Legislature:
Category:
Reset
Active:

Weapons Advisory Board

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentiari 18090, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri tal-Weapons Advisory Board?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18090, il-Weapons Advisory Board għadu ma ġiex kostitwit. Ic-Chairman u l-membri li hemm fuq l-ad hoc Board dwar il-Weapons huma dawn:- Chairman - Brigadier John Spiteri Membri - Supretendent Neville Xuereb - Surġent Jesmond Cassar - Major George Galea - Mr Paul Libreri - Mr Stephen Petroni Is-Sur Mario Caruana huwa l-contact person ta' dan il-Ministeru.

Ħal Qormi — Triq Ġdida fi Triq l-Iskultur

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11607 dwar Triq Ġdida fi Triq l-Iskultur, Qormi, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet biex tiġi rranġata din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq l-Iskultur, Qormi hija nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jinbnew mill-Awtorita' dwar it-Trasport. L-ADT qegħda tfassal strateġija kif toroq bħal din imsemmija jsiru fis-sentejn li ġejjin.

Korp tal-pulizija — Uffiċjal anzjan

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex uffiċjal anzjan tal-pulizija li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma ġiex promoss għar-rank ta' maġġur fl-aħħar eżerċizzju ta' promozzjonijiet li ngħataw fil-korp tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-imsemmi membru tal-Korp ma ġiex promoss għar-rank ta' Surġent Maġġur, minħabba l-fatt illi l-ewwelnett, dan kellu numru ta' każijiet dixxiplinari aktar minn dak li ġie stabbilit bħala wieħed mir-rekwiżiti meħtieġa sabiex membru tal-Korp fir-rank ta' Surġent, setgħa jiġi kkonsidrat għal-promozzjoni fir-rank ta' Surġent Maġġur. Barra minn hekk, l-istess membru tal-Korp, kien irtira bis-sick leave fil-11 ta' Novembru 2005 u baqa' rtirat sa l-10 ta' Jannar 2006, meta beda jagħmel xogħol light duty fil-Control Room fejn beda jaħdem office hours u mhux bix-shift normali bħall-membri l-oħra li jservu f'din is-sezzjoni, minħabba li kien ċertifikat li ma kienx f'pożizzjoni li jwettaq id-doveri normali bħala surġent, u għall-istess raġunijiet żgur li ma kienx f'pożizzjoni li jkopri d-doveri ta' Surġent Maġġur.

Weapons Advisory Board — Membri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Weapons Advisory Board u jgħid fuq liema kriterju ġew magħżula?

Response (BORG, TONIO)

Il-Weapons Advisory Board hu maħsub li jiġi mwaqqaf meta l-Arms Act tiġi fis- seħħ. Pero’ fil-preżent hemm Bord ad hoc li l-funzjoni tiegħu hu li: i) jaghti pariri lil-Kummissarju tal-Pulizija fuq il-ħruġ ta’ liċenzji; ii) li jaħdem fuq il-ligi l-ġdida sabiex ifassal regolamenti li joħorġu minn din il-liġi. Dan il-Board hu kompost minn Chairman u rappreżentanti tal-Kummissarju tal- Pulizija, ta’ l-Armata, tal-Gun Lobby u ta’ dan il-Ministeru. Dawn intagħżlu fuq bażi, sew ta’ l-esperjenza tagħhom f’dan il-qasam u dwar sigurta’, kif ukoll dwar id-delizzju.

CCF

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħed jagħmel l-accounts tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin? X'inhi r-raġuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent ma hemm l-ebda persuna li taħdem fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin bl-isem referut fil-mistoqsija.

Rabat — Triq Hemsija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17294 u storja li dehret fuq il-ġurnal "l-orizzont" dwar xi rapport li jagħti raġunijiet differenti għaliex it-triq ċediet, jista' issa l-Ministru jgħid liema hija l-verżjoni t-tajba, dik li ngħatat fir-risposta parlamentari jew dik li dehret fuq il-ġurnal "l-orizzont"? Huwa minnu li hemm xi rapporti li baqgħu mistura minnu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minħabba li l-ġurnal l-Orizzont kemm il-darba ħareġ stejjer fuq din it-Triq ma nafx għal liema risposta qiegħed jirrferi l-Onorevoli Interpellant. Ir-rapporti tal-investigazzjonijiet tal-infrastruttura ta' taħt it-Triq ġew mgħoddija lill-Ministeru fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet. Il-ġimgħa li għaddiet is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi talab formalment lic-Chairman tal-Awtorita' dwar it-Trasport sabiex jithejja rapport dettaljat fuq dawn il-ħsarat. Rapport preliminari minn nies tekniċi tal-Awtorita' dwar it-Trasport diġa ntbagħat lill-Ministeru. Hija l-fehma tal-Ministeru u s-Segretarju Permanenti li l-kwistjoni jeħtiġilha aktar investigazzjonijiet u saret il-komunikazzjoni f'dan is-sens lill-Awtorita' dwar it-Trasport. Meta l-mistoqsijiet kollha ta' l-Ministeru jkunu mwieġba, ma jkollniex problema li dawn ir-rapporti jitqegħdu fuq il-mejda tla-Kamra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Imdina

Question

Jista' il-Ministru jara li jitqiegħdu traffic calmers fis-service road li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, minn fejn il-Bieb ta' De Rohan safejn l-istabiliment ta' SMW Cortis, billi l-vetturi qed isuqu mill-imsemmija triq b'veloċita' qawwija u minn din l-istess service road jaqsmu pedestrians li jgħixu fid-djar ta' Imdina Road?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport, ser tikkunsidra l-proposta mressqa mill-Onorevoli Interpellant fid-dawl tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni li saru dan l-aħħar fit-triq imsemmija.
Leg 10 PQ #17762 Sitting 364 2006-03-13 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħaż-Żebbuġ — Triq Imdina

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14715, 15117 u 15351, billi issa għaddew aktar minn erba' xhur mill-aħħar tweġiba parlamentari, jista' il-Ministru jgħid jekk tlestiex il-proċess tat-traffic counts bħala parti mill-analiżi tal-flows tat-traffiku f'partijiet minn Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ? Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu biex jispiċċa dan il-proċess u meta dan jispiċċa x'ikun fadal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħal Safi — Barracks

Question

Jaf il-Prim Ministru li fl-EME SQDN fil-barracks ta' Ħal Safi hemm hut kbira msaqqfa biż-żingu li fiha jsir xogħol ta' panel beating u spray tal-karozzi li minnha jinżel l-ilma tax-xita mal-pajpijiet tad-dawl? Jista' jara li dan il-periklu jitneħħa immedjatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-periklu msemmi mill-Onor. Membru diġa tneħħa. Sakemm isiru t-tiswijiet meħtieġa fuq is-saqaf tal-‘hut’, ingħataw struzzjonijiet biex meta tkun ix-xita il-‘hut’ ma jintużax.

Ċentru tal-Computers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri miċ-ċentru tal-computers li hemm bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li ċ-ċentru tal-computers fis-Swatar, limiti ta' Ħad-Dingli ilu jintuża mill-MITTS Ltd. mill-1994 bħala ċentru tal-ICT training. Dawn l-aħħar sitt snin dan kien jitmexxa minn kumpanija Nucleus Training International Ltd. f'isem il-MITTS Ltd. Il-MITTS Ltd. hija shareholder f'din il-kumpanija. Il-Management Agreement li hemm bejn il-MITTS Ltd., l-OPM u n-Nucleus dwar it-tmexxija ser jiskadi fil-31 ta' Marzu 2006 u l-propjeta tmur lura għand il-MITTS.

Third Country Nationals

Question

Billi daħlet fis-seħħ direttiva ta' l-Unjoni Ewropea li permezz tagħha third country nationals li jkunu ilhom Malta għall-perijodu ta' ħames snin ikunu jistgħu japplikaw u jottjenu residence permi, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid (1) liema dipartiment tal-gvern jew awtorita' hija responsabbli mill-amministrazzjoni ta' dawn ir-residence permits u (2) x'inhi l-proċedura li qiegħda tintuża biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direttiva msemmija minnu għadha ma daħlitx fis-seħħ hawn Malta. Ix-xogħol biex id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva jinbidlu f’liġi Maltija wasal fil-final u r-regolamenti neċessarji għandhom joħorġu dalwaqt. Bħalissa l-Awtorita` responsabbli mill-ħrup ta’ permessi ta’ residenza hija l-Pulizija ta’ l-Immigrazzjoni u applikazzjonijiet għal permessi ta’ residenza għalissa għandhom jibqgħu jintbagħtu lil din l-Awtorita`. Dan ix-xogħol, iżda, fi ftit żmien ieħor ser jibda jsir mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta’ l-Expatriates. Il-pubbliku jiġi mgħarraf b’avviżi fil-midja meta ssir din il-bidla.

Awtorita' tad-Djar — Żamma ta' annimali fl-appartamenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'azzjoni ħadet l-awtorita' tad-djar kontra dawk is-sidien ta' l-appartamenti li isimhom qed jintbagħat separatament, li qegħdin iżommu l-klieb u l-annimali fl-appartament tagħhom bi ksur ta' klawsola 8 tal-kuntratti relattivi ta' akkwist?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet rapporti minn residenti fil-binja ndikata mill-Onor. Interpellant li residenti oħra fl-istess binja kienu qed iżommu klieb fl-appartament. Meta l-Awtorita' wissiet lir-residenti msemmija l-aħħar, dawn ċaħdu li kienu qed iżommu klieb fl-appartament. Ninsab infurmata wkoll li sussegwentement l-Awtorita' bagħtet twissija bil-miktub lis-sidien ta' l-appartamenti kollha tal-binja. Permezz ta' din it-twissija, barra li fakkrithom fl-obbligi tagħhom skond il-kuntratt tax-xiri, inkluż li ma setgħux iżommu annimali fuq il-bejt, fil-partijiet komuni jew fl-appartament, infurmathom li kull ksur tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt għandhom jiġu diskussi u riżolti mill-assoċjazzjoni tar-residenti, li hi responsabbli li tara li dawn il-kundizzjonijiet ma jinkisrux.
Leg 10 PQ #17586 Sitting 361 2006-03-06 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħaż-Żebbuġ — Triq Imdina

Question

Jista' il-Ministru jara li jitqiegħdu traffic calmers fis-service road li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, minn fejn il-Bieb ta' De Rohan safejn l-istabiliment ta' SMW Cortis, billi l-vetturi qed isuqu mill-imsemmija triq b'veloċita' qawwija u minn din l-istess service road jaqsmu pedestrians li jgħixu fid-djar ta' Imdina Road?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.