Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li jagħti l-pensjoni lil dawk il-membri tal-AFM li m'għalqux 25 sena servizz u jridu jitilqu din is-sena għaliex għandhom 'l fuq minn 55 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Artikoli dwar Pensjonijiet dwar il-Forzi Armati ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26021 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferita lilu u jgħid xi trading licences għandha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li jiġġestixxi negozju taħt l-isem li qiegħed jinbagħat separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bi tweġiba għall-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant, fejn id-dettaliji ntbagħtu separatament, ninsab infurmat illi hemm liċenzja ta' Snack Bar Second Class.
Jista' l-Ministru jgħid xi trading licences għandha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li jiġġestixxi negozju taħt l-isem li qiegħed jinbagħat separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-liċenzji tal-ħwienet bħal bars u restaurants ma jaqawx taħt id-dipartiment tal-liċenzji fid-Diviżjoni tal-Kummerċ imma taħt l-Awtorita' tat-turiżmu. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm inmates fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid kemm hemm minnhom li qegħdin jiskontaw piena karċerarja u kemm hemm minnhom li jinsabu taħt arrest preventiv?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fis-6 ta' Mejju 2007 in-numru ta' priġunieri ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 387.
Minn dawn hemm 283 sentenzjati u 104 taħt arrest preventiv.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex il-vot kapitali tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin tnaqqas għas-sena rikorrenti?
Response (BORG, TONIO)
Il-vot kapitali tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin jiġi mfassal fuq il-bżonnijiet u l-proġġetazzjonijiet li isiru mid-dipartiment. Għaldaqstant huwa ovvju li jkun hemm varjazzjoni minn sena għal oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul April 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul April ta’ l-2007, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 35 każ ta’ serq li f’14 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up6
Pick Pocketing16
Snatch & grab12
Serq minn dgħajjes2
Serq ta’ dgħajjes3
Serq ta’ karozzi24
Serq minn karozzi152
Serq minn residenzi42
Serq minn barijiet/lukandi20
Serq minn xtajtiet2
Serq minn fabbriki4
Serq minn ħwienet14
Serq ieħor270
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul April 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul April ta’ l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 55 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour – family4
Arson11
Attempted offences64
Bodily harm84
Computer misuse5
Damage227
Drugs21
Forgery4
Fraud8
Illegal immigration9
Infanticide/abandon of child2
Perjury/false swearing1
Prostitution8
Sexual offences3
Theft567
Threats and private violence4
Violence against public officers5
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2006 u bejn Jannar 2007 u April 2007? Jista' jikkategorizza bejn rank u ieħor?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp li rriżenjaw matul is-sena 2006 u bejn Jannar u April ta’ l-2007 hu kif ġej:-
PSPCWPC
2006184
2007-31
Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni biex jassigura li s-surġenti tal-Korp tal-Pulizija li ggradwaw b'dottorat tal-liġi u li ngħataw il-warrantbiex jipprattikaw bħala avukati fil-Qrati jingħataw il-grad ta' spettur mingħajr żieda fl-irbit kuntrattwali aktar minn dak li kienu oriġinarjament marbutin bih meta kienu ssieħbu fil-kors tal-liġi snin ilu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sejħa li kienet ħarġet fl-2000, kif ukoll f'dawk preċedenti, sabiex membri tal-Korp jiġu sponsorjati sabiex isegwu kors fil-Fakulta' tal-Liġi, qatt ma kien speċifikat li wara li wieħed jiggradwa, ikun awtomatikament intitolat għal xi promozzjoni.
Il-kors ta' l-Ispetturi huwa strutturalment differenti minn dak li wieħed isegwi sabiex jikseb grad akkademiku mill-Fakulta' tal-Liġi. Dan il-kors jinkludi fih suġġetti oħra importanti fosthom, l-investigazzjonijiet tar-reati, proċedura amministrattiva relatata max-xogħol ta' spettur, leadership skills, prevenzjoni ta' kriminalita', kif ukoll it-tmexxija effettiva ta' l-għases u branki tal-korp.
Għaldaqstant, u bħal ma sar fis-snin l-imgħoddija ma' applikanti li kienu ggradwaw mill-Fakulta' tal-Liġi, fosthom ukoll wieħed b'Dottorat, f'dan il-każ irid isir ukoll l-irbit kuntrattwali skond ma' kif tispeċifika s-sejħa għal applikazzjonijiet relattiva.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju jinsab il-proċess tas-sejħa biex jimtlew postijiet vakanti għal rank ta' spettur fil-Korp tal-Pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li issa li għalqu l-applikazzjonijiet għas-sejħa ta' postijiet sabiex jimtlew vakanzi fil-grad ta' Spettur tal-Pulizija, l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu eżaminati minn Bord ta' l-Għażla sabiex jiġi determinat li l-applikanti jissodisfaw il-kriterji mitluba fis-sejħa li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern Nru: 18,053 ta' l-20 ta' Marzu, 2007.
Sussegwentament, wara dan il-proċess, mistenni jingħata bidu fil-futur qarib għall-eżami tal-Effiċjenza Fiżika.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienet id-ditta ta' avukati li rrappreżentat lill-kumpannija estera TECOM fit-trasferiment tal-Maltacom lill-istess TECOM?
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-union, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qegħda thedded li tirrikorri għall-azzjonijiet industrijali f'każ li jitnaqqsu s-siegħat tax-xogħol bin-nofs ta' żewġ persuni li jaħdmu fit-taqsima li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li wieħed minnhom inzerta l-president ta' l-istess union? Jista' jgħid x'ser jagħmel l-Gvern biex jara li x-xogħol f'din it-taqsima jitqassam b'ġustizzja fil-modalita' li kienet maħsuba li tidħol fis-seħħ b'effett mit-2 t'April 2007 u li minħabba din it-theddida ġiet sospiża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda thedida ta' azzjoni industrijali mill-Union imsemmija dwar il-kaz imsemmi. Huwa ppjanat li l-qasam imsemmi jiġi diskuss mal-istess Union fil-ġejjieni qarib.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qamet lill-Gvern Malti l-ispiża biex Malta issieħbet fis-SIS for all? Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża biex Malta wara tissieħeb fis-SIS II?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 24051.
Malta tissieħeb fis-SISoneforall meta jkunu konklużi l-preparamenti kollha tekniċi u amministrattivi neċessarji u wara li jiġi assigurat mill-Kummissjoni Ewropea li lħaqna l-livelli stabbiliti. Kif diġa għidt fit-tweġiba hawn fuq imsemmija, ħafna mill-ispejjeż li ser jintefqu għal din is-sistema kienu xorta waħda ser jintużaw biex inkunu nistgħu ningħataw aċċess għas-SIS II.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Marzu 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Marzu 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Marzu ta’ l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 65 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Against morals/honour - family5
Arson4
Attempted offences74
Bodily harm82
Damage231
Drugs16
Forgery7
Fraud8
Homicide1
Illegal Immigration3
Perjury / false swearing1
Prostitution5
Sexual offences8
Theft585
Threats and private violence3
Violence against public officers9
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallsu VAT il-kunsilli lokali kollha ta' Malta u t'Għawdex, kunsill b'kunsill mill-1995 meta ġiet introdotta l-VAT sa Marzu 2007 sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella fejn hemm indikat il-VAT imħallsa mill-Kunsilli Lokali għas-snin finanzjarji tal-Kunsilli 2003-04 sa 2005-06, liema informazzjoni kienet intalbet fir-rigward tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20845.
Għar-rigward is-snin l-oħra, billi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallsu VAT il-kunsilli lokali kollha ta' Malta u t'Għawdex, kunsill b'kunsill mill-1995 meta ġiet introdotta l-VAT sa Marzu, 2007 sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba peress li d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 56 ta’ l-Att Dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud jipprekludu dan minħabba s-Segretezza Uffiċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-indirizz ta' l-aġenzija, li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separtament? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-indirizz inbidilx matul dawn l-aħħar ħames snin għall-finijiet tal-ħlas tat-trading licence?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ebda nformazzjoni ma nstabet fis-sistema ta' l-Licensing Management Systemrigward Lazda Supermarket (Operatur Louis Brincat).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Jannar 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Jannar 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Jannar ta’ l-2007, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 38 każ ta’ serq li f’19 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up1
Pick Pocketing77
Snatch & grab16
Serq minn dgħajjes6
Serq ta’ dgħajjes1
Serq ta’ karozzi35
Serq minn karozzi162
Serq minn residenzi47
Serq minn barijiet / lukandi22
Serq minn fabbriki4
Serq minn ħwienet32
Serq ieħor247