Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #8465 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – tiswijiet fil-lift tal-passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa lil-lift tal-passiġġieri tal-vapur tal-Gozo Channel MV ta’ Pinu għax ilu għal madwar xahar ma jaħdimx?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-lift fuq l-MV Ta Pinu ġralu l-ħsara fis-6 ta’ Marzu meta l-cable tal-kontrol tal-kabina laqat mal-mekkaniżmu tal-bieb fit-tielet livell. Schindler l-manifatturi tal-lift kienu infurmati u wara li spezzjonaw il-ħsara infurmaw lill-Kumpanija Gozo Channel li l-cable irid jiġi ordnat minn barra. Dan wasal Malta is-Sibt 15 ta’ Marzu u beda jiġi installat it-Tnejn u t-Tlieta 17 u 18 ta’ Marzu.

Ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità f’Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7239, li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fir-risposta tiegħu ġejt mitlub biex nindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, u peress li għall-mistoqsija parlamentari 2177 il-Ministru kien wieġeb li l-Gvern preżenti kien kommess li jkompli bl-iskema ta' ingaġġ ta' persuni b'diżabilità mal-kunsilli lokali u wkoll kommess li l-istess skema tiġi estiża għall-għaqdiet volontarji u entitajiet governattivi biex jinħolqu madwar 150 impjieg ieħor għal persuni b'diżabilità fil-komunità, 50 minnhom f'Għawdex, u peress li f'mistoqsija parlamentari 6590 il-Ministru kien qal li taħt din l-iskema kienu ġew ippustjati sitt persuni b'diżabilitàf'Għawdex , tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li jiġu ppustajti l-44 persuna l-oħra li huma b’diżabilità wkoll ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità f’Għawdex

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7239, li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fir-risposta tiegħu ġejt mitlub biex nindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, u peress li għall-mistoqsija parlamentari 2177 il-Ministru kien wieġeb li l-Gvern preżenti kien kommess li jkompli bl-iskema ta' ingaġġ ta' persuni b'diżabilità mal-kunsilli lokali u wkoll kommess li l-istess skema tiġi estiża għall-għaqdiet volontarji u entitajiet governattivi biex jinħolqu madwar 150 impjieg ieħor għal persuni b'diżabilità fil-komunità, 50 minnhom f'Għawdex, u peress li f'mistoqsija parlamentari 6590 il-Ministru kien qal li taħt din l-iskema kienu ġew ippustjati sitt persuni b'diżabilitàf'Għawdex , tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li jiġu ppustajti l-44 persuna l-oħra li huma b’diżabilità wkoll ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa taħt din l-iskema hemm ingaġġati 20 persuna. Fl-istess waqt kien hemm 36 applikazzjoni minn Kunsilli Lokali oħrajn li għal xi raġuni jew oħra għadhom ma ġewx iffinalizzati min-naħa tal-kunsilli kkonċernati. Dan il-Gvern mhux kuntent bir-riżultati li nkisbu f’dan il-qasam permezz ta’ din l-iskema u skemi oħrajn li tnedew fil-passat. Għalhekk ninsabu kommessi li nsostnu lil dan is-settur bi skemi godda li jinċentivaw tabilħaqq kumpaniji u entitajiet biex joffru opportunità ta’ impjieg lil persuni b’diżabilità. Fil-fatt hekk kif tħabbar fil-Budget 2014, fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed titnieda skema li toffri opportunità ta’ għexieren ta’ impjiegi għall-persuni b’diżabilità bl-għan aħħari li nagħtuhom id-dinjità bħal kull persuna oħra waqt li jkunu finanzjarjament indipendenti u stabbli.

Pont bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7364 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bid-data tal-14 ta' Ġunju 2013 (PR Nru 1249 tal-2013) fejn intqal li l-Gvern Malti ffirma memorandum of understanding biex isir studju dettaljat dwar il-possibilità li jsir pont bejn Malta u Għawdex mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u b'referenza għall-istqarrija għall-istampa PR 1283 li ħarġet fit-18 ta' Ġunju 2013, liema stqarrija kienet dwar l-ewwel mitt jum tal-Gvern preżenti, fejn fost il-kisbiet u inizjattivi elenkati mill-Prim Ministru kien indikat ukoll li se jsir studju dwar bini ta' pont bejn Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal dan l-istadju?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet fuq dan il-proġett għadhom għaddejjin u għaldaqstant iktar informazzjoni tkun tista’ tingħata fil-mument opportun.
Leg 12 PQ #7686 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) – Triq Borg Olivier – Irranġar ta’ Ħajt tal-Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7361 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-ħajt tal-parkeġġ li hemm fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat (Għawdex), liema ħajt jinsab fuq in-naħa ta’ wara ta’ dan il-parkeġġ, jiġifieri fi Triq San Ġu¿epp Labre, isirlu x-xogħlijiet meħtieġa peress li l-istess ħajt jidher li hu fi stat imminenti li jiġġarraf?

Response (REFALO, ANTON)

Peress li l-parkeġġ imsemmi fil-mistoqsija huwa responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-post nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-misoqsija lill-Ministru konċernat.

In-Nadur – Skola tad-Drama – Għalliema

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5409, li fit-tweġiba tiegħu l-Ministru kkonferma li hemm seba’ klassijiet tad-dixxiplina tal-ballet fl-iskola tad-drama tan-Nadur Għawdex li kienu għadhom ma bdewx u r-raġuni li ta l-Ministru kienet li l-edukaturi li applikaw ma jistgħux joffru aktar ħin għal-lezzjonijiet mitluba u li l-edukatriċi li għandha l-ħin biex toffri dawn il-lezzjonijiet mhix kwalifikata biex tressaq lill-istudenti għall-eżamijiet tar-Royal Academy of Arts, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-edukatriċi minn Għawdex li ntgħażlet wara sejħa għall-edukaturi tal-adulti ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern datata 20 ta’ Settembru 2013, meta ssejħet biex tibda taħdem, ġiet ippostjata Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi wara li l-iskola tad-Drama fin-Nadur reġgħet għaddiet fi ħdan id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-korsijiet fil-ballet kollha bdew u kull min kien interessat beda jattendi. Il-klassijiet li għandhom iwasslu għall-eżamijiet tar-Royal Academy of Arts, qed jiġu mgħallma minn għalliema kwalifikati li jistgħu jwassluhom għal dan it-tip ta’ eżami. Jidher li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal persuna li ġiet intervistata biex tgħallem Zumba u Keep Fit. Għaż-żewġ suġġetti l-applikanta kienet mgħarrfa minn qabel li l-korsijiet se jsiru Malta. Minkejja dan, l-applikanta xorta aċċettat li tattendi għall-intervista. Qatt ma ġiet intervistata biex tgħallem il-Ballet, kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta.

Ir-Rabat (Għawdex) – Triq Taħt Putirjal — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li t-triq fi Triq Taħt Putirjal ir-Rabat (Għawdex), liema triq tgħaddi mal-ġenb tal-playing field, ilha magħluqa għal dawn l-aħħar ġimgħat? Jista’ jgħid jekk hemmx bżonn isiru xi xogħlijiet f’din it-triq, u fil-każ meta hemm il-ħsieb li dawn jiġu mwettqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ingħalqet għat-traffiku wara li ftit tal-ġimgħat ilu ġie innutat xi ċaqliq u konsenturi fir-retaining wall li jżomm l-area ta’ ħdejn it-triq, fejn hemm it-terminus tat-trasport pubbliku, u għalhekk kien hemm bżonn li bħala miżura ta’ prekawzjoni l-imsemmi ħajt jiġi msaħħah minn naħa ta’ barra b’mod proviżorju. Konsegwenza ta’ dan, it-triq ser ikollha tibqa magħluqa għax hija dejqa. Hemm ukoll problema fit-terminus għax il-bankini li saru fl- 2012 bħala parti mix-xogħlijiet ta’ riforma tat-trasport, inqassmu kollha. Sadanittant komplew isiru l-istudji meħtiega u bħalissa qed jitħejja rapport dwar l-istat tal-ħajt u s-soluzzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati. Din hija biss parti żgħira mill-problemi kbar li il-Ministeru tiegħi wiret mill-amministrazzjoni preċedenti. Għalhekk filwaqt li inħarsu lura biex nitgħallmu mill-iżbalji li saru minn ħaddieħor, niffukaw ħarsitna ‘l quddiem biex insaħħu is-sigurta’ fit-toroq tagħna.

Ir-Rabat (Għawdex) – Triq Borg Olivier – Irranġar ta’ Ħajt tal-Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ħajt tal-parkeġġ li hemm fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat (Għawdex), liema ħajt jinsab fuq in-naħa ta’ wara ta’ dan il-parkeġġ, jiġifieri fi Triq San Ġużepp Labre, isirlu x-xogħlijiet meħtieġa peress li l-istess ħajt jidher li hu fi stat imminenti li jiġġarraf?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 12 PQ #7364 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pont bejn Malta u Għawdex

Question

B'referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bid-data tal-14 ta' Ġunju 2013 (PR Nru 1249 tal-2013) fejn intqal li l-Gvern Malti ffirma memorandum of understanding biex isir studju dettaljat dwar il-possibilità li jsir pont bejn Malta u Għawdex mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u b'referenza għall-istqarrija għall-istampa PR 1283 li ħarġet fit-18 ta' Ġunju 2013, liema stqarrija kienet dwar l-ewwel mitt jum tal-Gvern preżenti, fejn fost il-kisbiet u inizjattivi elenkati mill-Prim Ministru kien indikat ukoll li se jsir studju dwar bini ta' pont bejn Malta u Għawdex, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal dan l-istadju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #7459 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Sit tal-Heliport — tindif

Question

B'referenza għal dak li ġie rraportat fil-media dan l-aħħar, fejn kelliem għall-Ministeru għal Għawdex ġie kkwotat li qal li qed isir xogħol ta’ tindif madwar il-konfini tal-Heliport f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment jew entità tal-Gvern qed twettaq dan ix-xogħol u n-numru ta' ħaddiema involuti f'dan ix-xogħol? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika s-sit li qed jiġi mnaddaf?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ tindif madwar il-konfini fil-Heliport f’Għawdex qiegħed isir mill-Forzi Armati ta’ Malta b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex, il-Minsiteru tat-Turiżmu u l-Ministeru ta’ l-Intern. Jiena nfurmat ukoll li bħalissa hemm tlett ħaddiem involuti f’dan ix-xogħol. Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika s-sit li qed jiġi mnaddaf.

Skema ta’ Ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità

Question

Peress li f’mistoqsija parlamentari 2177 il-Ministru wieġeb li l-Gvern preżenti kien kommess li jkompli bl-iskema ta’ ingaġġ ta' persuni b'diżabilità mal-kunsilli lokali u anke kommess li l-istess skema tiġi estiża għall-għaqdiet volontarji u entitajiet governattivi biex jinħolqu madwar 150 impjieg ieħor għal persuni b'diżabilità fil-komunità, 50 minnhom f'Għawdex , u peress li f’mistoqsija parlamentari 6590 il-Ministru kien qal li f'Għawdex kienu ġew ippustjati sitt persuni b'diżabilità taħt din l-iskema, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li jiġu ppustjati l-44 l-oħra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li peress li l-politika dwar persuni b'diżabilità taqa' taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Housing estate — manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tiswijiet, fuq barra u li għandhom x'jaqsmu mal-istruttura tal-bini, ta' flats li jinsabu f'housing estates tal-Gvern hux responsabbli li jagħmilhom id-Sipartiment tas-Social Housing jew l-inkwilin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar hi responsabbli ghal tiswijiet f’dawk il-binjiet residenzjali li huma proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar u tal-Gvern. Tiswijiet tal-istruttura fuq barra tal-binja jinkludu dak kollu li jaghmel parti mill-komun, jigifieri dawk il-partijiet li jigu uzati mir-residenti kollha tal-binja. Tiswijiet jinkludu tibdil ta’ struttura ta’ gallarijiet fejn dawn ikunu perikoluzi kif ukoll tibdil ta’ kontrabejt, gebel deterjorat f’hitan ta’ opramorti, tronob tat-tarag u hitan ta’ parapetti fejn dawn ikunu komuni biss. Tiswijiet ohra li jsiru mill-Awtorita’ biss fuq bazi ta’ priorita’, huma tikhil ta’ faccati, tronob u opramorti.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – Lift fil-Geriatrics Wards

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-lift li jwassal għal Geriatrics Wards fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, li ilu wieqaf għal xi żmien u qed joħloq inkonvenjent lill-istess residenti, issirlu t-tiswija meħtieġa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li dan il-lift se jissewwa kif jaslu l-parts minn barra minn Malta.
Leg 12 PQ #6589 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Direct Orders

Question

B'referenza għall- mistoqsija parlamentari 6377, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li hemm referenza għalihom fit-tweġiba: a) Financial Feasibility Study icw the proposed EU funded project (Renewable Energy Facilities in Public Buildings in Gozo ) ta' Ernst &Young , b) Fast Ferry Service (Market Study) u c) Fast Ferry Service Financial Impact Assessment ta' PricewaterhouseCoopers?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-istudji msemmija huma ta' natura kummerċjali sensittiva, m’huwiex xieraq li kopja tagħhom titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6362, jista' l-Ministru jgħarraf il-Kamra: a) min kien eliġibbli taħt din l-iskema; b) il-kriterji li ntużaw biex issir l-għażla ta' dawn il-persuni; c) meta ħarġu l-applikazzjonijiet imsemmija fit-tweġiba; u d) kemm ġew ippustjati persuni taħt din l-iskema minn Malta u minn Għawdex separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej: a) kienu eliġibbli għal din l-iskema persuni b’diżabilita’ li isimhom kien qiegħed fuq ir-reġistru tal- persuni b’ diżabilita’ tal- ETC u li kienu ilhom jirreġistraw fuq l-ewwel jew it-tieni parti tar- reġistru għal tal-anqas sitt xhur; b) l-għażla saret mill-Kunsilli Lokali nfushom mill-lista li tkun intbagħtet mill-ETC, lilhom; c) l-applikazzjonijiet għal din l-iskema ħarġu fl-24 ta’ Settembru 2012; u d) b’kollox 20 persuna b’diżabilita’ ġew ippustjati taħt din l-iskema - 14 f’Malta u 6 f’Għawdex.

Ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2177, fejn fir-risposta tiegħu l-Ministru kien qal illi l-Gvern għadu kommes li jkompli l-iskema dwar impjieg ta' persuna b'diżabilità,u peress li fid-diskors tal-baġit għas-sena 2014 ma hemmx referenza għal dawn it-tipi ta' impjiegi, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fir-rigward tal-iskema msemmija, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, li taqa' taħt il-Ministeru tiegħi, laqgħet l-applikazzjonijiet u ppustjat lill-persuni eliġibli. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-politika dwar persuni b'diżabilita` taqa' taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.

Housing estate — manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tiswijiet, fuq barra u li għandhom x'jaqsmu mal-istruttura tal-bini, ta' flats li jinsabu f'housing estates tal-Gvern hux responsabbli li jagħmilhom id-Sipartiment tas-Social Housing jew l-inkwilin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Sptar Ġenerali t’Gġawdex – tenders u direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm: a) ħarġu tenders u b) sar xiri b’direct order għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex f’dawn l-aħħar sitt xhur? Jista’ jindika għalxiex ħarġu dawn it-tenders/direct orders u kemm kienu l-ammonti ta’ kull waħda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – budget 2013 — tnaqqis

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4712, li kienet dwar reviżjoni fil-budget tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex liema budget kien approvat f’April 2013, jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji/raġunijiet li wasslu biex ikun hemm: a) Tnaqqis li jammonta għall-€342,800 taħt l-Item – Personal Emoluments – Salaries and Wages; b) Tnaqqis li jammonta għall-€109,528 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Materials and Supplies; c) Żieda li tammonta għall-€102,656 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Transport; d) Żieda li tammonta għall-€272,540 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Contractual Services?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4712, d-dettalji / raġunijiet huma a) Tnaqqis li jammonta għall-€342,800 taħt l-Item – Personal Emoluments – Salaries and Wages; Qabel ma’ l-isptar ta’ Għawdex ġie trasferit taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa, taħt l-istess vot ta’ l-Isptar ta’ Għawdex kien hemm allokati ukoll fondi għall-uffiċju tas-Sanita. Peress li l-uffiċju baqa jagħmel parti mill-Ministeru ta’ Għawdex, il-fondi allokati għalih ġew trasferiti mal-vot tal-Ministru ta’ Għawdex. EUR342,800 huwa l-ammont ta pagi fil-vot ta’ Salaries and Wages li ġew trasferiti lid-dipartiment tas-Sanita, għalhekk irriżulta dan it-tnaqqis. b) Tnaqqis li jammonta għall-€109,528 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Materials and Supplies; Matul is-sena 2013 l-isptar ta’ Għawdex biddel is-servizzi tal-catering. Is-servizz tal-‘catering’ għadda f’idejn il-privat u għalhekk il-fondi allokati għal-provvista ta ikel taħt dan il-vot ġew trasferriti għal vot ta’ servizzi kuntrattwali. c) Żieda li tammonta għall-€102,656 taħt l-Item – Operational and Maintenance – Transport; Din iż-żieda kienet riżultat ta’ kredituri relatati ma’ servizzi ta’ transport illi kienu għadhom ma’ tħallsux fis-sena preċedenti u tħallsu fis-sena 2013. Kien hemm ukoll diversi persuni li kienu intitolati għal ‘refunds’ fuq transport illi kienu għadhom ma tħallsux mis-sena preċedent u li tħallsu fis-sena 2013. d) Żieda li tammonta għall-€272,540 taħt l-I tem – Operational and Maintenance – Contractual Services? Is-servizz tal-‘catering’ għadda f’idejn il-privat u il-fondi allokati għal-provvista ta l-ikel taħt il- vot ta’ Materials and Supplies għaddew taħt dan il vot Contractual Services. Kien hemm ukoll ammont ta’ kredituri relatati mal-kuntratt tal-ħasil tal-lozor illi kienu għadhom ma’ tħallsux mis-sena preċedenti u li ġew imħallsa matul is-sena 2013. Kien hemm ukoll k redituri mis-sena 2012 relatati ma’ servizzi ta manteniment ta’ makkinarju illi tħallsu matul is-sena 2013.

Anzjani li qegħdin f’xi dar tal-anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra dwar jekk persuni, li jkunu rikoverati fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew f’xi istituzzjoni oħra tal-Gvern, għal din ir-raġuni huma obbligati li jgħaddu 80% tad-dħul tagħhom lill-istituzzjoni li jkunu jgħixu fiha, jekk għall-finijiet ta’ taxxa tad-dħul dak l-ammont li jitnaqqas mid-dħul tagħhom jiġix intaxxat jew le?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-taxxa tiġi mnaqqsa fuq l-ammont gross ta’ pensjoni li jirċievi l-pensjonant. Għaldaqstant l-ammont imnaqqas li jiġi mgħoddi lill-insituzzjoni li jkun jgħix fiha l-anzjan tiġi ntaxxata ukoll. Hija l-istess sistema li tħadmet mill-Amministrazzjoni preċedenti.