Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se ssir iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-medalji lis-suldati ta' l-Armata li kellha ssir fil-31 ta' Marzu, 2006 u li ġiet imħassra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li ċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-medalji lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta mistennija ssir aktar tard din is-sena.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'tenders ingħataw għall-istallazzjoni tad-dawl u ilma u platforms tal-concrete biex jitqiegħdu t-tined fuqhom għall-immigranti irregolari? F'liema bini ngħataw dawn it-tenders? Lil min ingħataw? Saret sejħa għal offerti jew ingħataw b'direct order? Kemm jiswew dawn it-tenders u lil min ingħataw?
Response (BORG, TONIO)
Ma inħarġet ebda tender ta' dan it-tip fiċ-ċentri taħt il-kontroll tal-Pulizija.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'tenders ingħataw għall-istallazzjoni tad-dawl u ilma u platforms tal-concrete biex jitqiegħdu t-tined fuqhom għall-immigranti irregolari? F'liema bini ngħataw dawn it-tenders? Lil min ingħataw? Saret sejħa għal offerti jew ingħataw b'direct order? Kemm jiswew dawn it-tenders u lil min ingħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għamlet rapporti l-financial intelligence analysis unit (FIAU) lill-pulizija minn mindu twaqqfet? Jista' jgħid x'riżultati kien hemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika u għadu qed jinġabar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Mejju 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Mejju 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Mejju 2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 63 każ ta’ serq li f’60 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up6
Pick Pocketing31
Snatch & grab8
Serq minn dgħajjes4
Serq ta’dgħajjes3
Serq ta’ karozzi39
Serq minn karozzi241
Serq minn residenzi60
Serq minn barijiet / lukandi21
Serq minn xtajtiet15
Serq minn fabbriki7
Serq minn ħwienet20
Serq ieħor222
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Mejju 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Mejju 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Mejju 2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 62 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family1
Arson13
Attempted offences102
Bodily harm102
Computer misuse2
Damage241
Drugs14
Forgery17
Fraud15
Illegal immigration9
Prostitution3
Sexual offences5
Theft677
Threats and private violence1
Violence against public officers13
Jista' il-Minsitru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex xi permess for commercial purposes fl-indirizz hawn fuq indikat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Biex it-tweġiba li tingħata tkun definittivament korretta, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jipprovdi site plan tal-post indikat.
Billi l-Maltacom plc kienet qiegħda fl-istadju li toħroġ tender biex jiġu spustjati xi cables li kienu għaddejjin minn taħt l-art fis-sit li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u billi l-Maltacom issa għaddiet f'idejn azjenda privata, għadu l-Ministru f'pożizzjoni jgħid f'liema stadju wasal it-tender u dan billi x-xogħlijiet li kellhom isiru bis-saħħa ta' dan it-tender kienu ġew assunti mill-Maltacom plc qabel għaddiet fil-kontroll ta' l-azjenda privata?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-Maltacom hi kumpanija privata, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14715, 15117 u 15351, billi issa għaddew aktar minn erba' xhur mill-aħħar tweġiba parlamentari, jista' il-Ministru jgħid jekk tlestiex il-proċess tat-traffic counts bħala parti mill-analiżi tal-flows tat-traffiku f'partijiet minn Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ? Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu biex jispiċċa dan il-proċess u meta dan jispiċċa x'ikun fadal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-traffic counts provduti mill-MEPA fl-10 ta' Frar 2006 juru illi n-numru massimu ta' vetturi li jgħaddu mit-triq in kwistjoni f'ġurnata ma jaqbiżx l-20,000 vettura. Skond l-istandard li tuża l-Awtorita' dwar it-Trasport, il-wisgħa tal-karreġjati f'din it-triq huwa adegwat għal dan l-ammont ta' traffiku. Madankollu, jekk minn riżultati li jiġu rrekordjati fil-futur jirriżulta illi l-karreġjati addizzjonali jkunu possibbilment neċessarji, l-ADT tieħu l-provedimenti hekk kif ikun meħtieġ.
Wieħed irid isemmi wkoll illi waqt il-kostruzzjoni ta' dawn it-toroq, l-ADT għamlet tiswijiet fuq bini li ġie affetwat mill-istess kostruzzjoni jew estenzjonijiet żgħar. L-ADT qatt ma' daħlet għall-kostruzzjoni ta' bini ġdid f'din l-istess triq.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17575 u jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Frar 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Frar 2006?
Response (BORG, TONIO)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17575, ninsab infurmat illi matul Frar 2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 79 każ ta’ serq li f’56 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up4
Pick Pocketing75
Snatch & grab16
Serq minn dgħajjes3
Serq ta’ dgħajjes3
Serq ta’ karozzi38
Serq minn karozzi250
Serq minn residenzi73
Serq minn barijiet / lukandi26
Serq minn fabbriki3
Serq minn ħwienet38
Serq ieħor275
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17577 u jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Frar 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Frar 2006?
Response (BORG, TONIO)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17557, ninsab infurmat illi matul Frar 2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 50 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Frar 2006
Against morals/honour - family1
Arson6
Attemped offences124
Bodily harm67
Computer misuse5
Pretended right1
Damage247
Drugs11
Forgery11
Fraud14
Illegal Immigration19
Prostitution6
Sexual offences4
Theft804
Threats and private violence3
Violation of places of confinement3
Violence against public officers11
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Marzu 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul l-istess xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Marzu 2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 48 każ ta’ serq li f’28 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up3
Pick Pocketing50
Snatch & grab8
Serq minn dgħajjes6
Serq ta’ dgħajjes2
Serq ta’ karozzi49
Serq minn karozzi231
Serq minn residenzi78
Serq minn barijiet / lukandi27
Serq minn xtajtiet1
Serq minn fabbriki3
Serq minn ħwienet43
Serq ieħor276
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Marzu 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul l-istess xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Marzu 2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 112 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Marzu 2006
Against morals/honour - family1
Arson14
Attemped offences110
Bodily harm93
Computer misuse4
Religious sentiment1
Pretended right1
Damage204
Drugs5
Forgery7
Fraud10
Illegal Immigration23
Prostitution4
Sexual offences5
Theft777
Threats and private violence3
Violation of places of confinement2
Violence against public officers14
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul l-istess xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul April 2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 75 każ ta’ serq li f’67 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up3
Pick Pocketing17
Snatch & grab12
Serq minn dgħajjes3
Serq ta’ dgħajjes6
Serq ta’ karozzi47
Serq minn karozzi261
Serq minn residenzi85
Serq minn barijiet / lukandi27
Serq minn xtajtiet4
Serq minn fabbriki6
Serq minn ħwienet29
Serq ieħor249
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul l-istess xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul April 2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 44 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul April 2006
Against morals/honour - family1
Arson15
Attemped offences133
Bodily harm73
Computer misuse3
Damage254
Drugs8
Forgery12
Fraud8
Illegal Immigration16
Prostitution4
Sexual offences5
Theft749
Threats and private violence9
Violence against public officers9
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18147, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qiegħed jagħmel jew matul dawn l-aħħar 12-il xahar kien qed jagħmel l-accounts tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin? X'inhi r-raġuni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li wara li kien irriżenja l-Assistent Direttur li kien jieħu ħsieb l-Accounts Office tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, dan l-uffiċċju baqa' jiġi imexxi minn Executive Officer u mhux mill-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.