Il-Gvern Malti ssieħeb ma' l-Unjoni Ewropea biex is-sena 2003 tkun is-sena Ewropea tal-persuni b'diżabilita`. Jista' jgħid x'qed jippjana l-ministeru tiegħu għal din is-sena biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26447 cioe' billi kull darba li l-karrozzi tal-linja jiġu biex jgħaddu minn Pjazza San Franġisk għal Triq Putirjal, Rabat - Għawdex, qed ikun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jiġu stallati traffic lights li jaħdmu b'sistema elettronika li meta l-karrozzi tal-linja jkunu viċin tagħhom jinxtgħel id-dawl aħmar u hekk it-traffiku li jkun ġej minn Triq Putirjal u mill-parking ta' ħdejn il-bus terminus jieqaf sa x'ħin jgħaddu tal-linja? Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk minn meta ngħatat ir-risposta tiegħu kienx hemm xi żviluppi?
Response (GALEA, ĊENSU)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26447 ta' Ġunju 2001, jiena nfurmat illi l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ta' dak iż-żmien kien ikkunsidra il-proposta ta' l-Onor. Interpellant iżda nstab li dan is-suġġeriment ma jistax jiġi mplimentat.
L-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda ssegwi s-sitwazzjoni biex 'il quddiem tkun tista' tinstab soluzjoni sodisfaċenti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 35113, jista' il-Ministru ġentilment jgħid mill-1, 424 tifel u tifla b'diżabilita' mentali li jattendu s-CDAU kemm minn dawn it-tfal, subien u bniet separatament, huma ta' eta' 0 - 4 snin, 5 - 9 snin, 10 - 14-il sena u 15-il sena 'l fuq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej:
Eta`
Bniet
Subien
0-4 snin
52
111
5-9 snin
153
294
10-14 snin
239
566
15-il sena 'l fuq
4
5
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jużaw is-servizzi fi ħdan in-national support center (intervenzjoni bikrija, chronically ill students, tagħlim fl-isptar), li huma bejn 0 - sentejn, 3 - 5 snin, 6 - 11-il sena, 12 - 16-il sena u minn 16-il sena 'l fuq?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jattendu l-iskejjel speċjali li huma ta' eta' anqas minn 11-il sena, bejn 12 u 16-il sena u 16-il sena 'l fuq?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li jattendu: skejjel ta' l-istat (regolari u opportunity), skejjel tal-knisja, u skejjel indipendenti? Jista' jgħid kemm hemm minn dwan l-istudenti, subien u bniet separatament, li jattendu f'year 1 - 3, year 4 - 6, form 1 - 3 u form 4 - 5? Kemm minn dawn it-tfal għandhom facilitator magħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-digriet ingħata mis-Second ' Awla tal-Qorti Ċivili fl-aħħar 65 sena li permezz tiegħu xi ħadd ġie interdett jew inabilitat milli jagħmel xi atti tal-ħajja ċivili?
Ġew revokati minnhom dawn id-digrieti u jekk iva, kemm ġew revokati?
Kemm il-rikors hemm pendenti quddiem is-Second' Awla tal-Qorti Ċivili li permezz tiegħu qed tintalab l-interdizzjoni jew l-inabilitazzjoni ta' xi persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li f`dawn l-aħħar 65 sena kien hemm 1224 digriet li ngħata mis-Sekond` Awla tal-Qorti Civili u li permezz tiegħu xi ħadd ġie interdett jew inabilitat milli jagħmel l-atti tal-ħajja ċivili.
Kien hemm 35 digriet li ġew revokati u dawn huma mqassma kif ġej:
27 għal riabilitazzjoni
7 minn interdizzjoni għal riabilitazzjoni
1 minn riabilitazzjoni għal interdizzjoni
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija hemm 8 applikazzjonijiet pendenti għal interdizzjoni jew riabilitazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' intelletwali bħalissa li qed jiużaw is-servizz tac-child development and assessment unit (CDAU)? Kif huma mqassma skond l-eta', subien u bniet? Liema huma s-servizzi li ingħataw lil dawn it-tfal?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħalissa hemm 1424 tifel u tifla b'diżabilita' mentali li jattendi ic-CDAU b'etajiet li jvarjaw mit-twelid sa erbatax-il sena. Inkwantu 461 huma bniet u 963 huma subien. Dawn it-tfal jingħataw servizzi mediċi minn tobba speċjalizzati, servizzi ta' terapija minn fiżjoterapista, occupational therapists u speech therapists u u servizz ta' psikoloġista. Barraminhekk, jingħataw servizzi tal-vista u smiegħ u ta' 'early intervention' teacher fuq bażi ta' riferiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-digriet ingħata mis-Second ' Awla tal-Qorti Ċivili fl-aħħar 65 sena li permezz tiegħu xi ħadd ġie interdett jew inabilitat milli jagħmel xi atti tal-ħajja ċivili?
Ġew revokati minnhom dawn id-digrieti u jekk iva, kemm ġew revokati?
Kemm il-rikors hemm pendenti quddiem is-Second' Awla tal-Qorti Ċivili li permezz tiegħu qed tintalab l-interdizzjoni jew l-inabilitazzjoni ta' xi persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita` intelletwali bħalissa li qed jużaw is-servizz tac-Child Development and Assessment Unit (CDAU)?
Kif huma mqassma skond l-eta`, subien u bniet?
Liema huma s-servizzi li jingħataw lil dawn it-tfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru għas-Saħħa.
B'referenza għal-pilot study dwar il-parkeġġ ta' vetturi li qed isir fir-Rabat, Għawdex, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex jiġu ndikati it-tliet zoni li binhom ġie maqsum ir-Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Iż-żoni ta` kontroll ta` parkeġġ fir-Rabat u l-Fontana huma maħduma bħala żoni konċentrici, fejn l-iċken żona tkun iż-żona ċentrali, u hekk iż-żewġ żoni l-oħra akbar ikunu madwarha. Iż-żona ċentrali, magħrufa bħala żona A, hi żona ċentrali tar-Rabat u l-Fontana fejn studji xjentifiċi wrew li hemm l-akbar problema ta` konġestjoni ta` karozzi jfittxu jipparkjaw. L-istess studji xjentifiċi dwar il-problema ta` konġestjoni fil-bqija tar-Rabat u l-Fontana identifikaw Zona B, skond il-kriterju uniku ta` kemm jeżisti spazju għall-ipparkjar, u kemm hemm nies li jipprovaw jipparkjaw il-karozza fih.
Hekk per eżempju f`Zona A, fejn hemm 334 spazju għall-parkeġġ fil-ħinijiet l-aktar bieżla tal-ġurnata jkun hemm rata ta` karozzi ta` 143% ta` kemm hemm spazju, jiġifieri li għal żewġ spazji jkun hemm bejn wieħed u ieħor tlett karozzi ipparkjati. F`Zona B, fil-ħinijiet l-aktar bieżla tal-ġurnata is-794 spazju għall-parkeġġ ikunu kollha mimlija karozzi. F`Zona C fejn hemm 1916 il-spazju għall-ipparkjar, madwar nofs il-parkeġġi jkunu vojta anke fl-aktar ħin bieżel tal-ġurnata.
Intenni li dawn iż-żoni huma parti minn proġett pilota u l-konsegwenzi li kellu qed ikunu studjati mill-kumitat li għamel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern dwar din il-materja. Fi tmiem dan l-istudju jsiru l-modifikazzjonijiet kollha li jkun hemm bżonn, inkluz, jekk hemm bżonn, il-konfini taż-żoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas il-Perit li ismhu qed jintbagħat separatament mis-7 ta' April 1997 meta inħatar konsulent mal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali? Meta ntemmet il-ħatra tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Perit li għalih qed issir referenza mill-Onor. Interpellant u li kien ġie maħtur `Adviser` mal-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali fis-7 ta` April 1997, kellu salarju ta` LM4,875 fis-sena. Il-ħatra tiegħu ntemmet fl-1 ta` Mejju 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku li fihom kienu nvoluti persuni li kienu jużaw pedestrian crossings is-sena l-oħra u fl-ewwel 10 xhur ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku rraportati lill-pulizija fejn ittajru pedestrians bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena?
Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?
Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords miżmuma mill-Pulizija jirriżulta illi n-numru ta` pedestrians li ġew imtajra matul is-sena 2000, u matul is-sena 2001, sa l-aħħar ta` Ottubru, kien ta` 246 u 183 rispettivament. Fil-perijodi msemmija n-numru ta` dawk li mietu kawża ta` dawn l-inċidenti kien ta` 3 u 4 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku rapportati mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena u matul is-sena l-oħra f'Malta u f'Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2001, kien hemm 10,990 l-inċident tat-traffiku rrapurtati lill-Pulizija, filwaqt li matul is-sena 2000 kien hemm 12,644.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-persuna tilfet ħajjitha minħabba inċidenti tat-traffiku tul is-sena 2001 sa l-aħħar ta' Ottubru?
Kemm kien in-numru s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni li tilfu ħajjithom minħabba inċidenti tat-traffiku matul is-sena 2000 kien ta` 12, filwaqt illi matul is-sena 2001, sa l-aħħar ta` Ottubru, in-numru kien ta` 12 ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid kemm weġgħu nies kawża ta' nċidenti tat-traffiku s-sena l-oħra u fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 weġgħu 1,177 persuna kawża ta` inċidenti tat-traffiku, filwaqt li fl-ewwel għaxar xhur ta` din is-sena weġgħu 1,030 persuna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm appelli pendenti quddiem in-National Employment Authority minn Malta u Għawdex? Kemm hu iż-żmien tal-każi separatament li l-aktar ilhom jistennew biex jinstemgħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li sal-14 ta' Novembru 2001, kien hemm 292 appell pendenti quddiem in-National Employment Authority, li minnhom 32 huma minn Għawdex.
L-appell li l-aktar ilu pendenti f'Malta daħal fit-3 ta' Mejju 2001. Dan l-appell kellu jinstema' fil-31 ta' Lulju 2001 u l-appellant talab li jiġi pospost għal meta jiġi ntitolat għal-leave biex ikun jista' jattendi għas-smiegħ.
L-appell li l-aktar ilu pendenti f'Għawdex daħal fl-4 ta' Jannar 2001. Dan l-appell instema' fit-2 ta' April 2001 u ġie pospost sakemm l-appellant jiġi eżaminat mit-tobba. Issa li wasal ir-rapport tat-tobba, l-appell mistenni jinstema' fis-26 ta' Novembru 2001.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 28496 fejn il-Ministru tal-Intern informa lill-Kamra li matul l-aħħar sentejn u disa' xhur ġew irraportati 152 inċident tat-traffiku fi Triq iċ-Ċirkewwa, jista' l-Ministru jara x'miżuri jistgħu jittieħdu biex kemm jista' jkun jitnaqqsu dawn l-inċidenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dawn l-aħħar snin saru diversi xogħolijiet fit-triq taċ-Ċirkewwa biex it-traffiku ikun jista' jgħaddi aħjar mit-triq.
Fil-preżent għaddejjin diskusjonijiet bejn it-Traffic Control Board u d-Dipartiment tat-toroq sabiex possibbilment tinbena centre strip li tiddividi din it-triq f`żewġ kareġġjati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir il-Maritime Licence Course f'Għawdex, mill-Maritime Institute (MSAST); li ċertifikat tiegħu qed jiġi mitlub mill-Awtorita' Marittima biex wieħed ikun jista' japplika għall-liċenzja biex ikun jista' kopera opra tal-baħar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Istitut Marittimu ta' l-MCAST għandu l-ħsieb li jagħmel kors f'Għawdex li jwassal għal ċertifikat li qed jiġi mitlub mill-Awtorita` Marittima biex wieħed ikun jista' japplika għal-liċenzja biex wieħed ikun jista' jopera opra tal-baħar.