Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm: (a) Impjegati b'diżabilita' reġistrati skond l-Att ta' l-impjiegi b'diżabilita' ta' l-1969; (b) Impjegati oħra li għandhom diżabilita', ma' kull ministeru, dipartimenti, korpi parastatali, kummissjonijiet, korporazzjonijiet, banek, awtoritajiet, aġenziji, programmi eċċ fejn il-gvern għandu maġġoranza ta' l-ishma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 3.5.99

Gozo Channel — Bini ta' vapuri

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-vapuri l-ġodda li l-Malta Shipbuilding qed jibnu għal Gozo Channel se jkunu aċċessibli għal kulħadd inkluż persuni b'diżabilita' anke dawk li jużaw siġġu tar-roti? Jista' jgħid kif qed jassigura dan? Hemm kuntatti mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' dwar din l-issue?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-vapuri l-ġodda tal-Gozo Channel ser ikunu aċċessibbli anke għal persuni b'diżabbilta'. Dawk li jużaw siġġu tar-roti ser ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-lifts li ser jiġu installati fil-car deck u li jwasslu għall-Passenger Areas. Barra minn hekk, meta jitlestew it-Terminals il-ġodda, ikun hemm passaġġ dirett mit-Terminal għall-Passenger Deck. S'issa il-Bord il-ġdid tal-kumpanija Gozo Channel ma kellux kuntatt mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbilta'.
Leg 9 PQ #5931 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hi preżentament il-popolazzjoni ta' studenti fulltime f'kull skola - primarja, sekondarja, junior lyceums, trade schools u post-sekondarji f'Malta? Kemm ġew allokati flus din is-sena, 1999, lil kull skola għal: (1) impressed for materials and supplies; (2) impressed for maintenance; u (3) impressed for furniture and equipment?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Air Malta — First aid kits

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet mixtrija u mportata l-aħħar konsenja ta' materjal tal-first aid li kellha tintuża fuq il-first aid kits ta' l-ajruplani ta' l-Air Malta, liema kit huwa intenzjonat biex jintuża mill-Cabin Crew? Fiex kienet tikkonsisti din il-konsenja? X'baqa' minn din il-konsenja li ġiet importata? Fiex jikkonsisti l-kit preżenti tal-first aid li jinġarr fuq l-ajruplani ta' l-Air Malta li jintuża mill-Cabin Crew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Air Malta ma timpurtax materjal tal-first aid. L-aħħar ordni ta' materjal mediku għall-użu fil-First Aid Kits saret f'Mejju tas-sena l-oħra skond kuntratt li rebħet ditta lokali wara sejħa għall-offerti. Madankollu l-Kumpanija, minn żmien għal żmien, tixtri mingħand ditti lokali biex jiġu rimpjazzati l-istocks ta' medikamenti meta dawn ikunu qed jonqsu. F'dawn il-kits ikun hemm dawk l-items li wieħed normalment isib fihom u skon l-approvazzjoni tat-tobba tal-Kumpanija.

Djar — Skema Q

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jinforma lill-Kamra jekk l-Iskema Q ta' kumpens għall-okkupazzjoni fuq plots maħruġa taħt l-iskema ta' Home Ownership Scheme mill-Awtorita' tad-Djar tippermettix lill-benefiċjarji jagħmlu kuntratt finali simultanjament mal-fidi taċ-ċens rispettiv? Jekk le, jista' l-Minsitru jgħid meta l-Awtorita' tad-Djar se tkun f'pożizzjoni li tagħmel dawn il-kuntratti finali ujsemmi time-frame f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iskema 'Q' hija applikabbli għal dawk il-benefiċjarji li l-kuntratt ta' enfitewsi perpetwa għadu ma sarx peress li l-Awtorita' tad-Djar għad ma għandiex titolu legali fuq l-art. Għalhekk il-kuntratt finali ma jistax isir simultanjament mal-fidi. Meta d-Dipartiment ta' l-Art jgħaddi t-titolu legali fuq l-art lill-Awtorita' tad-Djar, l-Awtorita' tkun tista tiffirma il-kuntratt finali. 1.2.99
Leg 9 PQ #3756 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Tajpisti każwali

Question

B'riferenza għat-tajpisti każwali nisa li kienu ġew impjegati mal-Gvern f'Mejju 1989 wara sejħa għall-applikazzjoni tal-gazzetta tal-Gvern fl-24 ta' Frar, 1989, li kollha kienu nisa kkwalifikati li qabel kienu mpjegati bħala skrivani, iżda kellhom jirriżenjaw meta żżewġu u peress li l-kondizzjonijiet tagħhom kienu rranġati kemm-il darba, tant illi llum il-ġurnata dawn igawdu kważi l-benefiċċji kollha bħal kull impjegat ieħor iżda għadhom impjegati fuq bażi part-time, jista' l-Prim Ministru jgħid,issa li għaddew għaxar snin, jekk hemmx il-ħsieb li dawn it-tajpisti jiġu mpjegati bħal ħaddiema regolari oħra jiġifieri fuq bażi fulltime?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif imwiegħed fil-Programm Elettorali l-Gvern bi ħsiebu illi l-ħaddiema li ilhom snin twal jaħdmu bħala casuals isiru tal-fiss. Il-każ tat-tajpisti każwali jiġi kkunsidrat f'dan il-qafas.