta' Novembru 2005.

Dipartiment tal-protezzjoni ċivili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif inhuma mqassmin ix-shifts fid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili (CPD)? Jista' jgħid f'kull shift kemm qegħdin jiġu deployed personnel? Jista' jgħid x'rank għandha kull persuna li tkun qiegħda taħdem fix-shift?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-shifts f'Malta huma mqassmin fi tlieta, ċioe' 24 hours on segwiti minn 48 hours off duty, filwaqt illi x-shift ta' Għawdex jinħadem fuq Day/Night/Rest/Off. F'kull shift f'Malta hemm stazzjonati: Shift A 27 Shift B 29 Shift C 29 F'kull shift f'Għawdex hemm stazzjonati: Shift A 8 Shift B 7 Shift C 7 Shift D 7 Ma' dawn irid jiżdied Station Officer wieħed f'kull stazzjon f'Malta u Għawdex, minbarra dak tal-Furjana fejn hemm tnejn. Kull shift huwa magħmul minn Assistance and Rescue Officer u huwa mmexxi minn Leading Assistance and Rescue Officer. Fejn ma hemmx uffiċjal f'dan ir-rank, ikun hemm Senior Assistance and Rescue Officer li jkun inkarigat mix-shift.

Dipartiment tal-protezzjoni ċivili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ser jitħallsu ta' l-overtime il-personnel tas-civil protection department għax-xogħol li wettqu fl-elezzjoni ġenerali ta' l-2003 u cioe' sentejn ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-overtime li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ser jitħallas għall-bidu tas-sena 2006. Dan id-dewmien kien dovut għall-fatt li nqalgħet kwestjoni dwar jekk kellux jitħallas dan ix-xogħol "extra". Dil-kwestjoni issa ġiet solvuta.

Dipartiment tal-protezzjoni ċivili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li darba kull tliet ġimgħat il-personnel tas-CPD fl-istazzjon tal-Furjana fix-shift C jaqgħu bi tnejn minn nies? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni? Jaqbel il-Viċi Prim Ministru li f'dawn il-każi l-istazzjon ikun undermanned f'każ ta' bżonn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi huwa minnu illi fl-okkażżjonijiet imsemmija il-personnel fl-istazzjon tal-Furjana jaqgħu għal tnejn minħabba li l-bqija tal-personnel ikunu qegħdin jagħmlu taħriġ ta' diving għal xi ħin. Kif jintemm dan it-taħriġ, li jkun biss għal ftit sigħat, dawn jerġgħu imorru lura fl-istazzjon tagħhom. Wieħed irid jifhem illi, għalkemm hemm erbgħa stazzjonijiet tat-tifi tan-nar f'Malta, dawn huma kollha korp wieħed li jissejħu biex jagħtu assistenza fi kwalunkwe parti ta' Malta jekk ikun hemm il-ħtieġa. Ghalhekk, kull meta ikun hemm nies nieqsa f'xi stazzjon, dan ikollu l-back up ta' stazzjonijiet oħra f'każ ta' bżonn. Nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar żdiedu minn 2 għal 4 f'dawn l-aħħar snin, biex it-territorju kollu jkun moqdi aħjar.

Dipartiment tal-protezzjoni ċivili — Humanitarian aid

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huwa l-uffiċjal tas-CPD responsabbli mill-humanitarian aid? Jista' jgħid id-data meta din il-persuna ħadet dan l-inkarigu? Jista' jgħid kemm inġabru flus u affarijiet, sena b'sena, mill-humanitarian aid? Jista' jagħti rendikont dettaljat ta' kull sold u/jew oġġett li nġabru, mingħand min ġew akkwistati u lil min jew fejn ingħataw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna inkarigata mis-sezzjoni ta' assistenza umanitarja, kemm għal Malta kif ukoll għal pajjiżi barranin, huwa Leading Assistance and Rescue Officer u dan l-inkarigu ingħata lilu fit-28 ta' Mejju 2004. Fir-rigward ta' l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15046 fis-Seduta Nru. 307 tal-24 ta' Ottubru 2005. Għandi inżid ngħid illi skond l-informazzjoni li għandi, donazzjonijiet flus f'kontijiet bankarji mis-6 ta' Settembru sal-lum kienu jammontaw għal Lm7,786.08. Minn dawn tħallsu dawn l-ammonti: Uragan Katrina : USD 12,000 Army Surplus - Pakistan Relief : Lm2,625 Red Cross Malta - Pakistan Relief : Lm600 Spejjeż : Lm74.19 Inżid ngħid illi dan il-kont jiġi ġestit minn tlett uffiċjali tad-dipartiment, jiġifieri id-Direttur u żewġ uffiċjali għolja oħra. Fl-aħħar tas-sena isir awditjar minn awditur privat.

Sajd — Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se jitħallas l-aħħar pagament bħala għotja taħt l-iskema ta' l-għajnuna finanzjarja marbuta ma' l-immaniġġar u l-konservazzjoni tas-sajd madwar il-gżejjer Maltin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet kollha dovuti fuq l-programmi kollha ta' għajnuna mnieda mill-gvern jitħallsu skond il-ftehim (kuntratt milħuq) u sakemm il-kundizzjonijiet kollha tal-ftehim ikunu ġew milħuqa. Mingħajr distinzjoni ta' persuni, taħt il-programm imsemmi hemm numru ta' nies li tterminaw l-parti tagħhom tal-ftehim u fil-preżent qed jistennew pagament.

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15117, jista' il-Ministru jgħid jekk l-analiżi tal-flows tat-traffiku bediex u jekk le meta se jibda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport f'Settembru li għadda bdiet il-proċess li tagħmel traffic counts bħala parti mill-analiżi tal-flows tat-traffiku f'partijiet minn Triq l-Imdina., Ħaż Żebbuġ.

Pulizija

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15292, jista' il-Viċi Prim Ministru jikklassifika t-tagħrif sena b'sena? Jista' jagħti t-tagħrif mitlub rigward ir-rank ta' kuntistabbli wkoll, sena sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

ADT — Uffiċċji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba sar xogħol ta' refurbishment fl-uffiċċji ta' l-ADT ġewwa Sa Maison, Pieta'? Kemm intnefqu flus f'kull fażi ta' xogħol li ġew esegwiti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita' dwar it-Trasport sar major refurbishment wieħed riċenti ġewwa Sa Maison. Dan ir-refurbishment sewa lill-Awtorita' Lm 8,703.27.

ADT — Managers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm laħqu managers fil-ġerarkija ta' l-ADT matul is-snin 2004 u 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li matul is-snin 2004 u 2005 kien hemm ħames persuni li laħqu managers u tlett persuni oħra li ġew impjegti minn barra fil-kariga ta' managers.

ADT — Ftehim kollettiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex imġedded il-ftehim kollettiv ma' l-impjegati ta' l-ADT u jekk le għaliex dan id-dewmien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ewwel ftehim kollettiv ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport għadu ma ġiex konkluż minħabba issues pendenti li l-management ta' l-Awtorita' qed issostni li jkunu nklużi f'dan il-ftehim.

Overtime mill-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa sigħat ta' overtime mill-membri tal-korp tal-pulizija għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sal-31 ta' Ottubru 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija bejn is-sena 2000 u l-31 ta’ Ottubru 2005, huwa kif jidher hawn taħt: SenaOvertime (Lm) 2000259,791 2001441,157 2002323,860 2003*585,793 2004**413,565 2005***322,583 * Jinkludi l-ammont ta’ overtime li nħadem fl-2003 in konnessjoni ma’ l-Elezzjoni Ġenerali/Referendum. ** Jinkludi l-ammont ta’ overtime li nħadem fl-2004 in konnessjoni ma’ l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew. *** Għall-laqgħa tac-CHOGM, hemm Lm130,000 'overtime' komessi fuq erbat ijiem inklużi f'diċ-ċifra.

Pulizija — CHOGM

Question

Billi l-kummissarju tal-pulizija ilu żmien li għarraf lill-awtorita' ġudizzjarja bl-impenji li jkollhom il-pulizija waqt iċ-CHOGM u talab li jiġu eżentati milli jidhru l-qorti, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex jekk għandhom isiru xi differimenti dawn isiru kmieni biżżejjed biex iċ-ċittadini jiġu mgħarrfa fil-ħin u ħadd ma jmur il-qorti għal xejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara li l-Kummissarju tal-Pulizija kiteb lis-Sinjurija Tiegħu l-Prim Imħallef fl-10 ta' Settembru 2005, fejn talab biex ma jsirux seduti fil-Qrati fejn ikunu nvoluti membri tal-Korp tal-Pulizija bejn it-22 u 28 ta' Novembru 2005, huwa bagħat ċirkulari datata 14 ta' Settembru fejn issuġġerixxa lill-Maġistrati kollha kif ukoll lill-Imħallfin tal-Qorti Kriminali u Qrati ta' l-Appell Kriminali biex jaġixxu skond it-talba tal-Kummissarju tal-Pulizija. La s-Sinjurija Tiegħu l-Prim Imħallef u lanqas il-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja ma jista' jordna li ma ssirx xi seduta jew seduti f'xi ġurnata partikolari. Ninsab infurmat ukoll li fejn diġa' jkun hemm xi kawża appuntata u ġie deċiż li tiġi differita ttieħdu l-passi li solitu jittieħdu, ċioe' jsir avviż lid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, jiġi infurmat il-Kummissarju tal-Pulizija biex jieħu ħsieb jinforma lill-akkużat u lix-xhieda, kif ukoll tiġi infurmat l-Kamra ta' l-Avukati u Prokuraturi Legali. Rigward il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ninsab infurmat illi s-seduta tal-ġimgħa relattiva li fiha kellhom ikunu preżenti l-pulizija ilha li ġiet differita mill-10 ta' Ottubru, 2005. Dakinhar stess id-Deputat Reġistratur konċernat, infurmat lill-partijiet li soltu jiġu nfurmati b'tali differimenti, inkluż il-kamra ta' l-avukati u d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
Leg 10 PQ #15351 Sitting 315 2005-11-09 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 15117, jista' il-Ministru jgħid jekk l-analiżi tal-flows tat-traffiku bediex u jekk le meta se jibda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mituba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.