Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat — Triq Ħemsija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex partijiet minn Triq Ħemsija, Rabat, Malta li għadha kemm inqalgħet u ġiet irranġata bil-fondi tal-protokoll Taljan, qiegħda ċċedi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B'riferenza għall-hsara fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, l-Awtorita' dwar it-Trasport bħalissa qed tikkonkludi t-tesijiet li saru fuq din il-parti tat-triq. F'dan il-proċess ġiet eżaminata l-infrastruttura li għaddejja minn taħt it-triq, il-ħxuna tal-materjali li tpoġġew u l-kwalita tal-materjal fil-pedament. Minn dawn ir-riżultati ħareġ illi ma jidhirx li hemm ħsara fl-infrastruttura ta' taħt it-triq u l-ħxuna tal-materjali li tpoġġew hija kif kienet speċifikata. Meta ġiet imħaffra trinka mall-ġenb tal-parti tat-triq biswit l-istess parti fejn ċediet ġie osservat illi l-fond ta' madwar tlett metri l-isfel mill-wiċċ tat-triq kien hemm presenza ta' ilma fil-pedamenti tat-triq. Jidher illi din il-preżenza ta' ilma għamlet ħsara fl-istess pedamenti b'mod illi dawn iddajfu. Sadanittant konferma ta' dan mistenni joħroġ meta l-istess parti tat-triq tiġi rriparata bil-pedamenti mikxufin u dak in-nhar tkun tista' tiġi vverifikata l-ipoteżi hawn fuq imsemmija. Ta' min jgħid li l-ħsara fi Triq Tal-Ħemsija li għadha taħt investigazzjoni kienet fuq medda żgħira ta' 10m minn proġett ta' 16.5km toroq ġodda. Mhux xieraq li wieħed jiġbed konklużjonijiet mgħaġġla u jiġġeneralizza minħabba problema limitata daqs din.

AFM — Journeyman's Certificate

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex mhux is-suldati kollha li għandhomn il-journeyman's certificate huma magħduda bħala li għandhom trade?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li, kuntrarjament għal dak li japplika fis-Servizz Pubbliku, fejn il-‘journeyman’s certificate’ jiġi msarraf awtomatikament fil-grad ta’ ‘tradesman’ skond il-Ftehim Kollettiv, fl-Armata r-Regolamenti jistipulaw li biex suldat jiġi rikonoxxut bħala ‘soldier tradesman’ u biex jiġi stabbilt f’liema kategorija jiġi klassifikat għal fini ta’ remunerazzjoni, iridu jiġu eżaminati il-kwalifiki tiegħu minn ‘Trade Assimilation Board’. Jien infurmat ukoll li dawk is-suldati li jippreżentaw il-‘ journeyman’s certificate ’ lill-awtoritajiet ta’ l-Armata dejjem jingħataw rikonoxximent adekwat għas-sengħa li jkollhom. Jekk l-Onor Membru jaf b’xi każ partikulari fejn dan ma sarx, nitolbu jgħaddihuli biex jiġi investigat.
Leg 10 PQ #17294 Sitting 356 2006-02-21 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Rabat — Triq Ħemsija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex partijiet minn Triq Ħemsija, Rabat, Malta li għadha kemm inqalgħet u ġiet irranġata bil-fondi tal-protokoll Taljan, qiegħda ċċedi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Ħal Safi — Barracks

Question

Jaf il-Prim Ministru li fl-EME SQDN fil-barracks ta' Ħal Safi hemm hut kbira msaqqfa biż-żingu li fiha jsir xogħol ta' panel beating u spray tal-karozzi li minnha jinżel l-ilma tax-xita mal-pajpijiet tad-dawl? Jista' jara li dan il-periklu jitneħħa immedjatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.

Immigranti Irregolari — Warehouses

Question

Jaf il-Viċi Prim Ministru li mill-warehouse fejn qegħdin jinżammu l-immigranti irregolari qiegħed jinżel l-ilma mid-drains tax-showers tal-warehouses għal barra fejn qegħdin jinġabru għadajjar ta' ilma u sapun kuljum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi huwa minnu li xi jiem ilu id-drains tax-showers ta' Warehouse 1, ġewwa Safi Barracks, kienu imblukkati u per konsegwenza l-ilma bis-sapun tax-showers ifforma f'għadajjar barra Warehouse 1. Azzjoni ittieħdet mit-3 Regiment tal-FAM nhar il-Ħamis li għadda 16 ta' Frar 2006 u d-drains ġew miftuħa u l-għadajjar nixfu. Issa qed jittieħdu miżuri biex dawn id-drains jiġu modifikati ħalli ma jerġgħux jiġu imblukkati.

AFM — Detention Services Unit

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li jipprestaw servizzi lid-detention services unit, bħal mechanics, plumbers, electricians, eċċ. jeħdux l-istess allowance li jieħdu s-suldati li huma għassa ma' l-immigranti irregolari? Jekk le, jista' jgħid jekk jistax jirratifika din id-diskriminazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-“allowance” imsemmija tingħata biss lil dawk il-membri ta’ l-Armata li jkunu “seconded full time” mad-“Detention Service Unit”.

AFM — Ċertifikati tas-sewqan

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li ċ-ċertifikati tas-sewqan tat-trakkijiet u coaches mogħtija mill-Armata mhumiex rikonoxxuti mill-Awtorita' Dwar it-Trasport? Jekk le, jista' jgħid għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Armata u l-Awtorita’ dwar it-Trasport rigward dawk is-suldati li huma diġa ikkwalifikati biex isuqu vetturi kbar (7000kg +) peress li skond Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea rigward it-Trasport, xufiera militari jistgħu jiġu eżentati milli jagħmlu it-testijiet stipulate fir-Regolamenti dwar Licenzi għas-Sewqan ta’ Vetturi bil-Mutur.

AFM — Detention Services Unit

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16774 u jgħid jekk is-suldati li jipprestaw servizzi lid-detention services unit, bħal mechanics, plumbers, electricians, eċċ. jeħdux l-istess allowance li jieħdu s-suldati li huma għassa ma' l-immigranti irregolari? Jekk le, jista' jgħid jekk jistax jirratifika din id-diskriminazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16774 f’din l-istess seduta.

AFM — Journeyman's certificate

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16775 u jgħid għaliex mhux is-suldati kollha li għandhomn il-journeyman's certificate huma magħduda bħala li għandhom trade?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li, kuntratjament għal dak li japplika fis-Servizz Pubbliku, fejn il-‘journeyman’s certificate’ jiġi msarraf awtomatikament fil-grad ta’ ‘tradesman’ skond il-Ftehim Kollettiv, fl-Armata r-Regolamenti jistipulaw li biex suldat jiġi rikonoxxut bħala ‘soldier tradesman’ u biex jiġi stabbilt f’liema kategorija jiġi klassifikat għal fini ta’ remunerazzjoni, iridu jiġu eżaminati il-kwalifiki tiegħu minn ‘Trade Assimilation Board’. Jien infurmat ukoll li dawk is-suldati li jippreżentaw il-‘journeyman’s certificate’ lill-awtoritajiet ta’ l-Armata dejjem jingħataw rikonoxximent adekwat għas-sengħa li jkollhom. Jekk l-Onor Membru jaf b’xi każ partikulari fejn dan ma sarx, nitolbu jgħaddihuli biex jiġi investigat.

AFM — Ċertifikat tas-sewqan

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16776 u jikkonferma li ċ-ċertifikati tas-sewqan tat-trakkijiet u coaches mogħtija mill-Armata mhumiex rikonoxxuti mill-Awtorita' Dwar it-Trasport? Jekk le, jista' jgħid għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 16776 f’din l-istess seduta.

Imdina Road — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex it-traffic lights li jinsabu fil-karreġġjata li minn Ħaż-Żebbuġ tieħu lejn Ħal Qormi, fil-parti ta' Imdina Road bejn il-ġibjun, il-kalkara tal-ġir u l-qasam industrijali ta' Għarram, mhux qed jaħdmu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dawn it-traffic lights għadhom ma nxtegħlux minħabba li ġie deċiż illi mat-traffic light poles eżistenti fuq il-post, ser jiġu mwaħħla anke overhead poles u dan biex ikunu aktar viżibbli mis-sewwieqa tal-vetturi li ser ikunu qed jużaw din it-triq. Hekk, l-imsemmija traffic lights ser ikunu aktar safe għall-persuni li ser ikunu qed jużawhom. Ix-xogħol fuq dawn l-overheads jinsab fi stadju avvanzat u huwa ppjanat illi l-istess overhead poles jitwaħħlu fil-ġranet li ġejjin. F’din il-lokazzjoni partikolari, it-traffic lights mingħajr l-overhead poles imsemmija jistgħu jkunu ta’ periklu għal min ikun qed jużahom u għaldaqstant ikun aktar opportun illi jinxtegħlu biss wara li jkunu twaħħlu l-istess overheads.

Sound reproducing apparatus

Question

Billi s-sound reproducing apparatus (li jaqa' taħt l-HS Code 8519999000) jistgħu jiġu mpurtati, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex dawn qed jiġu kkonfiskati mill-pulizija minn ġod-djar residenzjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ jipprojbixxu l-bejgħ u ż-żamma ta' tisfir ta' għasafar reġistrati (pre-recorded bird calls). Għaldaqstant il-Pulizija taġixxi skond il-liġi, kif hija fid-dover li tagħmel kull fejn tiltaqa' ma' xi oġġett li ż-żamma tiegħu hija pprojbita.

Pulizija — Rapporti dwar serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Jannar 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Jannar 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar ta’ l-2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 51 każ ta’ serq li f’27 minnhom diġa nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Hold up9 Pick Pocketing37 Snatch & grab9 Serq minn dgħajjes9 Serq ta’ dgħajjes5 Serq ta’ karozzi62 Serq minn karozzi224 Serq minn residenzi94 Serq minn barijiet / lukandi31 Serq minn fabbriki7 Serq minn ħwienet48 Serq ieħor268

Pulizija — Rapporti dwar reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Jannar 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar 2006 ir-reati li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 43 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour - family1 Arson5 Attempted offences112 Bodily harm77 Computer misuse1 Damage231 Drugs5 Forgery13 Fraud14 Illegal Immigration19 Perjury/false swearing1 Prostitution5 Sexual offences7 Theft803 Threats and private violence9 Violation of places of confinement1 Violence against public officers11

Pulzija b'overdose ta' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu pulizija fl-isptar San Luqa b'overdose ta' droga fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul il-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant kien hemm każ wieħed fejn membru tal-Korp tal-Pulizija ġie rrapurtat li ddaħħal l-Isptar San Luqa fuq suspett ta' overdose ta' droga. Hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti dwar dan il-każ.
Leg 10 PQ #16926 Sitting 349 2006-02-06 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Imdina Road — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex it-traffic lights li jinsabu fil-karreġġjata li minn Ħaż-Żebbuġ tieħu lejn Ħal Qormi, fil-parti ta' Imdina Road bejn il-ġibjun, il-kalkara tal-ġir u l-qasam industrijali ta' Għarram, mhux qed jaħdmu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

AFM — Detention Services Unit

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li jipprestaw servizzi lid-detention services unit, bħal mechanics, plumbers, electricians, eċċ. jeħdux l-istess allowance li jieħdu s-suldati li huma għassa ma' l-immigranti irregolari? Jekk le, jista' jgħid jekk jistax jirratifika din id-diskriminazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

AFM — Journeyman's Certificate

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex mhux is-suldati kollha li għandhomn il-journeyman's certificate huma magħduda bħala li għandhom trade?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

AFM — Ċertifikati tas-sewqan

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li ċ-ċertifikati tas-sewqan tat-trakkijiet u coaches mogħtija mill-Armata mhumiex rikonoxxuti mill-Awtorita' Dwar it-Trasport? Jekk le, jista' jgħid għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Barracks ta' Ħal Safi — Guardroom

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex għadhom ma sarux ix-xogħlijiet ta' tiswija fis-saqaf tal-guardroom tal-barracks ta' Ħal Safi billi għadha tqattar l-ilma tax-xita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa pprogrammat li dan x-xogħol isir hekk kif it-temp jkun jippermetti.