B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7132 – Housing Schemes li skont it-tweġiba jammontaw għal €35,015.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat illi l-ammont ta’ € 35,015.00 jinkludi fih xogħlijiet li tlestew u provvista ta’ oġġetti, li huma kollha mħallsa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7133 – Improvement to Sports Facilities li skont it-tweġiba jammontaw għal €75,719.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat illi l-ammont ta’ € 75,719.00 jinkludi fih diversi xogħlijiet li tlestew, servizzi u provvista ta’ oġġetti, li huma kollha mħallsa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li ammontaw għal €59,505.00 taħt Item 7121– Extension of Sewerage Network li fit-tweġiba huma indikati li kienu spejjeż ta’ dan l-item bejn Diċembru 2013 sat-13 ta’ Ottubru 2014 meta fit-tweġiba tal-istess mistoqsija qed jingħad li l-Vot ta’ Item 7121 ma baqax jidher wara Diċembru 2013? Jista’ jgħid meta sar ix-xogħol tal-ispejjeż involuti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li ammontaw għal €140,000.00 taħt Item 7122 – Sewerage Plan li fit-tweġiba huma indikati li kienu spejjeż ta’ dan l-item bejn Diċembru 2013 sat-13 ta’ Ottubru 2014 meta fit-tweġiba tal-istess mistoqsija qed jingħad li l-Vot ta’ Item 7122 ma baqax jidher wara Diċembru 2013? Jista’ jgħid meta sar ix-xogħol tal-ispejjeż involuti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
Applikazzjonijiet għal Emergency Ambulance Respondent
Question
B’referenza għas-sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta’ Emergency Ambulance Respondent, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal dan il-post f’Malta u Għawdex separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10977
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7115 – Tree Planting and Site Embellishment Programmes li skont it-tweġiba jammontaw għal €9,730.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7240– Road Construction/Improvement li skont it-tweġiba jammontaw għal €3,343,070.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ix-xogħol li ġie mħallas tlesta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7123 – Centralisation of Government Offices li skont it-tweġiba jammontaw għal €15,229.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7124 – Improvement to Touristic Facilities li skont it-tweġiba jammontaw għal €8,988.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ €8,988.00 jinkludi fih diversi xogħlijiet li tlestew u servizzi, li huma kollha mħallsa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7128 – Restoration and Improvements to Heritage (Historical) Sites li skont it-tweġiba jammontaw għal €29,921.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7130 – Environment Protection Works li skont it-tweġiba jammontaw għal €5,000.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat l-ispejjeż li qed jirreferi l-Onor. Interpellant jikkonsistu minn kiri ta’ makkinarju. Jiena nfurmat ukoll li l-ammont imsemmi huwa mħallas fuq xogħol lest.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10988 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu jgħid x'sar minn Marzu 2013 s'issa, u kemm kienet in-nefqa, fuq il-proġett tal-Qortin, ix-Xagħra Għawdex?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-WasteServ li minn Marzu 2013 il-managment tal-WasteServ ħa ħsieb li jagħti l-attenzjoni xierqa sabiex il-proġett ta’ riabilitazzjoni tal-Qortin tlesta xi ġimgħat ilu. Dwar in-nefqa totali bħalissa qed issir il-verifika neċessarja tal-kontijiet u allura jkun prematur li wieħed jagħti figura dritta. Madanakollu jiena infurmat li l-ispiża ser tkun fil-limiti ta’ dak li kien jippermetti l-kuntratt
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Vot Kapitali – spejjeż relatati ma’ Għawdex
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10987, jista' l-Ministru jgħid x'irid ifisser meta qed jgħid li din l-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali meta tqis li l-ammonti globali tal-Vot Kapitali tal-Ministeru hu ppubblikat fid-dokument Financial Estimates 2014, liema dokument hu pubbliku u nħareġ mad-diskors tal-Ministru tal-Finanzi? Jista' jagħti din l-informazzjoni meta tqis li l-informazzjoni li qed tintalab hi dwar spejjeż mħallasa minn fondi pubbliċi u aktar u aktar meta mistoqsijiet ta' dan it-tip dejjem ġew imwieġba u l-informazzjoni mitluba ġiet mogħtija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Filwaqt li l-line items tal-budget huma pubbliċi, l-items mitluba huma ta' natura kummerċjali .
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7001 - ICT li skont it-tweġiba jammontaw għal €155,558.00? Jista' jgħid jekk x-xogħol involut tlestiex u jekk dan l-ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat illi l-ammont ta’ €155,558.00 jinkludi fih diversi xogħlijiet li tlestew, servizzi u provvista ta’ oġġetti, li huma kollha mħallsa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7239 - Eco-Gozo li skont it-tweġiba jammontaw għal €988,098.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ix-xogħol li ġie mħallas tlesta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7228 – General Improvement li skont it-tweġiba jammontaw għal €77,952.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat illi l-ammont ta’ € 77,952.00 jinkludi fih diversi xogħlijiet li tlestew, servizzi u provvista ta’ oġġetti, li huma kollha mħallsa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10985, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li saru minn Diċembru 2013 sat-13 ta' Ottubru 2014 taħt Item 7096 – Investment Incentives li skont it-tweġiba jammontaw għal €235,225.00? Jista' jgħid jekk ix-xogħol involut tlestiex u jekk dan ammont imsemmi tħallasx?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-ispiża msemmija tikkonsisti minn grants li jingħataw lill-kumpaniji fil-qasam tal-manifattura f’Għawdex biex ittaffi parti mill-ispejjeż addizzjonali minħabba l-insularita’ doppja ta’ Għawdex.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – proġett ta’ mmodernizzar
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10974 fejn fit-tweġiba jingħad li "il-ftit xogħol li kien twettaq lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kien xogħol kożmetiku u mhux ta' kwalità", jista' l-Ministru jgħid għal liema xogħol qed jirreferi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ix-xogħol kożmetiku li rreferejt għalih kien it-tibjid tal-kuriduri. Dan il-Gvern iħoss li f'Għawddex hemm bżonn iktar minn sempliċi tibjida tal-kuriduri u għalhekk qed jinvesti fi programm ta’ refurbishment u titjib ieħor relatat ma' servizzi biex l-Għawdxin ikollhom sptar li tassew jixirqilhom. Dan ix-xogħol qed isir permezz ta’ użu aħjar tal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex stess.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10980, jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żieda ta' 570 persuna minn Għawdex jaħdmu fuq bażi full-time, liema figura ngħatat fit-tweġiba, humiex jaħdmu f'Għawdex stess? Jekk le, jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni qed jaħdmu Malta u kemm minnhom f’Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex dettalji tal-post fejn attwalment qed jaħdmu l-impjegati ħlief fil-każ ta’ persuni li jaħdmu mad-dipartimenti tal-gvern, ministeri u entitajiet pubbliċi. Dan jiġri minħabba li fil-formola tal-Bidu ta’ Impjieg, l-imgħallem jikteb id-dettalji tal-Head Office li ġeneralment ikun Malta u mhux fejn jaħdem l-individwu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10980, jista' l-Ministru jagħti breakdown u jgħid ma’ min ġew impjegati t-304 persuna fis-settur privat, liema huma l-entitajiet pubbliċi li magħhom ġew impjegati s-36 persuna u liema huma d-dipartimenti tal-gvern li magħhom ġew impjegati il-203 imsemmija fit-tweġiba?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi ma’ liema Entitajiet Pubbliċi u Ministeri/Dipartimenti tal-Gvern ġew impjegati il-persuni li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Rigward il-persuni impjegati fis-settur privat, fuq parir tal-Uffiċju tal-Protezzjoni tad-Data, dan it-tagħrif mhux qiegħed isir pubbliku. Kopja ta’ din l-informazzjoni se tingħata lill-Onor. Interpellant b’mod kunfidenzjali.