Jista' l-Ministru issa jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari 25976 dwar xi provvedimenti għandha l-Gozo Channel għal persuni li jużaw siġġu tar-roti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-provedimenti għal persuni li jużaw siġġu tar-roti huma:
Ø Lift.
Ø Aċċess għal
main passenger decks
li jinkludu l-Kafetterija,
lounge
u d-
decks
ta’ barra.
Ø Toilets fil-
Main passenger decks
li huma attrezzati b’dak kollu neċessarju għal persuni b’diżabilita’.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien ir-riżultat tal-investigazzjonijiet ġeoloġiċi dwar l-istabilita' strutturali tat-Tieqa tad-Dwejra, studju li sar mill-Bureau Veritas Consulting Limited mir-Renju Unit?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li ssir tourist information kiosk f'xi post ċentrali fir-Rabat Għawdex, preferibilment fl-inħawi ta' Triq Repubblika jew Pjazza Indipendenza?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi diġa ġie indikat sit prominenti għall-aħħar fiċ-ċentru tar-Rabat, Għawdex fl-inħawi ndikati mill-Onor. interpellant u li x-xogħol se jibda dalwaqt sabiex dan il-post ikun trasformat f'Tourist Information Office li jaqdi bl-aqwa mod l-ħtiġijiet tat-turisti kollha li jżuru Għawdex. L-uffiċju li jservi bħala Tourist Information Office fil-preżent jiġifieri dak tat-Tiġrija Palazz, xorta waħda ser jinżamm miftuħ sabiex jipprovdi s-servizzi l-oħra kollha provduti mill-Awtorita' tat-Turiżmu.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21937 u jgħid kemm hu n-numru ta' mechanical horses (tructor unit) liċenzjati mill-ADT biex ikunu jistgħu joperaw barra minn Malta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ħarġet 42 liċenzja ta’ operatur li jinkludu fihom 145 mechanical horses, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħol ta’ ġarr ta’ merkanzija f’pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hija r-rata ta' ċesarji ġewwa pajjiżna mqabbla ma' dik tal-membri l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2004, 2005 u 2006?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-ħlasijiet kollha ġewwa l-isptar San Luqa għas-snin 2004-2006, konsulent b'konsulent, kienu induced deliveries?
X'persentaġġ minnhom jinbdew f'kull ġurnata tal-ġimgħa, konsulent b'konsulent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorita' dwar it-Trasport — Licencing and Testing Directorate
Question
Dan l-aħħar l-impjegati governattivi li huma detailed mal-Licensing and Testing Directorate ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ġew informati mill-union tagħhom li dawk li se jagħżlu li ma jiġux impjegati b'mod permanenti ma' l-awtorita' se jkunu kostretti li jibqgħu ma' l-awtorita' u jibqgħu bl-istess kondizzjonijiet ta' impjegati oħra tal-gvern (public officers) imma mhux se jkun hemm revocation tagħhom, fis-sens li ma jkunux jistgħu jiġu trasferiti għal dipartimenti oħra tal-gvern, jista' il-Ministru jikkonferma dan? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-impjegati tal-Gvern li jahdmu mal-Licensing and Testing Directorate se jinghataw ic-cans li fiz-zmien xahrejn (wara li jigi ffirmat il-Ftehim Kolletiv) jaghzlu jekk iridux jeqilbu l-impjieg taghhom ghal ma’ l-Awtorita'. Jekk ikun hemm impjegati li jaghzlu li jibqghu mal-Gvern se jsir kollox possibli biex dawn jigu rilaxxati skond li proceduri tal-MPO.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħassru trips minħabba l-maltemp nhar il-Ġimgħa 24 ta' Frar, 2006 filgħodu sa x'ħin il-vapuri tal-Gozo Channel kienu qed joperaw minn Sa Maison? Jista' jgħid kemm saru extra trips meta s-servizz wara nofsinhar reġa' beda jopera miċ-Ċirkewwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li
1)Il-Kumpannija ħassret erbatax-il round trip (28 vjaġġi) bejn l-Imġarr u ċ-Cirkewwa nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar, 2006, waqt illi għamlet żewġ round trips(4 vjaġġi) bejn l-Imġarr u Sa Maison.
2) Meta s-servizz qaleb għaċ-Ċirkewwa, sa nofs il-lejl, il-Kumpannija laħqet għamlet tmien round trips (16 vjaġġi) bejn l-Imġarr u ċ-Cirkewwa, meta kienu skedati tmien round trips.
3) L-għada kmieni fil-għodu, jiġifieri s-Sibt 25 ta’ Frar, il Kumpannija kompliet għaddejja u għamlet erbgħa round trips (8 vjaġġi) bejn l-Imġarr u ċ-Cirkewwa, meta kienu skedati żewġ round trips (4 vjaġġi) biss f’dawk l-istess ħinijiet.. Aktar tard matul il-ġurnata, saru ħames round trips (10 vjaġġ) oħra u vjaġġ ieħor addizzjonali miċ-Ċirkewwa għall-Mġarr li ma kinux skedati.
Peress li kull darba li l-karozzi tal-linja jiġu biex jgħaddu minn Pjazza San Franġisk għal Triq Putirjal, Rabat, Għawdex qed ikun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li tiġi stallata xi sistema ta' traffic lights biex jikkontrollaw it-traffiku li jkun ġej minn Triq Putirjal u mill-parking ta' ħdejn il-bus terminus sa x'ħin jgħaddu tal-linja minn Pjazza San Franġisk lejn Putirjal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar It-Trasport, bħalissa qed taħdem fuq proposti sabiex tistabbilixxi l-aħjar skema ta’ kontroll li tindirizza u tirriduċi l-problema msemmija bl-aktar mod effiċjenti u effettiv.
Jista' il-Ministru jgħid kemm vetturi u passiġġieri għamlu użu mill-vapuri tal-Gozo Channel, ġurnata b'ġurnata nhar it-23, 24, 25, 26, 27 u 28 ta' Frar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b’kollox, 15,765 vetturi u 52,647 passiġġieri għamlu użu mill-vapuri tal-Gozo Channel bejn it-23 u t-28 ta' Frar 2006. Ġurnata b'ġurnata, dawn ġew imqassma kif muri fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti għas-sentenza quddiem il-Prim Awla, imħallef b'imħallef, sal-31 ta' Ottubru, 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' kawżi pendenti għas-sentenza li hemm quddiem il-Prim Awla, Imħallef b'Imħallef, sal-31 ta' Ottubru 2005 huwa kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti sabiex jiġu appuntati fil-Prim Awla, imħallef b'imħallef sal-31 ta' Ottubru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' kawżi pendenti sabiex jiġu appuntati fil-Prim Awla, imħallef b'imħallef, sal-31 ta' Ottubru 2005, huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu stabilit li jkun il-full complement ta' personnel fil-Gozo troop ta' l-AFM? Kemm hu n-numru fil-preżent? Kemm hu n-numru ta' suldati li spiċċaw mis-servizz mis-sena 1999 'il hawn? X'inhu n-numru ta' dawk li mistennija jirtiraw wara li jilħqu l-eta' tal-pensjoni fis-sentejn li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li fil-preżent hemm 33 persuna fil-Gozo Troop tal-Forzi Armati ta’ Malta, u dan il-complement huwa biżżejjed għax-xogħolijiet kollha li għandha bħalissa din is-sezzjoni ta’ l-Armata. Mill-1999 ’il hawn, spiċċaw disa’ membri mill-Gozo Troop, fil-waqt li fis-sentejn li ġejjin mistennija jirtiraw tnejn.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12059 dwar queues fid-dipartiment tal-liċenzji fl-awtorita' dwar it-trasport, jista' il-Ministru jgħid jekk il-miżuri li ħadet l-awtorita' ġewx introdotti wkoll fl-uffiċċju ta' Għawdex?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċju tal-Liċenzji f'Għawdex jaqa' taħt it-tmexxija amministrattiva tal-Ministeru għal Għawdex u kull miżura biex tiżdied l-effiċjenza f'dan l-uffiċju hija responsabbilta ta' l-istess Ministeru.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm kawżi fil-prim'awla tal-qorti ċivili li kienu diferiti għas-sentenzi fuq il-lista ta' nhar il-Ġimgħa 6 ta' Mejju 2005? Quddiem liema mħallef kienu ? Kemm minnhom ġew deċiżi u għal liema ġurnata ġew diferiti dawk li ma ġewx deċiżi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella hawn taħt:-
Ġudikant
Kawżi differiti għas-sentenza nhar is-6 ta' Mejju 2005
Kemm ġew deċiżi
Kemm differiti u għal meta
L-Onor. Imħallef Noel Cuschieri
1
1
-
L-Onor. Imħallef Joseph Azzopardi
5
3
2 (17/06/2005)
(30/06/2005)
L-Onor. Imħallef Giannino Caruana Demajo
3
1
2 (10/06/2005)
(06/12/2005)
L-Onor. Imħallef Gino Camilleri
41
4 (1 ċeduta)
37 (10/06/2005)