Grant Scheme for Tourism Enterprises — Applikazzjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet, f'kull kategorija separatament, taħt l-iskema Grant scheme for tourism enterprises li ġiet imnedija dan l-aħħar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu taħt l-iskema sa l-ewwel data ta' skadenza (30 ta' Settembru 2004) huwa ta' 158, minn 154 intrapriżi differenti, imqassmin skond il kategoriji kif ġej:
22 Travel Operations (Destination Management Companies, Incoming Tourism Agents, Excursion Operators)
19 English Language Schools
15 Diving Operations
16 Restaurants
15 Bars/Kiosques
28 Hotels
8 Aparthotels
8 Guesthouse/Hostels
15 Farmhouses
3 Private Museums
4 Tourism Attractions
1 Private Tourism Training Institute
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji liċenzjati f'Malta li joffru servizz ta' sigurta'? Kemm hawn gwardjani liċenzjati biex joffru dan is-servizz?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab informat illi fil-preżent hawn 14-il aġenzija liċenzjata sabiex tipprovdi xi servizzi ta' gwardjani privati skond l-Att ta' l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389), filwaqt li hawn 886 persuna li għandhom liċenzja ta' gwardjan privat skond l-istess Att.
Billi kull darba li l-karozzi tal-linja jiġu biex jgħaddu minn Pjazza San Franġisk għal Triq Putirjal, ir-Rabat Għawdex, qed ikun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jiġu stallati traffic lights jew xi sistema oħra biex ittaffi din il-problema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku ser jikkuntattja lill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex sabiex din il-problema tiġi evalwata u diskussa bl-għan li jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-aħħar parti tat-tisqifa tal-passiġġieri li hemm fiċ-Ċirkewwa tiġi magħluqa biex isservi bħala protezzjoni mill-elementi għall-passiġġieri li jkunu jistennew il-vapur ta' Għawdex?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li permezz tal-proġett tal-mollijiet u terminals ġewwa ċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, il-mezz ta' trasport marittimu bejn Malta u Għawdex ikompli jissaħħaħ. Għaldaqstant, l-Awtorita' Marittima, flimkien mal-Gozo Channel, operatur tas-servizz, kontinwament jaraw kif is-servizz għall-passiġġieri jista' jiġi mtejjeb. Madankollu dan isir fil-kuntest tal-iżvilupp li għad baqa' xi jsir fuq dan il-proġett.
Tista' il-Ministru tagħti: a) lista tal-korsijiet universitarji li qed jinżammu fil-Gozo centre ta' l-Universita' ta' Malta; u b) kemm huma l-istudenti f'kull kors?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-preżent qed jinżammu dawn il-korsijiet fil-Gozo Centre ta’ l-Universita’ ta’ Malta:
Isem tal-Kors
Numru ta’ Studenti
Certificate in Lace Studies
10
Diploma in Commerce
12
Preparatory Course for the MA in Islands and Small States Studies
14
Qualifying Courses for the MA in History
3
Barra minn hekk, f’Ottubru mistennija jibdew ukoll dawn il-korsijiet u n-numru ta’ applikanti li ġew aċċettati għal kull kors huwa kif muri hawn taħt:
Isem tal-Kors
Numru ta’ Studenti
Diploma in Information Technology
4
Diploma in Lace Studies
14
Bachelor of Commerce
17
MA in Islands and Small States Studies
21
Jista' il-Minsitru jara li jsiru tabelli ġodda għat-traffiku kif ukoll is-sinjali sofor quddiem garaxxijiet u oħrajn bojod li jindikaw fejn għandu jsir il-parking fi Triq il-Marloċċ, f'Ħaż Żabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat ta' l-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali għal dawn il-miżuri ta' Traffic Management. Għaldaqstant id-Direttorat ser jikkuntattja lill-Kunsill Lokali ta' Haż-Zabbar sabiex jara x'jista' jsir.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu stmat li hi l-ispiża ta' kull klandestin għal ġurnata li jkun Malta?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet preċedenti dwar is-suġġett, ma jinżammux kontijiet separati għan-nefqa għall-immigranti llegali. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 2180, 2556 u 4330.
Bħalma f'Malta hemm entitajiet, bħal per eżempju r-Richmond Foundation, li jgħinu persuni bi problemi mentali biex isibu x-xogħol tista' il-Ministru tara li dan is-servizz jiġi estiż ukoll għall persuni minn Għawdex li għandhom l-istess kondizzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-suġġett tal-Mistoqsija ma jaqax taħt ir-responsabilta' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'.
Iżda ta' min jgħid li l-entita' msemmija, bħal entitajiet oħra simili, hi organizzazjoni mhux governattiva u l-Gvern ma jiddettax fejn tipprovdi s-servizz.
Ordni tal-Patrijiet Agostinjani — Kampanja edukattiva
Question
Jista' il-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-kampanja edukattiva dwar is-sensibilizzazzjoni għall-problema tal-ġuħ fid-dinja, li qed tagħmel l-Ordni tal-patrijiet Agostinjani mal-Ġnus Magħquda?
Response (GALEA, LOUIS)
Fit-23 ta' April, 2004, kelli l-pjaċir nieħu sehem f'attivita' tal-kulleġġ Santu Wistin f'Tal-Pieta' fejn ġew inawgurati Laboratorju tal-kompjuter u ġinnasju. Dakinhar, Dwayne Zahra, wieħed mill-istudenti, f'isem sħabu tal-kulleġġ, għaddieli petizzjoni bħala parti mill-kampanja li qed tagħmel l-Ordni Agostinjan flimkien mal-ġnus magħquda biex titqanqal kuxjenza akbar dwar il-ġuħ fid-dinja.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-petizzjoni u tagħrif ieħor dwar il-kampanja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru toroq ġodda u kemm inksew toroq (f'kilometri) fis-snin 2001, 2002 u 2003 u kemm mistennija jinbnew u jinksew toroq matul din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati li jinvolvu xogħlijiet sostanzjali ta' inġinerija ċivili f'bini ta' toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta' toroq, kemm se jkunu twal dawn it-toroq, xi spiża mistennija jirrikjedu u jekk hemmx dati stabbiliti għal meta għandhom jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proġetti li hemm ippjanati li jinvolvu xogħlijiet sostanzjali ta' inġinerija ċivili f'bini ta' toroq ġodda jew bini mill-ġdid ta' toroq humiex jitħejjew minn konsulenti minn barra d-direttorat tat-toroq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġetti ta' bini ta' toroq ġodda u anke bini mill-ġdid ta' toroq jitħejjew mill-periti u uffiċjali tekniċi ta' l-awtorita' tat-trasport taħt l-assistenza tal-konsulenti Ġermaniżi li ilhom għal dawn l-aħħar snin jagħtu kontribut tekniku f'ħafna oqsma tas-settur tat-toroq. F'każijiet ta' xogħol li jirrikjedi speċjalizzazzjoni f'xi oqsma partikolari, id-direttorat jirriferi għal servizzi ta' konsulenza minn barra d-direttorat u dan skond kif ikun japplika l-każ.
Peress li l-introduzzjoni tal-mard kroniku (Schedule 5) taqa' taħt il-Ministeru tal-Politika' Soċjali, jista' l-Ministeru jikkonsidra li l-marda mitochondrial mypothy tiġi inkluża taħt din l-iskema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tibdil fil-lista tal-mard li jidhru fit-Taqsima II tal-Ħames Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali jista’ jiġi kkunsidrat wara li jingħata l-parir tad-Drugs and Therapeutic Committee, li jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għas-Saħħa.
Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru ġentilment jinforma lill-Kamra kemm hemm nies li jieħdu l-għajnuna tal-mard (SKA)? Liema hu t-tip ta' mard li hu nkluż f'din l-iskema? X'inhu in-numru ta' nies li jieħdu din l-għajnuna għal kull marda separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 2373.