Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tneħħew mis-servizz fil-korp tal-pulizija membri, f'kull grad, wara proċeduri quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, mill-1999 sal-lum? Jista', għal kull każ ta' tkeċċija, jgħid ta' liema akkużi kienu nstabu ħatja u għalhekk ġew imkeċċija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, huwa kif ġej:
SpetturSurġentKuntistabbli
Tneħħew mis-servizz wara li kienu għaddew proċeduri kriminali u nstabu ħatja--12
Tneħħew minħabba l-interess pubbliku212
Tneħħew mis-servizz wara li kienu għaddew proċeduri skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta’ Dixxiplina)--1
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'piena, li ma tkunx tkeċċija, ingħataw membri tal-Korp tal-Pulizija quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u fuq liema akkużi ngħatat dik il-piena u dawn mill-1999 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Akkuża
Piena
Traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni
Lm50 multa u twissija ta’ tkeċċija
Traskuraġni ta’ xogħol; disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni
Twiddiba
Nuqqas ta’ ndafa; traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni
Twiddiba
Traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni
Multa ta’ tlett ijiem paga
Disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni; korruzzjoni
Sospensjoni ta’ ħamest ijiem bla paga u twissija ta’ tkeċċija
Traskuraġni ta’ xogħol; telf ta’ reputazzjoni
Sospensjoni ta’ ġurnata bla paga
Disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni; korruzzjoni
Sospensjoni ta’ jumejn bla paga
Disubbidjenza t’ordnijiet; dħul f’postijiet b’liċenzja; korruzzjoni; simulazzjoni ta’ mard; telf ta’ reputazzjoni
Sospensjoni ta’ tlett ijiem bla paga
Traskuraġni ta’ xogħol; disubbidjenza t’ordnijiet; kondotta insubordinata jew oppressiva; simulazzjoni ta’ mard; kondotta ta’ preġudizzju għal bon ordni
Ċanfira iebsa
Disubbidjenza t’ordnijiet; telf ta’ reputazzjoni; korruzzjoni
Multa ta’ jumejn paga
Ksura ta’ fiduċja; telf ta’ reputazzjoni
Multa ta’ ħamest ijiem paga
Bajja ta' l-Għadira — Konċessjonijiet enfitewtiċi ta' l-artijiet
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk kollha li tefgħu l-offerti għall-konċessjonijiet enfitewtiċi ta' l-artijiet fil-bajja ta' l-Għadira ħallsux il-prezz kollu (inkluż dak ta' l-avvjament) meta sar il-kuntratt mad-dipartiment ta' l-artijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dawk kollha li tefgħu l-offerti rebbieħa għall-konċessjonijiet enfitewtiċi ta' l-artijiet fil-bajja ta' l-Għadira ħallsu l-prezz kollu inkluż dak ta' l-avvjament, mal-pubblikazzjoni tal-kuntratti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tittella' filata fl-opramorta fit-terazzin li jinsab retropost għas-sigrieti ta' l-Awli tal-Maġistrati fil-Qrati tal-Ġustizzja, liema terazzin iħares għal fuq Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta u dan billi l-opramorta hija baxxa ħafna u tippreżenta periklu ċar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li qiegħda tittieħed azzjoni mid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja biex meta tiġi approvata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Ambjent, tittella' filata fl-apramorta fit-terazzin li jinsab retropost għas-sigrieti ta' l-Awli tal-Maġistrati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu proċeduri kriminali fil-konfront ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jekk le għaliex? Jekk iva, meta se jibdew il-proċeduri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija pproċediet quddiem il-Qorti kontra l-persuna indikata u ċ-ċitazzjoni inħarġet fl-4 ta' Lulju 2006, bil-każ ikun appuntat għas-smiegħ nhar l-24 ta' Ottubru 2006. Ġara pero' illi waqt is-smiegħ tal-kawża tqajmet l-eċċezzjoni illi filwaqt li l-inċident kien seħħ fit-8.15pm, fuq iċ-ċitazzjoni il-ħin kien indikat fit-8.15am. Kif ġie ssollevat dan il-punt, l-uffiċjal prosekutur kien talab lill-Qorti għal korrezzjoni tal-ħin, pero' stante li l-każ kien fl-istadju ta' provi tad-difiża, din it-talba ma ġietx milqugħa. Minħabba f'hekk l-imputat ġie liberat. Għandu jingħad ukoll illi l-vittma, ma kienx ġie notifikat għal din is-seduta, stante li meta l-Pulizija kienet marret tqassam it-taħrika fir-residenza tiegħu, f'erba' okkażżjonijiet, ma kien hemm ebda risposta.
Wara s-seduta ta' l-24 ta' Ottubru 2006, il-Pulizija rreġistrat nota ta' appell minn din is-sentenza, pero' fuq punti tekniċi, ma kienx hemm lok ta' appell.
Minn indaġini li saret, sar magħruf, illi għalkemm fil-kopja ta' l-akkuża li ntbagħtet mis-surġent li nvestiga l-inċident fl-uffiċċju prinċipali taċ-ċitazzjonijiet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, minn fejn ikunu pproċessati taċ-ċitazzjonijiet. Il-ħin kien indikat korrett, ċioe' 8.15pm, meta ċ-ċitazzjoni ġiet miktuba, il-kuntistabbli mara li ttraskriviet l-akkuża, bi svista, il-ħin tniżżel bħala 8.15am.
Minkejja dan, il-Pulizija ser tkompli bil-proċeduri quddiem il-Qorti kontra l-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant, billi terġa' tiġi servuta ċitazzjoni oħra bil-ħin korrett.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Settembru 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Settembru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru ta’ l-2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 32 każ ta’ serq li fi 13 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up3
Pick Pocketing30
Snatch & grab25
Serq minn dgħajjes11
Serq ta’ dgħajjes9
Serq ta’ karozzi51
Serq minn karozzi259
Serq minn residenzi63
Serq minn barijiet / lukandi40
Serq minn xtajtiet48
Serq minn fabbriki6
Serq minn ħwienet32
Serq ieħor266
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Settembru 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Settembru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru ta’ l-2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 38 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Abandonment of child1
Against morals/honour - family1
Arson5
Attempted offences100
Bodily harm83
Computer misuse3
Damage245
Drugs11
Forgery9
Fraud10
Illegal Immigration13
Perjury / false swearing1
Sexual offences8
Theft843
Threats and private violence4
Violation of places of confinement1
Violence against public officers10
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ottubru 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Ottubru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ottubru ta’ l-2006, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 51 każ ta’ serq li fi 35 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up9
Pick Pocketing29
Snatch & grab7
Serq minn dgħajjes7
Serq ta’ dgħajjes1
Serq ta’ karozzi66
Serq minn karozzi261
Serq minn residenzi64
Serq minn barijiet / lukandi21
Serq minn xtajtiet12
Serq minn fabbriki3
Serq minn ħwienet26
Serq ieħor277
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ottubru 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ottubru 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ottubru ta’ l-2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 47 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family2
Arson7
Attempted offences118
Bodily harm88
Computer misuse3
Crimes against religious sentiment1
Damage247
Drugs9
Forgery8
Fraud9
Illegal Immigration18
Prostitution8
Sexual offences7
Theft783
Threats and private violence3
Violence against public officers16
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-Armata talbet lura mingħand is-suldati l-medalja "Long Service" li għadha kemm ingħatatilhom xi xahrejn ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li tweġiba għall-mistoqsija simili diġa ġiet mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 22353.
Jista' il-Ministru jara li l-Enemalta twaħħal arbli tad-dawl ġewwa Għar barka fid-dħul ta' Vjal il-Ħaddiem li jagħti għal Triq Antonio Nani, Rabat u dan billi din l-area tinsab fi dlam ċappa u ta' periklu għas-sigurta'?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant għandu jirreferi l-każ lill-Kunsill Lokali tar-Rabat. Dan peress li s-street lighting ġie devolut lill-Kunsilli Lokali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21865, tista' il-Ministru tikkonferma li s-somma ta' Lm62,000 fix-xahar huma fondi totalment minfuqa minn finanzi pubbliċi ta' Malta u mhux mill-ERF u l-programm EQUAL?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-somma ta' Lm62,000 fix-xahar tinkludi l-ispejjeż rikorrenti għat-tmexxija ta' l-Open Centres inkluż dak tal-Marsa, li dwaru hemm il-proġett approvat mill-ERF għas-somma ta' madwar nofs miljun Euro. Din is-somma tiġi rifuża lill-Gvern Malti wara li jsir l-awditjar meħtieġ.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20991, tista' il-Ministru tgħid kemm mis-somma ta' Lm62,000 fix-xahar hi ssussidjata mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-fondi mill-Unjoni Ewropeja huma marbutin ma' proġetti speċifiċi. Ninsab infurmata li fil-qasam ta' l-immigranti rregolari, il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, din is-sena, kellu proġetti approvati għas-somma totali ta' Lm225,300, jew ftit aktar minn nofs miljun Euro mill-European Refugee Fund (ERF) u l-programm EQUAL taħt il-Fond Soċjali Ewropew.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma li d-dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tintuża biex takkomoda lill-immigranti irregolari u/jew refuġjati?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Tista' il-Ministru tiċħad jew tikkonferma li d-dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se tintuża biex takkomoda lill-immigranti irregolari u/jew refuġjati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nikkonferma li d-dar indikata mill-Onor. Interpellant ser tintuża biex takkomoda immigranti rregolari kkunsidrati bħala vulnerabbli u preċiżament familji bit-tfal u minuri mhux akkumpanjati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irċieva ittri ta' apprezzamaent jew rakkmandazzjoni matul dawn l-aħħar sentejn il-Kummissarju tal-Pulizija fil-konfront ta' l-ispetturi kollha li applikaw biex isiru supritendenti tal-pulizija, kemm dawk li ħadu promozzjoni u dawk li ma ħadux promozzjoni? Jekk inhu hekk, fil-konfront ta' min minnhom u dwar xiex? Dawn l-apprezzamenti u/jew rakkmandazzjonijiet jittieħdu in konsiderazzjoni l-għażla tal-promozzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm sitt spetturi minn dawk li applikaw għall-promozzjoni ta' Supretendent li matul dawn l-aħħar sentejn kien saret xi ittra ta' apprezzament fil-konfront tagħhom. Dawn l-ittri kollha kienu jikkonċernaw apprezzament għal xogħol li kull fizzjal huwa fid-dmir u l-obbligu li jagħmel fil-kariga tiegħu.
Għalkemm, kif naħseb li japprezza l-Onor. Interpellant, l-operat ta' bord ta' għażla maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ma jaqax taħt l-iskrutinju tal-Ministeru, jien ċert li kull bord ta' għażla jieħu in konsiderazzjoni kull fattur, kemm favur kif ukoll kontra kull applikant.
Għaldaqstant ma nħossx li jkun prudenti illi t-tagħrif personali kif mitlub mill-Onor. Interpellant għandu jkun ippublikat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija hix se tistitwixxi proċeduri kriminali fil-konfront ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fuq kwerela li saret mill-persuna li dettalji dwarha wkoll qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid taħt liema dispożittivi tal-Kodiċi Kriminali se titressaq din il-persuna? Se tittieħed azzjoni taħt Artikoli 101, 252, 309 u 310 ta' Kap 9?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni fil-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għad mhix konkluża.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 19812, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-kummissarju tal-pulizija rrikmanda li uffiċjal/i tal-pulizija jitneħħew mill-korp tal-pulizija u l-PSC ordnat mod ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm akkużi quddiem il-PSC mill-1987 'il hawn, sena b'sena? X'kienet l-akkuża u x'kien l-eżitu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn l-1987 u Frar tas-sena 2000, il-każijiet tad-dixxiplina ta’ l-uffiċjali pubbliċi kienu jkunu ipproċessati skond ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1977 u kien hemm tlett tipi ta’ każijiet li kienu jiġu riferuti lill-Kummissjoni dwar s-Servizz Pubbliku.
Dawn kienu (i) każijiet ta’ dixxiplina ta’ natura serja; (ii) każijiet kriminali; (iii) każijiet ta’ tkeċċija minħabba assenza mingħajr permess.
Wara Frar tas-sena 2000, daħlu fis-seħħ regolamenti ġodda tad-dixxiplina li huma magħrufa bħala r-Regolamenti ta’ l-1999 dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta’ Dixxiplina), li permezz tagħhom il-każijiet tad-dixxiplina ta’ l-uffiċjali pubbliċi kienu delegate lill-Kapijiet tad-Dipartimenti. Skond dawn ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta’ l-1999, il-każijet tad-dixxiplina ma baqghux iżjed ikunu referuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għajr każijiet kriminali, każijiet ta’ dixxiplina li jkunu jwasslu għal tkeċċija u appelli.
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar il-każijiet tad-dixxiplina li ġew referuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku bejn 1987 u llum maqsuma kif spjegat hawn fuq jinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji, jekk hemm, li bihom persuna tkun tista' tingħata liċenzja ta' xufier ta' minivan biex tittrasporta studenti lejn u mill-iskejjel tal-gvern, tal-knisja u tal-privat? Jekk jeżistu dawn il-kriterji, jista' jgħid kemm ilhom in vigore?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li sabiex xufier ikun jista' jsuq vettura tat-Trasport Pubbliku irid ikollhu tag li tkun maħruġa mill-ADT skond l-Avviż Legali numru 44 tas-sena 2006 u l-liċenzja tas-sewqan adattata kif provdut fir-regolamenti dwar Liċenzji għas-Sewqan ta’ Vetturi bil-Mutur.