Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li wara li ġiet imported l-istop list tas-Schengen (SISII) qegħdin jinqalgħu problemi tekniċi li bihom qegħda teħel is-sistema tal-computers fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta bil-konsegwenza li l-passiġġieri ta' pajjiżi terzi mhux qegħdin jinqdew b'effiċjenza?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli l-okkażjoni nispjega fi tweġibiet preċedenti dwar is-suġġett, is-sistema SIS II għadha ma ġietx introdotta. Din ser tkun lesta sa l-aħħar ta' Diċembru 2008. Pero', ninsab infurmat illi mill-1 ta' Settembru li għadda, bdiet titħaddem is-sistema SISoneforAll. Sa fejn huwa magħruf din is-sistema qed taħdem pjuttost tajjeb. Pero' ġie identifikat difett tekniku fl-apparat li qed tkun indirizzat. Ma jirriżultax li qed ikun hemm xi dewmien għall-passiġieri ta' pajjiżi terzi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Gvern Taljan offra s-sistema kompleta tas-software tax-Schengen b'xejn iżda l-Gvern għażel li jixtri s-sistema mingħand il-Portugiżi bi ħlas? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa s-sistema?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li s-sistema magħrufa bħala SISoneforAll ingħatat mingħajr ebda ħlas mill-Gvern Portugiż lill-pajjiżi kollha li qed jaspiraw li jidħlu fiż-żona Schengen fit-tkabbir li jmiss, ovvjament inkluża Malta. Apparti s-software inniffsu, kull pajjiż ingħata wkoll għajnuna teknika mill-Gvern Portugiż biex jiġi assigurat li din is-sistema taħdem sew. Il-Gvern Taljan ta lill-Korp tal-Pulizija sistema totalment separata, relata max-xogħol ta’ dak li hu magħruf bħala SIRENE Office li ġie mwaqqaf dan l-aħħar fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija kif ukoll is-sistema l-oħra magħrufa bħala N.SISII. Dawn iż-żewġ sistemi wkoll ingħataw bla ħlas.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mwettqa serqiet matul Settembru 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Settembru 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru tas-sena 2007, il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher fit-tabella li qed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 32 każ ta' serq li f'27 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew mwettqa reati matul Settembru 2007? Jista' jikklassifka r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Settembru 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Settembru tas-sena 2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 49 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Jista' l-Ministru jgħid saritx stima ta' l-ispiża għas-servizzi li ser jgħaddu għall-proġett ta' Smart City? Kemm ħarġet flus l-Unjoni Ewropea għas-servizzi tal-proġett, jekk ħarġet?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari nru. 27085. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-UE ma' ffinanzjat xejn."
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżenjaw membri tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2006 u matul is-sena 2007 sat-18 ta' Settembru 2007? Jista' jagħti rendikont tal-informazzjoni mitluba fil-gradi kollha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp li rriżenjaw fil-perijodu indikat fil-Mistoqsija hu kif ġej:-
SupretendentiSpetturiSurġenti MaġġuriSurġentiKuntistabbliTotal
Riżenji matul 2006---11213
Riżenji sa 18/09/2007-2-41218
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ġunju 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Ġunju 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ġunju ta' l-2007, il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 29 każ ta' serq li f'14 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up
2
Pick Pocketing
31
Snatch & grab
11
Serq minn dghajjes
3
Serq ta’ dghajjes
6
Serq ta’ karozzi
27
Serq minn karozzi
198
Serq minn residenzi
38
Serq minn barijiet / lukandi
40
Serq minn xtajtiet
70
Serq minn fabbriki
0
Serq minn hwienet
19
Serq iehor
269
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ġunju 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ġunju 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ġunju ta' l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 50 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Against morals/honour of family
4
Arson
11
Attempted offences
71
Bodily harm
120
Computer misuse
1
Crimes vs administration of justice etc
1
Damage
244
Drugs
12
Forgery
5
Fraud
5
Illegal Immigration
19
Prostitution
8
Sexual offences
7
Theft
714
Threats and private violence
6
Violence against public officers
16
Violence against place of confinement
1
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Lulju 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Lulju 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Lulju ta’ l-2007, il-kazi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taht, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 27 każ ta’ serq li f’21 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up3
Pick Pocketing75
Snatch & grab15
Serq minn dgħajjes11
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi33
Serq minn karozzi202
Serq minn residenzi83
Serq minn barijiet / lukandi253
Serq minn xtajtiet173
Serq minn hwienet35
Serq ieħor476
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Lulju 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Lulju 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Lulju ta' l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 54 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Arson
8
Attempted offences
104
Bodily harm
122
Computer misuse
3
Crimes vs administration of justice etc
1
Damage
302
Drugs
12
Forgery
5
Fraud
6
Homicide
1
Illegal Immigration
22
Against morals/honour of family
5
Prostitution
7
Sexual offences
8
Theft
1364
Threats and private violence
7
Violence against public officers
13
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Awissu 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Awissu 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu ta’ L-2007, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 27 każ ta’ serq li f’7 minnhom diga’ nbdew proceduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up
2
Pick Pocketing
63
Snatch & grab
16
Serq minn dghajjes
30
Serq ta’ dghajjes
9
Serq ta’ karozzi
34
Serq minn karozzi
175
Serq minn residenzi
83
Serq minn barijiet / lukandi
204
Serq minn xtajtiet
127
Serq minn fabbriki
9
Serq minn hwienet
11
Serq iehor
394
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu ta' l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 47 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Abuse of public authority
1
Arson
8
Attempted offences
62
Bodily harm
143
Computer misuse
2
Crimes against public safety
1
Damage
284
Drugs
19
Forgery
2
Fraud
12
Illegal Immigration
15
Infanticide / abandon of child
1
Against morals/honour of family
3
Perjury & false swearing
1
Prostitution
3
Sexual offences
11
Theft
1157
Threats and private violence
10
Violence against public officer
15
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali tal-kunsilli lokali, kunsill, kunsill? Jista' jgħid kemm tħallsu dawn il-konsulenti kunsill, kunsill b'indikazzjoni tal-konsulent legali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, ser tingħata tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija huwiex se jkun involut fit-trasport u distribuzzjoni u l-organizzazzjoni tal-munita Ewro meta tidħol f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Naħseb illi illum huwa fatt magħruf illi t-trasport tal-munita Ewro issir taħt sigurta' stretta mill-Forzi tal-ordni tal-pajjiż.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta' Malta hux se jkunu nvoluti fit-trasport u d-distribuzzjoni u l-organizzazzjoni tal-munita Ewro meta tidħol f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nista’ nikkonferma li l-Forzi Armati ta’ Malta ser jiġu nvoluti fit-trasport u d-distribuzzjoni tal-munita Ewro meta din tidħol f’Malta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument relattiv għall-permess tal-Pulizija, jekk hemm, tal-ħanut li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ninforma lill-Kamra, il-liċenzji tan-negozju, m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija.
Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Mejju 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Mejju 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Mejju ta' l-2007, il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 38 każ ta' serq li f'20 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up
3
Pick Pocketing
19
Snatch & grab
12
Serq minn dghajjes
10
Serq ta’ dghajjes
3
Serq ta’ karozzi
29
Serq minn karozzi
147
Serq minn residenzi
55
Serq minn barijiet / lukandi
20
Serq minn xtajtiet
9
Serq minn fabbriki
2
Serq minn hwienet
17
Serq iehor
211
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Mejju 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Mejju 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Mejju ta' l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 39 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Arson
8
Attempted offences
46
Bodily harm
111
Computer misuse
3
Crimes against public safety
1
Crimes vs administration of justice etc
1
Damage
230
Drugs
14
Forgery
4
Fraud
9
Illegal Immigration
19
Against morals/honour of family
3
Perjury & false swearing
3
Prostitution
8
Sexual offences
3
Theft
537
Threats and private violence
3
Violence against public officers
6
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reinstated fil-Korp tal-Pulizija ex-membri tal-korp li kienu preċedentament instabu ħatja ta' reati kriminali mill-perijodu 1988 sal-31 ta' Mejju 2007? Jista' jagħti rendikont dettaljat ta' x'kienu r-reati kriminali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata, u jirrikjedi aktar ħin sabiex jinġabar. Tweġiba ser tingħata f'xi Seduta oħra.