Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Rapporti ta' reati.

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mwettqa reati matul Jannar 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Jannar 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar ta’ l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 49 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour - family1 Arson11 Attempted offences78 Bodily harm71 Damage205 Drugs9 Forgery2 Fraud5 Illegal Immigration8 Perjury / false swearing1 Prostitution2 Sexual offences6 Theft677 Threats and private violence3 Violation of places of confinement1 Violence against public officers6

Pulizija — Rapporti ta' serq.

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Frar 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Frar 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Frar ta’ l-2007, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 43 każ ta’ serq li f’16 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Hold up6 Pick Pocketing48 Snatch & grab13 Serq minn dgħajjes5 Serq ta’ dgħajjes2 Serq ta’ karozzi25 Serq minn karozzi146 Serq minn residenzi38 Serq minn barijiet / lukandi13 Serq minn fabbriki2 Serq minn ħwienet28 Serq ieħor297

Pulizija — Rapporti ta' reati.

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Frar 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Frar 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Frar ta’ l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 80 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour - family2 Arson8 Attempted offences62 Bodily harm72 Computer misuse1 Damage214 Drugs15 Forgery4 Fraud8 Illegal Immigration4 Prostitution4 Sexual offences2 Theft623 Threats and private violence6 Violence against public officers7

Pulizija — Rapporti ta' serq.

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Marzu 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Marzu 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Marzu ta’ l-2007, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 34 każ ta’ serq li f’25 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Hold up4 Pick Pocketing27 Snatch & grab14 Serq minn dgħajjes5 Serq ta’ dgħajjes1 Serq ta’ karozzi28 Serq minn karozzi149 Serq minn residenzi49 Serq minn barijiet / lukandi32 Serq minn xtajtiet2 Serq minn fabbriki6 Serq minn ħwienet19 Serq ieħor249

Inċidenti tat-trafifku

Question

B'riferenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 24244, 24245 u 24339 jista' l-Viċi Prim Ministru jikklassifika kemm weġġgħu sewwieqa, passiġġieri u persuni li għalkemm ma kenux sewwieqa jew passiġġieri weġġgħu konsegwenza ta' l-inċidenti stradali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 18 – 25 il-sena2000200120022003200420052006 Sewwieqa230258268230224193201 Passiġġieri101106100901078681 Oħrajn32313234281719 Mhux magħruf*0000010 Total363395400354359297301 Aktar minn 25 sena2000200120022003200420052006 Sewwieqa356409440419451451499 Passiġġieri127135143131131139162 Oħrajn139136162168144150105 Mhux magħruf*0000010 Total622680745718726741766 *dan huwa każ fejn persuna tilfet ħajjitha u oħra weġgħet gravi, liema każ huwa suġġett ta’ Inkjesta Maġisterjali li għadha mhix konkluża u għaldaqstant mhux stabbilit min kien qed isuq il-vettura.

Receiver of wrecks

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi nominat ir-"receiver of wrecks" sabiex jiddisponi mill-aktar fis possibbli min-numru kbir ta' dgħajjes ta' l-immigranti llegali li jinsabu fil-kustodja tal-kummissarju tal-pulizija u tad-direttur ġenerali tal-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Receiver of wrecks

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi nominat ir-"receiver of wrecks" sabiex jiddisponi mill-aktar fis possibbli min-numru ta' dgħajjes ta' l-immigranti llegali li jinsabu fil-kustodja tal-brigadier tal-forzi armati ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Inċidenti tat-traffiku — Zgħazagħ bejn 18 u 25 sena

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku (fatali u mhumiex) fl-aħħar ħames snin, sena b'sena u xahar b'xahar, li fihom kienu nvoluti żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-25 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond statistika miżmuma mill-Pulizija, in-numru ta’ persuni ta’ bejn it-18 u 25 sena li weġgħu b’riżultat ta’ inċident tat-traffiku, tul dawn l-aħħar 5 snin kien kif jidher hawn taħt: 2002 2003 2004 2005 2006 Jannar 22 18 25 19 13 Frar 30 36 25 24 23 Marzu 30 26 38 25 24 April 30 29 26 21 24 Mejju 35 25 32 28 30 Ġunju 38 33 34 34 27 Lulju 40 44 51 34 29 Awissu 33 39 20 29 25 Settembru 31 18 36 21 24 Ottubru 43 24 27 11 27 Novembru 40 39 29 18 29 Diċembru 28 23 16 33 26

Inċidenti tat-traffiku — Persuni 'l fuq minn 25 sena

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku (fatali u mhumiex) fl-aħħar ħames snin, sena b'sena u xahar b'xahar, li fihom kienu nvoluti persuni ta' 'l fuq minn 25 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond statistika miżmuma mill-Pulizija, in-numru ta’ persuni ta’ l-fuq minn 25 sena li weġgħu b’riżultat ta’ inċident tat-traffiku, tul dawn l-aħħar 5 snin kien kif jidher hawn taħt: 2002 2003 2004 2005 2006 Jannar 49 57 64 48 51 Frar 60 32 54 44 55 Marzu 55 44 64 68 48 April 59 54 63 46 46 Mejju 74 62 77 84 77 Ġunju 59 56 69 89 71 Lulju 71 92 82 81 58 Awissu 86 86 61 81 81 Settembru 58 39 38 52 57 Ottubru 69 55 46 38 69 Novembru 46 61 56 47 53 Diċembru 59 80 52 63 100

Pulizija — Rapporti ta' inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm seħħew inċidenti stradali (fatali u mhumiex) li fihom kienu: a) involuti żgħażagħ fl-eta' ta' bejn it-18 u l-25 sena; u b) żgħażagħ ta' l-eta' 'il fuq minn 25 sena? Jista' jagħti t-tagħrif riferibbilment mis-sena 2000 sas-sena 2006, iż-żewġ dati inklużi, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond statistika miżmuma mill-Pulizija, in-numru ta' persuni ta' bejn it-18 u 25 sena li weġgħu b'riżultat ta' inċident tat-traffiku, tul dawn l-aħħar 7 snin kien kif jidher hawn taħt: 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 363 395 400 354 359 297 301 Filwaqt illi n-numru ta' persuni ta' l-fuq minn 25 sena li weġgħu b'riżultat ta' inċident tat-traffiku, tul dawn l-aħħar 7 snin kien kif jidher hawn taħt: 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 622 680 745 718 726 741 766

Liċenzji ta' l-armi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jbiddel l-avviż legali 178/06 dwar l-armi (dwar il-klassifikazzjoni tal-liċenzji ta' l-armi) biex ikunu jirriflettu aħjar il-liċenzji kif indikat f'avviż legali 177/06?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-klassifikazzjoni tal-ħlasijiet dovuti għall-liċenzji kif stipulat fl-Avviż Legali 178 ta' l-2006, hija ntiża li tiġbor fl-istess partita' jew partiti, dawk il-kategoriji ta' liċenzji kif meħtieġa skond l-Avviż Legali 177 ta' l-2006. Pero' jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi suġġerimenti x'jagħmel, nitolbu jgħaddihomli sabiex jiġu kkunsidrati.

Toroq — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet qed isiru s-70 triq li ħarġu t-tenders għalihom fl-aħħar ġimgħa ta' Diċembru, 2006?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq li qieghed jirreferi ghalihom gew allokati permezz ta’ period contract u mhux tender ghall-kull triq individwali. Ix-xoghlijiet qeghdin isiru f’dawn il-lokalitajiet. H’Attard Hal Lija Hal Ghaxaq Gudja Hal Luqa Marsascala Mosta Mtarfa Naxxar Hal Qormi Hal Safi Hal Kirkop Santa Lucija Santa Venera Siggiewi Swieqi Haz Zabbar Haz Zebbug Iz Zurrieq Hamrun Rahal Gdid Hal Tarxien

Korp tal-Pulizija — Rekluti ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li għaddejja investigazzjoni nterna fl-Akkademja tal-Korp tal-Pulizija fuq allegazzjonijiet li kien hemm xi partying waqt il-live-in tar-rekluti l-ġodda? Jista' jgħid f'liema stadju waslet l-investigazzjoni? Jekk l-investigazzjoni ngħalqet, x'inhu l-eżitu? Min hu l-Kmandant responsabbli mill-Akkademja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sa fejn huwa magħruf qatt ma saret xi allegazzjoni kemm ma' l-awtoritajiet tal-Pulizija jew ta' l-Akkademja tal-Pulizija li kien seħħ dak allegat mill-Onorevoli Interpellant. Pero' kien hemm okkażżjoni fejn kien sar magħruf li xi rekluti li kienu waqt il-perijodu ta' taħriġ living in, kellhom l-inbid fil-vetturi tagħhom. Kif sar magħruf dan, is-Surġent Maġġur inkarigat minnhim, kien ordna li dan l-inbid jiġi mneħħi. Napprezza li jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi tagħrif ieħor, huwa jgħaddihuli sabiex ikun investigat. Il-Kmandant ta' l-Akkademja tal-Pulizija huwa s-Sur Ronald Kelly.

Schengen Information System

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: 1) x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta biex tingħaqad fis-Schengen? 2) jista' jgħid liema sistema se tintuża - dik magħrufa bħala SIS1 (Schengen Information System) jew SIS2? 3) meta se tidħol fis-seħħ is-sistema SIS2? Jista' jikkonferma li Malta ma implimentatx is-sistema SIS2? Kemm se tiswa lill-pajjiż biex mis-sistema SIS1 tiġi upgraded għal SIS2? 4) seta' il-pajjiż stenna u daħal mill-ewwel fis-sistema SIS2 kif se jagħmlu pajjiżi oħrajn imsieħba fl-Unjoni Ewropea? Jekk Malta dieħla mill-ewwel fis-sistema SIS1, x'inhi r-raġuni għaliex Malta mhux se tidħol fis-sistema SIS2?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern Malti iddeċieda li Malta għandha tidħol fix-Schengen ma' l-ewwel tkabbir li mistenni jsir is-sena d-dieħla. Is-SIS I, is-sistema li tintuża preżentament, ma tiflaħx għat-tkabbir tal-membri l-ġodda li daħlu fl-UE fl-1 ta' Mejju 2004 u għalhekk qed isir xogħol biex tiġi żviluppata is-SIS II. Minħabba dewmien ta' natura teknika u legali da parti tal-Kummissjoni Ewropeja, ġie deċiż mill-Kunsill tal-Ministri li tiġi żviluppata sistema temporanja, magħrufa bħala SIS for all biex l-għaxar stati membri ġodda, minbarra Ċipru, ikunu jistgħu isiru parti miż-żonra Schengen mingħajr aktar dewmien. Ovvjament ħafna mill-ispejjeż li ser jintefqu għas-sistemi SIS for all kienu xorta waħda ser jintużaw biex inkunu nistgħu ningħataw aċċess għas-SIS II li, skond il-pjanijiet preżenti tal-Kummissjoni Ewropeja, suppost li tkun lesta sa l-aħħar ta' Diċembru ta' l-2008.

Boarded out

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew boarded out mill-impjieg fis-settur pubbliku u fis-settur privat mill-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 2006, sena, sena? Tista' l-Ministru tikklassifika t-tagħrif għal Malta u għal Għawdex? Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u tikklassifikahom għal Malta u għal Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ebda dipartiment jew entita’ li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu statistika dwar in-numru ta’ persuni li jiġu boarded out mis-settur pubbliku jew mis-settur privat. Id-Dipartiment tas-Siġurta’ Soċjali jżomm statistika dwar in-numru ta’ talbiet għall-Pensjoni għall-Invalidita’ u dawk aċċettati u mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Ninsab infurmata wkoll li ma tinżammx statistika dwar ix-xogħol li kienu jagħmlu persuni qabel ma japplikaw għall-Pensjoni għall-Invalidita’ u li l-istatistika dwar il-lokalita’ ta’ l-applikanti bdiet tinżamm mis-sena l-oħra. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar in-numru ta’ talbiet milqugħa għall-Pensjoni għall-Invalidita’ għas-snin indikati mill-Onor. Interpellant u dawk pendenti fl-14 ta’ Frar 2007.

Work permits

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew aċċettati applikazzjonijiet għal work permits lil third country nationals matul is-sena 2005 u 2006? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm applikazzjonijiet li ġew aċċettati fis-sena 2006, iżda l-istess applikanti kellhom r-renewal tagħhom miċħuda f'Jannar 2007? Jekk iva, jista' l-Ministru jispjega kif l-ewwel darba l-applikazzjoni ġiet aċċettata iżda r-renewal ġiet rifjutata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2005 (1 ta’ Awissu sa 31 Diċembru) in-numru ta’ applikazzjonijiet għal work permits lil third country nationals li ġew aċċettati kien ta’ 647 u matul is sena 2006 in-numru ta’ applikazzjonijiet għal work permits lil third country nationals li ġew aċċettati kien ta’ 4064. Minn dawn :- 838 jappartjenu lill-Malta Shipyards 426 jappertjenu lill-Mater Dei Mill-oħrajn :- 1,548 kienu mġeddin 1,251 kienu ġodda. In-numru ta’ applikanti li kellhom l-applikazzjoni aċċettata fis-sena 2006, iżda kellhom r-renewal tagħhom miċħud f'Jannar 2007 kien ta’ 32. Iċ-ċaħda tar-renewal ta’ l-applikazzjonijiet kienet a bazi ta' diversi raġunijiet: -l-applikant ma kellux formola ta’ bidu ta' xogħol mimlija -l-applikant ma kellux impjieg skond il-liġi tax-xogħol (paga minima u ħinijiet tax-xogħol) -l-applikant ma ġġustifikax il-bzonn għall-pozizzjoni tiegħu -kien hemm ċittadini Maltin jew ta’ l-Unjoni Ewropea li setgħu jagħmlu dak ix-xogħol.

Pulizija — Rapporti dwar serq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Novembru 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Novembru 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Novembru ta’ l-2006, il-każi ta serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 48 każ ta’ serq li f’31 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Hold up10 Pick Pocketing46 Snatch & grab7 Serq minn dgħajjes5 Serq ta’ dgħajjes1 Serq ta’ karozzi51 Serq minn karozzi227 Serq minn residenzi52 Serq minn barijiet/lukandi26 Serq minn fabbriki1 Serq minn ħwienet30 Serq ieħor314

Pulizija — Rapporti ta' reati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Novembru 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Novembru 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Novembru ta’ l-2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 62 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour - family4 Arson7 Attempted offences95 Bodily harm94 Computer misuse2 Damage220 Drugs9 Forgery6 Fraud13 Illegal immigration10 Prostitution5 Sexual offences5 Theft770 Threats and private violence4 Trafficking of persons1 Violence against public officers7

Pulizija — Rapporti ta' serq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Diċembru 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Diċembru 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Diċembru ta’ l-2006, il-każi ta serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 35 każ ta’ serq li f’24 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Hold up2 Pick Pocketing77 Snatch & grab7 Serq minn dgħajjes5 Serq ta’ karozzi40 Serq minn karozzi202 Serq minn residenzi58 Serq minn barijiet/lukandi22 Serq minn fabbriki8 Serq minn ħwienet36 Serq ieħor293

Pulizija — Rapporti ta' reati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Diċembru 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Diċembru 2006?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Diċembru ta’ l-2006, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 14-il persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour - family1 Arson16 Attempted offences78 Bodily harm81 Computer misuse2 Damage239 Drugs8 Forgery5 Fraud15 Illegal immigration5 Sexual offences3 Theft750 Threats and private violence8 Violence against public officers7