Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1573 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Ħlas ta' Pagi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda finanzjarja tal-Korp tal-Pulizija rigward ħlas ta' pagi u huwa minnu li m'hemmx fondi adekwati? Jista' jgħid jekk hux minnu li fis-sena 2007 sar ħlas ta' pagi minn fondi li ma kenux allokati għal hekk u dan għax spiċċa l-fond?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li bħas-snin preċedenti ma hemmx problemi fid-direzzjoni indikata mill-Onor. Interpellant..
Leg 11 PQ #1303 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Moll tal-vapuri — Skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jassigura li ma jitħalliex skart fejn il-moll fejn jirmiġġjaw il-vapuri, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali Sliema kemm-il darba informa lis-sidien ta’ dawn il-bastimenti li huma obbligati sabiex jagħmlu arranġament ma’ kuntratturi privati għall-ġbir ta’ dan l-iskart. Il-Kunsill qabbad ukoll il-wardens biex jissorveljaw din iż-żona. Hemm vapuri li jidħlu bil-lejl u mhux qed jinqabdu mill-wardens. Madanakollu, il-Kunsill, bil-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, qiegħed jipprovdi servizz ta’ ġbir ta’ l-iskart extra kull filgħaxija.
Leg 11 PQ #1313 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Illegalita'

Question

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 407, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-passi neċessarji li l-MEPA qed tgħid li qegħda tieħu stante li l-illegalita' kienet u għadha eżistenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li ttieħed il-proċess kollu kif spjegat f'Mistoqsija Parlamentari Numru 407, l-iżviluppatur reġa’ ġie formalment infurmat għal aħħar darba li azzjoni imminenti fil-konfront ta' l-iżvilupp illegali li għandu, tista’ tittieħed minn ħin għal ieħor. Dan isir sabiex kemm jista’ jkun issir pressjoni sabiex l-iżvilupp illegali jitneħħa mis-sid innifsu mingħajr il-ħtieġa ta' intervent dirett mill-MEPA. L-awtorità tibqa’ ssegwi l-każ sa ma s-sitwazzjoni tiġi regolarizzata skond il-liġi.

Teħid ta' proprjeta — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-kumpens dovut lill-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, flimkien mad-dettalji tal-każ, għall-art proprjeta' tagħhom li ttieħdet mill-Gvern ta' Malta għal skop pubbliku permezz tal-Gvern? Jista' jgħid meta se jieħdu tali kumpens?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ma jistax jingħad kemm hu il-kumpens dovut lill-persuni li d-dettalji tagħhom flimkien mad-dettalji tal-każ intbagħtu separatament għaliex id-Dipartiment qiegħed fl-istadju li jirrevedi l-istimi relevanti skond il-liġi. Il-kumpens ikun jista’ jitħallas malli d-Dipartiment ta’ l-Artijiet ikollu r-riżorsi neċessarji għal dan il-għan.
Leg 11 PQ #832 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri barranin newly admitted

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi barranin ġew il-priġunieri barranin newly admitted fl-2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-priġunieri newly admitted fl-2007 ġew minn dawn il-pajjiżi barranin : Albanija, Alġerija, Ingilterra, Bulgarija, Ċad, Olanda, Eġittu, Etjopja, Franza, Ġermanja, Gwineja, Italja, Kosta ta' l-Ivorju, Libja, Liberja, Marokk, Niġer, Niġerja, Palestina, Panama, Rumanija, Russja, Sierra Leone, Slovenja, Somalja, Sudan, Sirja, Tuneżija, Turkija u l-ex Jugoslavja.
Leg 11 PQ #826 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — Eta'/Sess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri sentenzjati fl-2007 skond gruppi ta' etajiet u s-sess tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Intepellant qiegħeda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #827 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — Sentenza skontata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm priġunieri sentenzjati fl-2007 kienu skontaw sentenzi qabel (minn waħda sa tmienja u aktar)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ir-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra
Leg 11 PQ #828 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — Sentenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu twal is-sentenzi tal-priġunieri li ġew issentenzjati fl-2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qiegħeda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #829 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — Sentenzi oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu s-sentenzi l-oħra - apparti dawk karċerarji - li ngħataw il-priġunieri sentenzjati fl-2007? Per eżempju, acquittals, suspended sentences, probation, fine/multa, court orders, declared insane, extradited, deported)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qiegħeda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #830 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reati tal-priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-reati li għalihom ġew misjuba ħatja l-priġunieri li ġew sentenzjati fl-2007 skond is-sess tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qiegħeda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #831 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri newly admitted

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema distretti tal-pulizija ġew il-priġunieri Maltin newly admitted fl-2007?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Teħid ta' proprjeta — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-kumpens dovut lill-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, flimkien mad-dettalji tal-każ, għall-art proprjeta' tagħhom li ttieħdet mill-Gvern ta' Malta għal skop pubbliku permezz tal-Gvern? Jista' jgħid meta se jieħdu tali kumpens?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-inkjesta interna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan billi għaddej iż-żmien ġmielu? Jista' jgħid jekk tax deadline biex l-inkjesta tagħlaq? Jista' jgħid jekk il-pulizija li kienu qegħdin għassa ma' din il-persuna fil-ħin li kien id-depot ġewx sospiżi jew le, pendenti ż-żewġ inkjesti li għaddejjin bħalissa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li x-xiehda u l-provi fl-Inkjesta pubblika ai termini tal-Kapitolu 273 tal-Liġijiet ta’ Malta qed jinġabru. Għalkemm ma ġietx pre-stabbilita ġurnata għall-għeluq tagħha, il-Gvern talab sabiex din l-Inkjesta tiġi konkluża fl-iqsar żmien possibbli. Ninsab infurmat ukoll li preżentement ebda membru ma ġie sospiż.

Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati bejn Ottubru 2007 u April 2008 xahar b'xahar u jikklassifikahom? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati bejn Ottubru u April 2008 xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet bejn Ottubru 2007 u April 2008 xahar b'xahar u jikklassifikahom? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet bejn Ottubru 2007 u April 2008 xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #407 Sitting 8 2008-05-26 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA

Question

B'referenza għall-ordni ta' nfurzar tal-MEPA, li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm l-eżekuzzjoni ta' l-ordni ta' l-infurzar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità ta’ l-Ambjent u l-Ippjanar qed tieħu l-passi neċessarji sabiex din l-illegalità titneħħa.

Pulizija mara

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li pulizija mara li kienet għadha kemm ġiet reklutata u kienet qegħda tattendi l-Akkademja tkeċċiet mill-Korp għaliex ħarġet tqila?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi rekluta mara li kienet qed tattendi t-taħriġ bażiku fil-kors ta' kuntistabbli fl-Akkademja tal-Pulizija, kienet ippreżentat ċertifikat mediku li hija ma' setgħetx tkompli t-taħriġ fiżiku minħabba li kienet ħarġet tqila. Stante li t-taħriġ fiżiku kif ukoll taħriġ ieħor ta' strapazz huwa parti integrali mill-kors ta' taħriġ ta' kuntistabbli, din l-istess rekluta kienet twaqqfet milli tkompli r-reklutaġġ.

Self-employed — Bolol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex is-self-employed mhux qed jingħataw l-opportunita' jħallsu l-bolol tas-sigurta' soċjali li ma tħallsux qabel is-sena 2007? Jista' wara kollox jiġi kkunsidrat li tingħata din l-opportunita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, persuna li taħdem għal rasha tista’ tħallas arretrati ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali dovuti sa massimu ta’ ħames snin b’lura.

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hijiex prassi li għar-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija ma jintgħażlux applikanti li jkollhom tpinġija jew tattoos fuq partijiet ta' ġisimhom? Jista' jgħid jekk fil-fatt fil-Korp tal-Pulizija hemmx uffiċjali li daħlu fil-Korp bit-tattoos?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi applikanti li jkollhom tatwaġġi fuq persunithom mhux eskluż li jidħlu membri fil-Korp tal-Pulizija. Iżda l-policy prevalenti fuq dawn it-tatwaġġi hija li dawn iridu jkunu ta' ċertu qis u mpinġija f'postijiet tal-ġisem li jistgħu jiġu faċilment mgħottija meta wieħed jilbes id-diversi uniformijiet jew clothing issues tal-Korp, inkluż t-shirt u shorts, b'mod li l-ebda parti tat-tatwaġġ m'għandha tkun tidher. Infurmat ukoll li applikanti li kienu jissodisfaw il-policy hawn fuq imsemmija tħallew jidħlu fir-reklutaġġ.

Rendikont tal-Fondi mill-UE

Question

B'referenza għad-diskors tal-Viċi Prim Ministru fuq l-estimi ta' l-intern nhar il-Ħamis 25 ta' Ottubru, 2007, fejn il-Viċi Prim Ministru kellu jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont tal-fondi mill-UE li l-Korp tal-Pulizija applika għalihom biex jilqa' għall-impatt ta' l-immigrazzjoni rregolari, liema rendikont baqa' ma ġiex impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, presumibilment bi żvista, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi t-tagħrif opportun fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub mill-Onor Interpellant.