Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28778 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tfal b' Diżabilita' — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti ta' tfal b' diżabilita' minn Għawdex li jridu jiġu proċessati mill-Istatementing Moderating Panel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 26 każ pendenti ta' tfal b'diżabilita` minn Għawdex li qed jistennew biex jiżu proċessati mill-Istatementing Moderating Panel.
Leg 9 PQ #28779 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti Gradwati — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiggradwaw studenti minn Għawdex f' Novembru li ġej f' kull fakulta' u istituzzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjon mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28496 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Inċidenti tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irraportati inċidenti tat-traffiku fil-parti tat-triq li mill-Marfa twassal saċ-Ċirkewwa f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm minn dawn irriżultaw f' imwiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċidenti tat-traffiku rrapurtati lill-Pulizija li seħħew fi Triq il-Marfa u Triq iċ-Ċirkewwa, Mellieħa, f`dawn l-aħħar tlett snin kienu hekk: Sena Numru ta` inċidenti tat-traffiku rrapurtati Fatali 1999 34 xejn 2000 44 2 2001* 74 1 *Sat-30 ta` Settembru.

Lampa

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex lampa, li ilha approvata iktar minn sena u nofs biex tiġi installata ma Block L. Triq taċ-Ċawla, Rabat, Għawdex, għadha sa llum ma saritx l-istallazzjoni tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-lampa msemmija ma ġietx installata peress li xi residenti ta' l-istess blokk qed isibu oġġezzjoni.

Rabat — Triq Putiral

Question

Billi kull darba li l-karozzi tal-linja jiġu biex jgħaddu min Pjazza San Franġisk għal Triq Putiral, Rabat, Għawdex, qed ikun hemm kongestjoni kbira tat-traffiku, jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li jiġi installati traffic lights li jaħdmu b'sistema elettronika li meta l-karozzi tal-linja ikunu viċin tagħhom jinxtgħel id-dawk aħmar u hekk it-traffiku li jkun ġej minn Triq Putirjal u mill-parking ta' ħdejn il-Bus Terminus jieqaf sa x'ħin jgħaddu tal-linja

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Ministeru għal Għawdex u l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jaraw x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #26448 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jara li l-VAT dovuta fuq oġġetti li jimportaw passiġġieri li jaslu fl-ajruport ta' Malta, wara l-ħinijiet normali tal-uffiċċju, tkun tista' titħallas dak in-nhar; peress li waqt li f'dawn il-ħinijiet ikum hemm uffiċċjal tad-dwana li jitħallas it-taxxa dovuta lid-Dwana, minn naħa l-oħra mhux qed ikun hemm uffiċċjal tal-VAT u l-oġġetti qed jitħallex l-ajruport sa ma titħallas il-VAT, b'inkonvenjenza għal-pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jidher illi l-mistoqsija tirreferi għal dawk il-passiġġieri/importaturi li jġibu magħhom oġġetti fi kwantitajiet kummerċjali u li għar-raġunijiet tagħhom ma jimpurtawhomx bl-airfreight. Il-proċedura hija illi l-merkanzija fid-diversi bagolli ta' dawn l-impurtaturi tkun eżaminata fl-uffiċċju tad-Dwana ta' l-Arrivals biex wara li jitħallas dak li jkun dovut tiġi rilaxxata. Dan isir matul il-ħinijet tal-ġurnata ta' l-uffiċċju. Tajjeb forsi jingħad li f'dawn il-każi diġa dawn l-impurtaturi qed jingħataw ċertu faċilita' fuq min jimpurta bl-airfreight għaliex mhux qed jintbagħtu l-Airfreight Section biex jagħmlu u jipproċessaw id-dokumenti hemm u wara jkollhom imorru lura għall-eżami tal-merkanzija u r-rilaxx fl-Arrivals.
Leg 9 PQ #26487 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ċimiterju ta' Santa Marija

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta hemm il-ħsieb li jibda x-xogħol li għandu x'jaqsam mat-tkabbir taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li għad m'hemmx data stabbilita meta għandu jibda x­xogħol imsemmi.
Leg 9 PQ #26488 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Hwienet Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu kwienet ġodda xahar b'xahar f'kull raħal f'Għawdex fl-aħħar sentejn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li matul is-sena 2000 u mill-1 ta’ Jannar 2001 sal-14 ta’ Ġunju 2001 inħarġu b’kollox f’Għawdex 61 il-permess ta’ ħwçnet ġodda. Dawn huma maqsuma xahar b’xahar kif inhu elenkat hawn taħt: Jannar 2000 : xejn Frar 2000 : 10 (1 Għajnsçlem, 1 Kerċem, 1 Nadur, 5 Victoria, 1 Xlendi u 1 Żebbuġ) Marzu 2000 : 5 (1 Nadur, 3 Victoria, 1 Xewkija) April 2000 : xejn Mejju 2000 : xejn Ġunju 2000 : 1 (1 Qala) Lulju 2000 : 6 (1 Nadur, 1 Sannat, 3 Victoria u 1 Xagħra) Awissu 2000 : Xejn Settembru 2000 : 3 (1 Marsalforn, 1 Victoria u 1 Xewkija) Ottubru 2000 : 6 (2 Għajnsçlem, 1 Għarb, 2 Victoria u 1 Xewkija) Novembru 2000 : xejn Diċembru 2000 : xejn Jannar 2001 : 10 (1 Marsalforn, 1 Mġarr, 1 San Lawrenz, 4 Victoria, 2 Xewkija u 1 Xlendi) Frar 2001 : 10 (1 Marsalforn, 1 Nadur, 1 Qala u 7 Victoria) Marzu 2001 : 3 (1 Sannat, 1 Victoria u 1 Xagħra) April 2001 : 4 (1 Qala u 3 Victoria) Mejju 2001 : 1 (1 Victoria) Mill-1 ta’ Ġunju 2001 sal-14 ta’ Ġunju 2001: 2 (1 Għajnsçlem u 1 Xagħra)

Gozo Channel — Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet irrapportata ħsara, fl-aħħar sena, fuq il-vapuri li jifformaw il-flotta tal-Gozo Channel? Jista' jagħti d-dati meta ġiet rapportat din il-ħsara fuq kull vapur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul l-aħħar sena, il-vapuri li jiffurmaw il-flotta tal-Kumpanija Gozo Channel ġarrbu ħsara ta' natura teknika f'dawn il-ġranet. M.V. Ta' Pinu matul is-sena 2000 fil-25 ta' April, fil-31 ta' Mejju, fit-30 ta' Ġunju, fit-8, fl-10 u l-25 ta' Lulju, fis-17 u d-19 ta' Awissu u fis-27 ta' Settembru. Matul is-sena 2001 fit-8, fid-9, fid-19, fl-20 u fil-21 ta' Jannar u fid-19 ta' Frar. M.V. Gaudos matul is-sena 2001 fl-14, fil-15, fit-18, fis-26 u fis-27 ta' Marzu. M.V. Calypso matul is-sena 2000 fil-21 ta' Marzu, fil-11, fit-12 u fil-15 ta' Ġunju u fis-26 u s-27 ta' Novembru. M.V. Cittadella matul is-sena 2000 fid-19 ta' April, fit-22 u fis-26 ta' Awissu, fil-5 u fid-29 ta' Ottubru, fid-19 u fl-20 (darbtejn) ta' Novembru. Matul is-sena 2001 fl-1, fit-2, fit-3 u fir-4 ta' Marzu. M.V. Mġarr matul is-sena 2000 fit-18 ta' April, fil-5 ta' Awissu, fit-8 u fid-9 ta' Ottubru u fid-29 ta' Diċembru.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali fil-Belt Victoria minn mindu bdew joperaw sa l-aħħar ta' Frar li għadda? Kemm minn dawn kienu dwar kontravenzjonijiet ta' 1) Parking 2) Dħaħen u emissjonijiet oħra minn silencers ta' vetturi 3) Storbju ikkaġunat minn silencers difettużi jew miksura 4) Nuqqas ta' lbies ta' seat belts 5) Tfiħ ta' ħmieġ jew skart barra 6) Ħruġ ta' skart domestiku ħafna qabel ma dan jinġabar 7) Ksur ieħor ta' regolamenti

Response (GATT, AUSTIN)

Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamru l-informazzjoni mitluba.

Segretariji tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'linji ta' kodiċi t'etika u regolamenti amministrativi jeżistu biex jirregolaw il-ħidma tas-segretarji tal-kunsilli lokali? Jista' l-Ministru jgħid speċifikament x'inhu l-rural tas-segretarju/i meta dan jkollu wkoll karigi politiċi?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kodici ta` Etika ghall-impjegati fis-Settur Pubbliku japplika ukoll ghas-Segretarji Ezekuttivi tal-Kunsilli Lokali u l-Hidma u l-impjieg taghhom huwa irregolat bil-Att ta` l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali (Kap. 363) u r-Regolamenti u l-Proceduri relatati. Is-sehem taghhom fil-politika hija ukoll regolata bl-istess kodici.

Oil Tanking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ħadmitx l-oil tanking minn Jannar, 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti d-dati meta din il-persuna kienet taħdem hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-persuna li ghaliha qed issir riferenza qatt ma kienet tahdem ma` l-M.O.B.C.
Leg 9 PQ #14997 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skejjel speċjali

Question

Rigward l-iskejjel speċjali, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm hemm studenti f'kull skola u l-eta' tagħhom; (b) kemm daħlu studenti ġodda minn Settembru 1999 'l hawn; (c) kemm studenti huma maħsuba li se jispiċċaw minn dawn l-iskejjel matul din is-sena; (d) kemm studenti hu ppjanat li jidħlu f'dawn l-iskejjel matul din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #12337 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Tajpisti każwali

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3756, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-wegħda tal-programm elettorali li għaliha għamel riferenza fir-risposta tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma għandi xejn aktar x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 3756 u numru 8656 ta' nhar il-21 ta' Jannar 1999 u t-12 ta' Lulju 1999 rispettivament.
Leg 9 PQ #12507 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Triq 31 ta' Marzu - Xogħlijiet

Question

Peress li l-parti tan-nofs ta' Triq 31 ta' Marzu, Rabat, għadha mħarbta ħafna u għalhekk qed tkun ta' inkonvenjent għal dawk li jiffrekwentaw iċ-ċentru pastoral Ragħaj it-Tajjeb, kif ukoll qed tkun kaġun ta' tajn fil-knisja meta tagħmel ix-xita, tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex possibbli li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa biex tiġi rranġata din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-parti tat-triq imsemmija mill-Onor Interpellant hija parti minn triq privata u fiċ-ċirkostanzi ma' jistax isir xogħol fiha.

Ċirkewwa — Rampa

Question

Jista' l-Ministru jara li r-rampa li tintuża mid-divers fiċ-Ċirkewwa (a) tinżamm fi stat nadif u (b) isir railing fiha biex jgħin lil dawk li jiffrekwentaw dan il-post?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser nara x`tip ta` tindif hu meħtieġ biex jiġi assigurat li min hu responsabbli minn dan ix-xogħol iwettqu.

Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm: (a) Impjegati b'diżabilita' reġistrati skond l-Att ta' l-impjiegi b'diżabilita' ta' l-1969; (b) Impjegati oħra li għandhom diżabilita', ma' kull ministeru, dipartimenti, korpi parastatali, kummissjonijiet, korporazzjonijiet, banek, awtoritajiet, aġenziji, programmi eċċ fejn il-gvern għandu maġġoranza ta' l-ishma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-Numru ta' mpjegati li huma persuni b'diżabilita' reġistrati skond l-Att ta' l-Impiegi b'Diżabilita' ta' l-1969 huwa ta' elf, mija u tmienja u tmenin (1,188). Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma' għandha l-ebda informazzjoni dwar impjegati oħra li għandhom ukoll diżabilita' iżda mhux reġistrati skond l-Att ta' l-Impjiegi b'Diżabilita' ta' l-1969 u li jaħdmu fis-settur pubbliku. 9.6.99

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Peress li meta persuna tikkwalifika għall-benefiċċju SAF, tirreġistra għax-xogħol u jkollha numru biżżejjed ta' kontribuzzjonijiet, tkun intitolata għall-benefiċċju għad-disimpjieg u sadanittat tkun intitolata għal credits li jibqgħu jgħoddu sakemm il-klijenta tibqa' tirreġistra kontinwament, u peress li bosta drabi jiġri li l-ETC tibgħat lil dawn għal xi korsijiet jew għal xi interviews għax-xogħol u jekk ma jaċċettawx jew ma jattendux għall-korsijiet, dawn jinqatgħu mir-reġistrazzjoni bil-konsegwenza li jieqfu l-credits, xi ħaġa li tkun żvantaġġ għalihom biex jieħdu ħsieb il-qraba tagħhom, jista' l-Viċi Prim Ministru jara tistax issir xi emenda fil-liġi biex dan ma jibqax isir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Biex persuna tikkwalifika għall-Għajnuna Soċjali magħrufa bħala SAF hi trid tissodisfa, apparti il-kundizzjonijiet stabiliti skond Art 30(8) ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, it-test tal-meżżi. Normalment dawn il-persuni ma jirreġistrawx għax-xogħol għax ikunu impenjati ma min ikunu qed jieħdu ħsieb, iżda m'humiex preklużi li jirreġistraw għax-xogħol. F'każ li dawn jkunu jirċievu benefiċċju għal waqt il-qagħad, dan jitnaqqas mill-ammont ta' Għajnuna Soċjali li titħallas skond kif titlob il-Liġi. Il-Liġi tipprovdi wkoll li persuna li qabel ma bdiet tirċievi l-Għajnuna Soċjali (SAF) kienet taħdem u kellha mhux anqas minn medja fis-sena ta' għoxrin kontribuzzjoni mħallsa jew akkreditati, xorta waħda jkollha dritt għall-kontribuzzjonijiet akkreditati minkejja li ma tkunx qed tirreġistra. 24.05.99