Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5161 Sitting 64 2013-10-21 Oral · Final From: FREDRICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — servizz ta' ECG

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid jekk is-servizz tal-ECG, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, issa se jibda jingħata sas-2.00pm biss kuljum? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu biex ikun hemm dan it-tnaqqis? X'arranġamenti se jkun hemm biex min ikollu bżonn dan is-servizz wara is-2.00pm ikun jista' jingħatalu f'waqtu ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-servizz tal-ECG, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, qiegħed jingħata sas-2.00 pm. Ir-raġuni ta’ dan hi li ma hemmx biżżejjed ECG technicians biex ikopru iżjed mis-2:00pm. L-arranġamenti biex min jkollu bżonn dan is-servizz wara is-2.00pm ikun jista' jingħatalu f'waqtu, ser jibqgħu kif kienu f’dawn l-aħħar snin, billi l- ECG jieħdu it-tabib li ikun hemm fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Meta ntalbu aktar ECG technicians mit-tmexxija tal-isptar, l-isptar ġie nfurmat li anki Malta hemm nuqqas ta’ dawn it- technicians u allura għalissa ma jistgħux jiġu trasferiti.

Nuqqas ta’ ħrieqi lill-persuni b’diżabilità Għawdxin

Question

Peress li familjari ta' persuni Għawdxin b'diżabilità u persuni oħra li jbatu minn inkontinenza qed jilmentaw għax mhux qed jingħataw ħrieqi u dan qed ikun ta’ inkonvenjent, tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni u tara li din il-problema tiġi riżolta immedjatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Nixtiequ Ninfurmaw lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-Benfiċċjarji Għawdxin il-kuntratt tas-Servizz ta` Inkontinenza huwa kuntratt separat minn dak tal-benfiċċjarji Maltin.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1615 fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 694, li fiha l-Prim Ministru kien wieġeb illi l-mistoqsija parlamentari kellha ssir lill-Ministru kkonċernat, u peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 735 il-Ministru qal li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, jista’ issa l-Ministru jagħti din l-informazzjoni, u ċjoè kemm hu n-numru tal-individwi impjegati minn barra s-servizz pubbliku u jekk dawn kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi 12-il impjegat ġew minn barra s-settur pubbliku u 2 oħra kienu qed jirreġistraw għax-xogħol
Leg 12 PQ #2565 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: FREDRICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Peress li għall-mistoqsijiet parlamentari 736 li saret fis-26 ta' April 2013 u 1616 li saret fil-15 ta’ Mejju 2013 dwar impjegati fis-segretarjat tal-Ministeru li huma minn barra s-Servizz Pubbliku l-Ministru rreferieni għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 63 u d-dokumenti relatati li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, u peress li minn dan it-tagħrif ma joħroġx it-tagħrif mitlub, u ċjoè kemm hu n-numru tal-individwi impjegati minn barra s-servizz pubbliku u jekk dawn kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC), jista’ issa l-Ministru jwieġeb din il-parti tal-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li 3 mill-impjegati fis-segretarjat kienu jirreġistraw għax-xogħol mill-ETC

Nuqqas ta’ ħrieqi lill-persuni b’diżabilità Għawdxin

Question

Peress li familjari ta' persuni Għawdxin b'diżabilità u persuni oħra li jbatu minn inkontinenza qed jilmentaw għax mhux qed jingħataw ħrieqi u dan qed ikun ta’ inkonvenjent, tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni u tara li din il-problema tiġi riżolta immedjatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Impjegat fis-segretarjat minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 735 u jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-servizz pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 694.
Leg 12 PQ #1616 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: FREDRICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Impjegati fis-segretarjat minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 736, dwar persuni impjegati minn barra s-servizz pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru, fejn fir-risposta tiegħu l-Ministru rreferieni għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 63, peress li r-risposta għal din mistoqsija parlamentari hi dwar salarji, allowances u benefiċċji oħra ta' uffiċjali fis-segretarjat tal-Ministru u peress li din ir-risposta ma għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija oriġinali li saret lill-Ministru, jista' l-Ministru jirrispondi u jagħti d-dettalji hekk kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari 736? Jista' l-Ministru fir-risposta tiegħu, meta jsemmi n-numru ta' persuni minn barra s-Servizz Pubbliku fis-segretarjat tal-Ministeru, jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji dwar dawn l-individwi: l-isem ta' dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom, u l-impjieg preċedenti tagħhom

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-risposta flimkien ma’ dokumenti relatati, ġiet imwieġba u mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 7 mistoqsija parlamentari 63 datata 15 ta’ April 2013.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 732, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari, tista' l-Ministru tinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #736 Sitting 15 2013-05-06 Oral · Final From: FREDRICK AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kinux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru tlieta u sittin (63)

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat tal-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura ġew impjegati 13-il persuna minn barra s-Servizz Pubbliku. Individwu wiehed kien jirreġistra għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Leg 12 PQ #729 Sitting 14 2013-04-30 Oral · Final From: FREDRICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm għaxar persuni mpjegati fis-segretarjat tal-Ministeru li huma minn barra is-servizz pubbliku. Minn dawn persuna wahda kienet tirreġistra mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku

Question

Tista' l-Ministru tgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tagħha ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 7 kienu jaħdmu, 1 kien jaħdem part-time, 4 bla xogħol u ma kinux jirreġistraw, 2 bla xogħol u kienu jirreġistraw, 1 kien ġej redundant u 4 kienu jaħdmu xogħol prekarjat.
Leg 12 PQ #726 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: FREDRICK AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — persuni impjegati mill-ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-Segretarjat tal-Ministeru tat-Turiżmu ġew impjegati 4 individwi li huma minn barra s-servizz pubbliku iżda ħadd minnhom ma kien jirregistra għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC).