Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012 u fis-2013 u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ħaddiema li spiċċaw redundant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li l-impjieg tagħhom ġie tterminat għax spiċċaw redundant minn Marzu 2013 sa Awwissu ta' din is-sena? Kemm minn dawn il-ħaddiema, li l-impjieg tagħhom ġie tterminat, twaqqfu mix-xogħol għax l-entità li kienu jaħdmu fiha għalqet? Kemm minnhom sabu xogħol ieħor f'xi entità oħra? Jista' jagħti dan it-tagħrif għal Malta u Għawdex separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema li l-impjieg tagħhom ġie tterminat għax spiċċaw redundant minn Marzu 2013 sa Awwissu 2014 kien ta’ 5,773 persuna f’Malta u 450 persuna f’Għawdex, total ta’ 6,223 persuna. Minn dawn il-ħaddiema, in-numru ta’ persuni li twaqqfu mix-xogħol għax l-entità li kienu jaħdmu fiha għalqet kien ta’ 1,212-il persuna f’Malta u 134 f’Għawdex. Minn dawn il-ħaddiema 601 persuna sabu xogħol f’entita’ oħra f’Malta, filwaqt li 77 persuna sabu xogħol f’Għawdex.
Leg 12 PQ #10993 Sitting 188 2014-10-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett tal-Gozo Museum

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol fuq il-proġett tal-Gozo Museum li hu ppjanat li jsir fil-bini li qabel kien jintuża bħala Liceo Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex — Proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm proġetti, programmi u miżuri oħra kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea li għaddej ix-xogħol fuqhom f'Għawdex bħalissa? Jista' l-Ministru jsemmi xi proġetti u programmi u miżuri oħra li hemm ippjanati li jsiru sal-aħħar tas-sena 2015?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tista' tiġi aċċesata mis-sit http://www.ppcd.gov.mt

Għawdex – Photovoltaic Panels

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' enerġija li qed tiġi minn photovoltaic panels installati f'Għawdex? Kemm hu l-ammont ta’ finanzi li ngħataw lis-sidien bħala għajnuna biex jiġu installati dawn il-panelli u kemm hu l-ammont li l-Korporazzjoni Enemalta tħallas bħala kumpens lis-sidien?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #10999 Sitting 188 2014-10-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ħinijiet tal-Vapuri tal-Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li mill-29 ta' Settembru 2014 kien hemm tibdil fl-ħinijiet tal-vapuri tal-Gozo Channel bir-riżultat li l-vjaġġi, minn Għawdex bejn is-6.00pm u l-10.30pm u minn Malta bejn 6.45pm u 11.05 pm, qed ikun hemm siegħa u nofs bejn vjaġġ u ieħor bil-konsegwenza li qed ikun hemm waqtiet meta il-vapur ma jkollux spazju għall-vetturi kollha u dan qed jikkaġuna stennija żejda għal dawk li jibqgħu l-art?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-29 ta’ Settembru 2014 il-kumpanija Gozo Channel bdiet topera l-iskeda tal-‘Mid Season’ bħas-snin preċedenti.

Investimenti u inċentivi għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid x'investiment u inċentivi hemm ippjanati għall-ġejjieni mill-Gvern biex Għawdex ikun jista’ jimmassimizza l-potenzjal tiegħu u jkompli jimxi ’l quddiem?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema investimenti u inċentivi qed jirreferi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – Vot Kapitali – spejjeż relatati m’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, dwar kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru tiegħu, u dan fejn jirrigwarda items dwar servizzi edukattivi mogħtija f'Ghawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Vot Kapitali – spejjeż relatati m’Għawdex

Question

Jista' l-Ministeru jinforma lill-Kamra u jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, dwar kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru tiegħu, u dan fejn jirrigwarda items dwar servizzi tas-saħħa f'Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif mitlub f’din il-mistoqsija parlamentari ma jistax jingħata minħabba li hu ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #10988 Sitting 187 2014-10-15 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ix-Xagħra – Proġett tal-Qortin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn Marzu 2013 s'issa, u kemm kienet in-nefqa, fuq il-proġett tal-Qortin, ix-Xagħra Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-OnoR. Interpellant jindirizza il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Language Schools reġistrati

Question

B'referenza għal-language schools reġistrati f'Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawn l-iskejjel f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħid kemm jesgħu studenti kull waħda u liema lingwa jgħallmu, u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li f’Malta hawn 43 skola tal-Ingliż rreġistratati filwaqt li f’Għawdex hemm skola waħda rreġistrata. Dawn l-iskejjel kollha jgħallmu l-Ingliż bħala lingwa barranija. Fis-sena 2013 kien hawn 74,992 student li ġew Malta jitgħallmu l-Ingliż bħala numru globali iżda ma tistax tingħata informazzjoni dwar l-għadd massimu ta’ studenti kull skola, anki minħabba l-fatt li l-iskejjel jistgħu jagħmlu użu minn annexes.
Leg 12 PQ #10990 Sitting 187 2014-10-15 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex — Cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm cruiseliners daħlu f'Għawdex matul din is-sena? Kemm hu n-numru ta' cruiseliners li mil-lum sal-aħħar tas-sena d-dieħla se jinkludu lil Għawdex bħala destinazzjoni tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi din is-sena daħlu erbgħa cruise liners ġewwa Għawdex. Jekk it-temp ikun jippermetti għandhom jidħlu żewg cruise liners oħra sa’ l-aħħar ta’ din is-sena. Bejn April u Novembru 2015, għandhom jidħlu Għawdex ħmistax-il cruise liner. Il-gvern qiegħed iħares lejn opzjonijiet oħra sabiex jegħleb restrizzjonijiet infrastrutturali sabiex iktar cruise liners jagħżlu Għawdex bħala parti mid-destinazzjoni tagħhom. L-Awtorita’ għat-Turizmu tinsab għaddejja b’ħidma sabiex tippromovi lil din il-gzira sabiex tattira iktar kummerċ f’dan is-settur.

Għawdex – ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħoloqu postijiet tax-xogħol f'Għawdex għall-Għawdxin stess minn Marzu 2013 sal-lum? Dawn il-postijiet jinkludu dawk il-persuni li daħlu taħt l-iskema Greener and Cleaner Gozo? Jista' jagħti breakdown ta' dawn ix-xogħlijiet u jgħid kemm persuni minn Għawdex u li qed jaħdmu f’Għawdex stess, ġew impjegati mal-Gvern, ma’ entitajiet pubbliċi u mal-privat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sa April 2014 (April 2014 huma l-aħħar figuri ppublikati), in-numru ta’ nies Għawdxin li kienu qegħdin jaħdmu fuq bazi full time żdied b’570. Il-parteċipanti fl-iskema Cleaner and Greener Gozo ġew imħarrġin f’Dipartimenti tal-Gvern u Entitajiet Pubbliċi imma ħadd minnhom ma ġie ngaġġat formalment u sehemhom fl-iskema kien biss ta’ 20 ġimgħa, mill-5 ta’ Mejju sad-19 ta’ Settembru 2014. Iż-żieda maqsuma fis-Settur Privat, Entitajiet Pubbliċi u fid-Dipartimenti tal-Gvern, minn Marzu 2013 sa April 2014, hija kif se nsemmi: Settur Privat: 304 Entitajiet Pubbliċi: 63 Dipartimenti tal-Gvern: 203
Leg 12 PQ #10981 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – rifużjoni tal-ispejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gozo Channel rigward min huma l-persuni intitolati għar-rifużjoni tal-ispejjeż minħabba li jkollhom imorru Malta għal trattament mediku?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li huma ntitolati għar-rifuzjoni tal-ispejjeż minħabba li jkollhom imorru Malta għal trattament mediku, huma l-pazjenti Għawdxin li jattendu l-isptar Boffa għal-kura tal-kanċer.

Settur tal-Edukazzjoni — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm preżentament huma l-persuni li jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jgħid kemm minn dawn jaħdmu full-time, kemm jaħdmu part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom u part-time bħala xogħol sekondarju tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta’ April 2014 in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta u Għawdex kien ta’ 19,775 u 1,463 rispettivament. Fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta 14,064 persuna kienu jaħdmu full-time, 2,805 kienu jaħdmu part-time bħala xogħol ewlieni u 2,906 kienu jaħdmu part-time bħala xogħol sekondarju. Fis-settur tal-Edukazzjoni f’Għawdex 1,209 persuni kienu jaħdmu full-time, 107 kienu jaħdmu part-time bħala xogħol ewlieni u 147 kienu jaħdmu part-time bħala xogħol sekondarju.

Għawdxin – Servizzi ta’ out-patients u in-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti li joqogħdu f’Għawdex irċevew servizzi ta' out-patients u in-patients matul din is-sena f'kull sptar tal-Gvern f'Malta separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-għadd ta’ out-patients u in-patient fi sptar f’Malta, minn Jannar sa Awissu 2014, fejn il-lokalità Għawdxija kienet irreġistrata bħala residenza kien ta’ ħamest elef, disa’ mija u disgħa u ħamsin (5959).

Għawdex — Proġett ta’ Pixxina

Question

Għar-rigward tal-proġett ta' pixxina f'Għawdex, u wara li taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien diġà ġie ppubblikat u ngħata tender for electrical and mechanical consultancy services, kien ġie ppubblikat it-tender for the construction and earth works at the Gozo Natatorium u dan kien wasal fil-fażi ta' aġġudikazzjoni u tender oħra, Tender for the Construction, Technical Consultancy and Assistance for the Design of Mechanical, Electrical and Environmental Systems of the Gozo Natatorium, liema tender kienet tlestiet il-fażi preparatorju tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux bil-ħsieb li jkompli miexi biex isir il-proġett tal-pixxina fir-Rabat Għawdex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Gvern qiegħed fil-preżent jistudja u jikkonsidra l-possibiltajiet kollha li jeżistu għal bżonn ta’ pixxina f'Għawdex.
Leg 12 PQ #10985 Sitting 186 2014-10-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru tiegħu minn Diċembru 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – proġett ta’ mmodernizzar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid meta hemm il-ħsieb li jitkompla l-proġett estensiv ta' mmodernizzar tal-kuriduri u soqfa tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, liema xogħol kien inbeda taħt l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ewwel fażi tal-proġett estensiv bdiet taħt din l-amministrazzjoni u issa tinsab lesta. Għalkemm l-amministrazzjoni preċedenti jidher li kellha l-intenzjoni li timmodernizza l-kurituri u s-soqfa tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, il-ftit xogħol li kien twettaq lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kien xogħol kosmetiku u mhux ta’ kwalità.