Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Lulju 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Lulju 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Lulju ta' l-2006, il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 28 każ ta' serq li f'21 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up4
Pick Pocketing75
Snatch & grab24
Serq minn dgħajjes11
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi48
Serq minn karozzi207
Serq minn residenzi90
Serq minn barijiet / lukandi137
Serq minn xtajtiet153
Serq minn fabbriki6
Serq minn ħwienet26
Serq ieħor400
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Lulju 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Lulju 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Lulju 2006 ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 57 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Againt morals/honour - family2
Arson13
Attempted offences102
Bodily harm124
Computer misuse1
Crimes against religious sentiment1
Damage226
Drugs13
Forgery15
Fraud9
Illegal immigration20
Prostitution2
Sexual offences16
Theft1,186
Threats and private violence3
Violation of places of confinement2
Violence against public officers12
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Awissu 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Awissu 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu ta' l-2006, il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 36 każ ta' serq li fi 25 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up2
Pick Pocketing42
Snatch & grab32
Serq minn dgħajjes9
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi50
Serq minn karozzi269
Serq minn residenzi76
Serq minn barijiet / lukandi154
Serq minn xtajtiet161
Serq minn fabbriki4
Serq minn ħwienet30
Serq ieħor364
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu 2006 ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 9 persuni misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Againt morals/honour - family1
Arson6
Attempted offences103
Bodily harm101
Crimes against religious sentiment1
Crimes vs admin of justice etc1
Damage274
Drugs13
Forgery4
Fraud11
Illegal immigration11
Prostitution5
Sexual offences14
Theft1,196
Threats and private violence6
Violation of places of confinement2
Violence against public officers8
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Malta security services (MSS) xtara jew se jixtri apparat mingħand kumpannija li għandha konnessjonijiet mal-Gvern Iżraeljan jew mas-servizzi tas-sigurta Iżraeljana sabiex ikabbar il-kapaċita' ta' l-MSS li tissorvelja kull mezz ta' komunikazzjoni fl-investigazzjonijiet tagħha?
Jista' jgħid jekk it-tagħrif jew data li tinġabar b'tali apparat ikunux għall-użu esklussiv tal-Malta security services?
Jista' jgħid jekk l-apparat in kwestjoni huwiex tali li min qiegħed jissupplixxi l-apparat ikollu l-kapaċita' li jaċċedi awtomatikament għat-tagħrif jew data miġbura mingħajr l-assistenza jew il-koperazzjoni tal-Malta security services?
Jista' jgħid l-apparat in kwestjoni nxtarax b'direct order jew b'tender jew b'sejħa għall-offerti? Min rebah it-tender, kemm ġie jiswa u min kienu l-persuni li għamlu l-aġġudikazzjoni tat-tender? Jista' jgħid min kienu d-ditti u/jew il-persuni li tefgħu l-offerti tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm sa minn mindu daħlet fis-seħħ l-Att dwar is-Servizz ta' Sigurta', taħt amministrazzjonijiet differenti, hija il-prassi li ma jintweġbux domandi dwar is-Servizz ta' Sigurta', ngħarraf lill-Onor. Membru li ninsab infurmat li (a) inħarġet 'tender' għax-xiri ta' dan l-apparat u applikaw ħames kumpaniji; (b) min se jissuplixxi dan l-apparat m'għandux aċċess awtomatiku għad-data miġbura; (c) l-aġġudikazzjoni saret minn membri ta' l-Awtorita' dwar il-Komunikazzjoni u s-Servizz tas-Sigurta'; (d) il-kumpanija li rebħet it-tender hija waħda kummerċjali, u m'hi aġent ta' ħadd ieħor.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li bħalma ntqal dejjem taħt amministrazzjonijiet differenti, in-nefqa, u l-amministrazzjoni tas-Servizz tas-Sigurta' huma soġġetti biss għall-eżami tal-Kumitat tas-Sigurta' mwaqqaf bl-artikolu 14 ta' l-Att ta' l-1996 dwar is-Servizz ta' Sigurta'.
Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar għaxar snin liċenzji ta' bars jew restaurants ġew revokati u fejn kienu u x'kienu r-raġunijiet prinċipali li ġew revokati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Awtorita' tat-Turiżmu ġiet mwaqqfa fl-2002 u għalhekk informazzjoni għar-rigward ta' revokazzjoni tal-liċenzji inżammet mill-imsemmija Awtorita' mid-data indikata jiġifieri minn 4 snin 'l hawn. Skond din l-informazzjoni ġew revokati 97 liċenzja fid-diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex.
Dawn ġew revokati kif ġej:
96 fuq talba tal-liċenzat
Waħda minħabba enforcement notice maħruġa mill-MEPA biex il-bar jiġi magħluq.
Kunsilli lokali — Permessi għal ħruġ ta' imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx id-dritt li joħorġu permessi għal imwejjed u siġġijiet u f'liema każi jistgħu joħorġu l-permessi, dejjem jekk jistgħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Awtorita' tat-Turiżmu toħroġ liċenzji li jiġġeddu kull sena u jagħtu d-dritt lill-persuna li għandha stabbiliment turistiku biex toħroġ imwejjed u siġġijiet fil-pubbliku skond permess li jingħata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Għaldaqstant nissuġerixxi li l-mistoqsija rigward jekk il-kunsilli lokali għandhomx dritt li joħorġu permessi temporanji tiġi indirizzata lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li l-liċenzja tal-bar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġiet revokata u minn meta ġiet fis-seħħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-liċenzja tal-bar in kwistjoni ġiet irrevokata fit-30 ta' Settembru 2004, wara li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu ġiet infurmata li l-Planning Appeals Board tal-MEPA kien irtira l-permess li f'dan il-każ garaxx jinbidel f'bar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jissoktaw l-interviews għall-membri ġodda fil-korp tal-pulizija billi dan l-aħħar l-interviews waqfu ħesrem?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għad fadal xi applikanti li għad irid isirilhom l-interview fil-proċess ta' reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija.
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li l-persuna ossia ditta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rebħet tender għall-provvista ta' l-ikel għall-immigranti irregolari? Jista' jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti jew jekk it-tender ingħatatx b'direct order? X'kienu l-kriterji għat-tender? Kemm hu l-valur tiegħu? Meta nħarġet it-tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ġejt infurmat li t-‘tender’ għall-provvista ta’ l-ikel lill-immigranti irregolari ġie ppublikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti fit-2 ta’ Mejju 2006 (Advert No CT 160/06) u għadu qed jiġi pproċessat.
Minħabba l-urġenza li nqagħlet is-sena l-oħra, id-ditta msemmija mill-Onor Membru ngħatat kuntratt temporanju b’’Direct Order’ biex tissupplixxi l-ikel lill-immigranti irregolari sa l-aħħar ta’ Settembru 2006, bil-prezz ta’ Lm 2.12 kull persuna (VAT inkluż) għal żewġ ikliet kuljum
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19491 u jgħid kemm għamlet rapporti l-financial intelligence analysis unit (FIAU) lill-pulizija minn mindu twaqqfet? Jista' jgħid x'riżultati kien hemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn kemm ilha li twaqqfet l-FIAU, din għaddiet 76 rapport lill-Pulizija. Minn dawn, l-investigazzjonijiet dwar 36 każ ġew konklużi, filwaqt li 40 għadhom qed ikunu investigati. Infurmat ukoll illi b'riżultat ta' dawn ir-rapporti inbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra 25 persuna.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-persuna ossia ditta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rebħet tender għall-provvista ta' l-ikel għall-immigranti irregolari? Jista' jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti jew jekk it-tender ingħatatx b'direct order? X'kienu l-kriterji għat-tender? Kemm hu l-valur tiegħu? Meta nħarġet it-tender?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda dipartiment taħt id-dekasteru tiegħi ma kien involut fit-tender li saret referenza għaliha. Għalhekk nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ġunju 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ġunju 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ġunju 2006 ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 45 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family1
Arson13
Attempted offences99
Bodily harm106
Computer misuse2
Damage229
Drugs18
Forgery10
Fraud6
Illegal Immigration16
Perjury & false swearing1
Prostitution4
Sexual offences10
Theft648
Threats and private violence5
Violence against public officers16
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li l-persuna ossia ditta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rebħet tender għall-provvista ta' l-ikel għall-immigranti irregolari? Jista' jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti jew jekk it-tender ingħatatx b'direct order? X'kienu l-kriterji għat-tender? Kemm hu l-valur tiegħu? Meta nħarġet it-tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba ghal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Minstru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ġunju 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti matul Ġunju 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ġunju 2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 34 każ ta’ serq li fi 13 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up4
Pick Pocketing33
Snatch & grab6
Serq minn dgħajjes7
Serq ta’ dgħajjes6
Serq ta’ karozzi40
Serq minn karozzi183
Serq minn residenzi48
Serq minn barijiet / lukandi36
Serq minn xtajtiet26
Serq minn fabbriki6
Serq minn ħwienet17
Serq ieħor234
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'tenders ingħataw għall-istallazzjoni tad-dawl u ilma u platforms tal-concrete biex jitqiegħdu t-tined fuqhom għall-immigranti irregolari? F'liema bini ngħataw dawn it-tenders? Lil min ingħataw? Saret sejħa għal offerti jew ingħataw b'direct order? Kemm jiswew dawn it-tenders u lil min ingħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li x-xogħolijiet imsemmija ġew ordnati f’Lyster Barracks ta’ Ħal Far, kif jidher hawn taħt:
a. Xogħol in konessjoni ma’ nstallazzjoni tad-dawl u ilma - żewġ
“direct orders”, waħda lill-Master Enterprises Ltd li tiswa Lm 12,391.00 u oħra lil Mr John Zahra li tiswa Lm 3,569.60.
b. Kostruzzjoni ta’ “platforms” tal-“concrete” – żewġ “direct Orders” lil Ballut Blocks Ltd li jiswew Lm 30,030.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex tiġi eliminata l-problema ta' żbroff ta' drenaġġ fl-għassa tal-pulizija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, billi dan l-iżbroff qed ikun il-kaġun ta' invażjoni ta' ġrieden u firien fl-istess għassa u qed ikun ta' periklu għas-saħħa u s-sigurta' tal-membri tal-korp tal-pulizija li jaħdmu f'din l-għassa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-Supretendent tad-Distrett qed jieħu ħsieb sabiex ix-xogħol meħtieġ isir.