Peress li l-mod kif inhi miżbugħa r-roundabout li hemm f'salib it-toroq fi Triq ir-Repubblika, Rabat Għawdex, qed toħloq problema lis-sewwieqa, partikolarment dawk ta' vetturi kbar li jkunu jridu jduru magħha mingħajr ma jgħaddu minn fuqha bir-riżultat li ħafna sewwieqa qed jiġu mħarrka mill-wardens, jista' il-Ministru jara li din ir-roundabout tiġi ridisinjata b'mod aktar adattat għal dan il-post?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat r-roundabout li ġiet implimentata f’salib it-toroq bejn Triq ir-Repubblika u Main Gate Street fir-Rabat, Għawdex ġiet iddiżinjata fl-2002 bħala ‘ride-over roundabout’ fuq l-istandards ta’ disinji internazzjonalli skond ir-regolamenti li jikkonċernaw l-operat ta’ mini roundabouts.
Huwa permessibbli skond il-liġi li vetturi kbar jgħaddu minn fuq il-marki ta’ dawn it-tip ta’ roundabouts.
L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ma tħossx il-ħtieġa li din il-junction għandha terġa tigi iddisinjata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi pendenti għas-sentenza fil-prim'awla tal-qorti ċivili ta' Malta? Jista' jindika wkoll quddiem liema ġudikanti partikolari jinsabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kawżi differiti għas-sentenza fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, ġudikant b’ġudikant huma kif ġej:
ĠudikantKawżi differiti għas-sentenza
Imħallef Joseph Azzopardi26
Imħallef Giannino Caruana Demajo96
Imħallef Geoffrey Valenzia45
Imħallef Tonio Mallia23
Imħallef Gino Camilleri265
Imħallef David Scicluna42
Imħallef Alberto J Magri2
Imħallef Lino Farrugia Sacco23
Imħallef Noel Cuschieri75
Imħallef Joseph R Micallef140
Imħallef Philip Sciberras1
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi pendenti sabiex jiġu appuntati fil-prim'awla tal-qorti ċivili ta' Malta? Jista' jindika wkoll quddiem liema ġudikanti partikolari jinsabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kawżi pendenti biex jiġu appuntati fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, ġudikant b’ġudikant huma kif ġej:
ĠudikantKawżi pendenti sabiex jiġu appuntati
Imħallef Joseph Azzopardixejn
Imħallef Giannino Caruana Demajo183
Imħallef Geoffrey Valenziaxejn
Imħallef Tonio Mallia56
Imħallef Gino Camillerixejn
Imħallef David Sciclunaxejn
Imħallef Alberto J Magrixejn
Imħallef Lino Farrugia Sacco15
Imħallef Noel Cuschieri7
Imħallef Joseph R Micallefxejn
Imħallef Philip Sciberrasxejn
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12059 dwar queues fid-dipartiment tal-liċenzji fl-awtorita' dwar it-trasport, jista' il-Ministru jgħid jekk il-miżuri li ħadet l-awtorita' ġewx introdotti wkoll fl-uffiċċju ta' Għawdex?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju waslet it-talba sabiex iċ-ċimiterju militari li jinsab fi Triq il-Missjoni Taljana, Kalkara, jinħariġlu l-permess tad-dipartiment ta' l-artijiet issa li l-kawża ċivili spiċċat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kawża ċivili għadha ma spiċċatx u tinsab differita quddiem l-Assistent Ġudizzjarju għad-29 ta' April 2005.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hijiex l-ewwel darba li l-ktejjeb bil-programm tal-karnival ta' Għawdex qed jitqassam fid-djar kollha ta' Għawdex? Dan il-ktejjeb kemm ġie jiswa lit-taqsima tal-kultura fi ħdan il-ministeru għal Għawdex? Inħarġet sejħa għall-offerti għall-istampar tal-ktejjeb? Kemm-il kopja ġiet stampata minnu u b'liema mod tqassmu bieb bieb ma' Għawdex kollu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li din hija l-ewwel darba li l-ktejjeb bil-Programm tal-Karnival t’Għawdex qiegħed jasal fid-djar kollha t’Għawdex. Għal dan il-għan inħarġet sejħa għall-offerti CUL 29/2004 li ġiet ippubblikata fil-ħarġa tal-Gazzeta tal-Gvern tat-Tlieta 17 ta’ Awissu 2004. Il-kundizzjonijiet ta’ l-offerta kienu li minn jirbaħ l-offerta għandu jipprovdi b’xejn lill-kumitat Organizattiv Kultura 13,000 il-elf kopja tal-ktejjeb tal-Programm tal-Karnival t’Għawdex 2005. Id-daqs tal-ktejjeb kellu jkun ta’ A5 size, art paper gloss u full colour. Filwaqt li l-Kumitat Organizzattiv Kultura kellu jingħata spazju ta’ għaxar paġni għal artikli, programmi u ritratti, in-numru totali tal-paġni tal-ktejjeb kellu jkun determinat minn min jirbaħ l-offerta, skond in-numru ta’ reklami li jkun ġabar.
Il-kuntrattur rebbieħ kien responsabbli mill-issettjar u l-impaġnar tal-materjal, colour separations, photo setting u kull ħaġa oħra relatata mat-tkomplija tal-ktejjeb.
L-offerta għalqet nhar il-Gimgħa 17 ta’ Settembru 2004, u l-unika kuntrattur li tefa’ l-offerta tiegħu kienu Business Marketing Services Limited ta’ l-Imsida, Malta li fil-fatt ingħataw l-offerta biex jippubblikaw il-ktejjeb.
Il-ktejjeb bil-Programm tal-Karnival 2005 tqassam fid-djar kollha t’Għawdex permezz tas-servizz tal-Maltapost plc u ġie jiswa lit-Taqsima tal-kultura Lm 193.50c.
Dan ifisser li għal 13,000 kopja tal-ktejjeb tal-Karnival 2005, it-Taqsima tal-Kultura ħallset biss Lm 193.50c fi spejjeż biex ikopru l-impustaġġ tiegħu m’Għawdex kollu (12,900 kopji X 1c5mils per kopja).
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien it-taxable turnover rigward il-VAT għas-snin 2003 u 2004 f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-total tal-bejgħ taxxabbli għal skop ta’ VAT, skond kif rappurtat fil-prospetti tal-VAT li ntbagħtu sad-19 ta’ Jannar 2005, għall-perjodi ta’ taxxa li jagħlqu matul l-2003 u l-2004 huwa kif ġej:
2003
2004
Malta
Lm1,750,019,979
Lm1,595,614,790
Għawdex
Lm62,853,423
Lm55,811,448
Dawn il-figuri jibqgħu jinbidlu minħabba li l-prospetti tal-VAT għal dawn is-snin jibqgħu jidħlu kontinwament, wara d-data hawn fuq imsemmija.
Universita' — Studenti li bbenefikaw mill-istipendju
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti universitarji li bbenefikaw mill-istipendju fl-aħħar ħames snin (sena b'sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti universitarji li bbenefikaw mill-għotja tal-manteniment fl-aħħar ħames snin akkademiċi kienu hekk :-
Sena Skolastika Numru ta' Studenti
Ottubru 1999 - Ġunju 2000 4218
Ottubru 2000 - Ġunju 2001 4573
Ottubru 2001 - Ġunju 2002 4705
Ottubru 2002 - Ġunju 2003 5034
Ottubru 2003 - Ġunju 2004 5280
Jista' il-Ministru jgħid kemm is-sajjieda Maltin użaw mill-kwota tat-tonn għal Malta kull sena mill-1995 sa llum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li r-referenza tal-qbid tat-tonn bdiet tgħodd mill-1999 u għalhekk nistgħu nitkelmu fuq din ir-referenza minn dik is-sena 'l quddiem. Il-qbid tat-tonn irrappurtat lill-International Commission for the Conservation of Atlantic Tuna (ICCAT) qabez din l-allokazzjoni fis-snin kollha sas-sena 2000. Mis-sena 2001 lil hawn il-qbid tat-tonn mis-sajjieda Maltin irrappurtat lill-ICCAT qatt ma qabeż ir-referenza tal-qbid.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kwota tat-tonn għal Malta ġietx xi drabi eċċeduta u jekk qattx ingħatat parti mill-kwota lill-entita' oħra (lokali jew barranija nklużi fish farms)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-kwota tat-tonn bdiet tgħodd mill-1999, u ġiet maqbuża fis-snin 1999 u 2000, fejn ġew irrappurtati lill-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT) qbid ta' 447 tunellata fl-1999, u 376 tunellata fl-2000. Fil-laqgħa tas-sena 2000 ta' l-ICCAT, Malta ġiet imwissija biex ma terġax taqbeż l-allokazzjoni tal-qabda li kienet mogħtija lilha. Malta qatt ma allokat parti mill-allokazzjoni tagħha lil xi entita’, jew pajjiż ieħor, barra d-90 dgħajsa li huma liċenzjati għas-sajd tat-tonn u li huma rreġistrati fir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd ta' Malta.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tonn li nqabad mill-1995 sa llum kienx kollu bil-konz?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li t-tonn li jitniżżel il-Pixkerija, jew jinbiegħ bil-kuntratt, mis-sajjieda Maltin hu maqbud mill-istess sajjieda Maltin u Għawdxin. Sa fejn taf id-Divizzjoni tas-Sajd, is-sajjieda Maltin mill-1995 'l hawn dejjem stadu bil-konz.
Id-Diviżjoni tas-Sajd fl-aħħar snin ħarġet liċenzja lil dgħajsa Maltija biex tipprova tistad it-tonn bix-xibka, bħala proġett pilota, iżda din id-dgħajsa qatt ma qabdet tonn. Din id-dgħajsa kella xi qbid ta' plamti (skip jack).
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8012 u cioe' in vista ta' dak li ntqal fil-gazzetti, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'inkjesti maġisterjali lill-periti kemm legali u oħrajn, fl-ewwel tmien xhur tas-sena kurrenti, kif ukoll min kienu dawn il-periti, kull wieħed kemm irċieva ħlasijiet u minn liema maġsitrat ġew nominati?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-kumplament tat-tagħrif mitlub?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kumplament tat-tagħrif għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8012 mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministrtu jara li jitneħħa l-inkonvenjent ta' irwejjaħ ta' drenaġġ li qed ikun hemm fiċ-Ċirkewwa, speċjalment matul il-lejl?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ser tieħu passi biex il-manholes tad-drenaġġ fuq il-medda li hemm fiċ-Ċirkewwa jkunu siġillati. B'hekk jispiċċa l-inkonvenjent ta' rwejjaħ li hemm fl-inħawi.
Tista' il-Ministru tgħid liema huma dawk l-entitajiet parastatali li għadha ma saritx reviżjoni tal-pensjoni - skond il-collective agreement- tal-ħaddiema li kienu jaħdmu magħhom? Tista' tgħid jekk hemmx xi żmien stipulat meta se ssir din ir-reviżjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif kelli okkażjoni ngħid fi tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti dwar is-suġġett, ix-xogħol fuq ir-reviżjonijiet tal-pensjonijiet, kemm dawk li jirriżultaw minn xi ftehim kollettiv u kemm le, hu eżerċizzju kontinwu. Id-Dipartiment konċernat jagħmel dak kollu meħtieġ biex dawn ir-reviżjonijiet isiru fl-iqsar żmien possibbli.
In vista ta' dak li ntqal fil-gazzetti, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'inkjesti maġisterjali lill-periti kemm legali u oħrajn, fl-ewwel tmien xhur tas-sena kurrenti, kif ukoll min kienu dawn il-periti, kull wieħed kemm irċieva ħlasijiet u minn liema maġsitrat ġew nominati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' ħlasijiet għall-servizz ta' esperti tal-Qorti bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Awissu 2004 kien ta' Lm258,967.66 li jinkludi pagamenti li saru lill-laboratorji barra minn Malta.
It-tagħrif dwar min kienu dawn l-esperti u l-ammont lilhom imħallas hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kumplament tat-tagħrif mitlub qed jinġabar, u tweġiba dwaru tingħata f'xi seduta oħra.
In vista ta' dak li ntqal fil-gazzetti, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'inkjesti maġisterjali lill-avukati legali din is-sena u s-sena l-oħra? Jista' jgħid jekk skond il-liġi avukati jistgħux jinħatru esperti f'dawn it-tip ta' każi? Billi dawn jitħallsu minn fondi pubbliċi, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' dawn l-esperti u kemm tħallas kull wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jirrigwardja t-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali li avukati ma jistgħux jiġu nominati bħala esperti legali b'eċċezzjoni ta' dawk li jkollhom xi kwalifiki tekniċi speċjali f'xi materja partikolari.
L-informazzjoni mitluba fil-kumplament tal-Mistoqsija għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.