Jista’ l-Ministru jgħid jekk fiċ-ċentru l-ġdid tal-MCAST ta’ Għawdex hemmx sistema ta’ fire fighting? Jekk fin-negattiv, jista’ jara li din is-sistema, li hi tant bżonjuża f’post bħal dan, tiġi stallata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kampus il-ġdid tal-MCAST f’Għajnsielem ġie mgħammar b’sistema ta’ protezzjoni u tifi kontra emerġenzi ta’ nirien. Il-Kampus il-ġdid qed jagħmel ukoll l-almu tiegħu biex sistema ta’ protezzjoni (fire detection system) li kienet ġiet installata xi seba’ snin ilu fiċ-Ċentru tal-Arti u Disinn u li qatt ma kienet ikkommissjonata u qatt ma ħadmet, tissewwa u ssir operabbli mas-sistemi l-oħra li ġew installati riċentement.
Għawdex — Skejjel sekondarji – suġġetti mhux mgħallma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-iskola sekondarja tas-subien Ninu Cremona u fl-iskola sekondarja tal-bniet Agius de Soldanis ta’ Għawdex (separatament) hemmx xi suġġetti li ilhom għal żmien twil ma jiġu mgħallma fin-nuqqas ta’ għalliema li huma fuq sick leave?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jirriżulta li ntilfu xi lezzjonijiet tal-Ingliż meta għalliema partikolari li tgħallem fl-iSkola Sekondarja (Co-ed) rrapurtat ma tiflaħx 8 ijiem f’Ottubru, 4 ijiem f’Novembru u Diċembru kollu.
F’nofs Diċembru saru arranġamenti interni ad hoc fl-iskola sabiex l-istudenti ma jitilfux lezzjoniiet aktar.
Mill-bidu tat-tieni term se jkun hemm arranġament permanenti.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12303, jista’ l-Ministru jagħti breakdown u jgħid fiex intefqu l-€140,000 li qed jingħad li kienu spejjeż fuq faċilitajiet sportivi f’Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-€140,000 intefqu kif ġej:
Eur 60,000 lil Kerċem Ajax– Stand u Dressing Rooms
Eur 20,000 lil Sannat Lions – Xogħol relatat ma’ l-art tal-pitch
Eur 20,000 lil Xaghra United - Dwal
Eur 15,000 lil Nadur Youngsters– Dressing Room u Fence
Eur 5,000 lil Munxar Falcons - Dwal
Eur 15,000 lil Oratory Youths– Dressing Room u Fence
Eur 5,000 lil Victoria Hotspurs - Dwal
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12075 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11340, jista' l-Ministru jgħid meta tneħħa s-soffitt li kellu kontenut ta' asbestos, li kien hemm fil-kurituri tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' jgħid min kien il-kuntrattur li kien inkarigat biex jiddisponi minn dan il-material?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ix-xogħol imsemmi fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex tlesta fil-parti l-kbira tiegħu fl-2013 kif elenkat fit-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11340. Il-Kuntrattur responsibbli mit-tneħħija tal-asbestos kien PT-Matic
Sptar Ġenerali t’Għawdex – trattament bil-kimoterapija
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10246 fejn intqal li matul is-sena 2014 kien hemm 26 pazjent Għawdxi li ngħata t-trattament tal-kimoterapija li tinkludi 5-FU u Adjuvant Herceptin fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, u billi fl-istess tweġiba ntqal li n-numru ta’ pazjenti totali li ngħataw it-trattament bil-kimoterapija kien l-istess 26 pazjent li ssemmew fit-tweġiba, u billi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11643 intqal li s-26 trattament imsemmi kien apparti mit-trattamenti oħra li ngħataw tal-Aclasta, Zometa u Pamidronate Injection, u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12176 fejn ġie kkonfermat li s-26 trattament li saru f’Għawdex kienu jikkonsistu f’Herceptin u 5-FU, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ pazjenti li ġew ikkurati bil-kimoterapija f’Għawdex matul din is-sena, u jekk kienx hemm pazjenti oħra barra dawn is-26?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi ghall-mistoqsija parlamentari numru 10246.
Ministeru għal Għawdex – voti kapitali – pumping station
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12299, jista’ l-Ministru jagħti l-breakdown u jgħid fiex intefaq l-ammont ta’ €731,180.22 li qed jingħad li ġiet tiswa l-pumping station tad-drenaġġ fl-Imġarr Għawdex?
Mata Enterprise — programmi ta' promozzjoni tal-investiment dirett barranin
Question
Jista' l-Ministru jelenka l-programmi ta' promozzjoni tal-investiment dirett barrani f'Għawdex li ġew implementati mill-Malta Enterprise maltul s-sena 2014, liema programmi hemm ukoll konferma li saru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12079?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2014 Malta Enterprise ħadmet biex Għawdex jiġi żviluppat f’ċentru internazzjonali fir-reġjun tal-mediterran u l-Ewropa t’isfel għal servizzi mediċi u ta’ edukazzjoni u taħriġ mediku tal-ogħla kwalita’. Il-Gozo Medical and Healthcare Hub ser ifisser li Għawdex ser igawdi mill-benefiċċji tat-turiżmu mediku, mill-infiq ta’ studenti, professuri, klijenti barranin u l-qraba tagħhom. Jibbenefika wkoll mill-investiment dirett barrani li dan il-proġett jinvolvi. In-negozjati ma’ operaturi barranin qegħdin f’fażi avvanzat ħafna. Il-Hub se jikkonsisti fi cluster li jikkomprendi wkoll investiment barrani fl-oqsma tar-reabilitazzjoni u trattament mediku speċjalizzat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10995 u jgħid kemm hu l-ammont ta' enerġija li qed tiġi minn photovoltaic panels installati f'Għawdex? Kemm hu l-ammont ta’ finanzi li ngħataw lis-sidien bħala għajnuna biex jiġu installati dawn il-panelli u kemm hu l-ammont li l-Korporazzjoni Enemalta tħallas bħala kumpens lis-sidien?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2013 kien stmat li ġie ġġenerat 3.6GWh ta’ enerġija mill-panelli fotovoltajiċi installati f’Għawdex.
Skont il-pagamenti li saru sal-25 ta’ Settembru 2014 bħala għajnuna biex jiġu nstallati dawn il-pannelli f’Għawdex, l-ammont totali ta’ finanzi li ingħataw huma:
· €5,268,026 (ħames miljuni, mitejn, tmienja u sittin elf, u sitta u għoxrin Ewro) ingħataw lill-familji li bbenifikaw minn skemi ta’ għajnuna imħaddma mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi;
· €759,000 (seba’ mija, disgħa u ħamsin elf Ewro) ingħataw lill-industrija li bbenefikaw minn skemi ta’ għajnuna imħaddma mill-Malta Enterprise.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11467, peress li fit-tweġiba qal li taħt l-Item 7121 -
Extension of Sewerage Network
- matul is-sena 2013 kienu intefqu €42,430 fuq bini ta'
Pumping Station
fl-Imgarr u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11468 fejn fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qal li taħt Item 7122 -
Sewerage Plan -
matul is-sena 2013 kienu intefqu €37,778 ukoll fuq bini ta'
Pumping Station
fl-Imġarr, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-istess ix-xogħol fuq l-istess
pumping station
jidher taħt ¿ewġ
items
differenti? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa din il-
Pumping Station?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż imsemmija huma żewġ pagamenti separati fuq il-Pumping Station fl-Imġarr li dehru taħt items differenti peress li ż-żewġ items għandhom x’jaqsmu mas-sistema tad-drenaġġ. Jiena nfurmat ukoll li l-Pumping Station tal-Imġarr ġiet tiswa €731,180.22.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11630 jista' l-Ministru jelenka x-xogħol preparattiv li sar sabiex il-bini msemmi jiġi ttrasformat f'Gozo Museum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li x-xogħol preparattiv rigward l-Gozo Museum jikkonsisti f’dawn l-azzjonijiet:
1. Laqgħat tekniċi sabiex jiġi stabbilit it-tqassim ġenerali tal-binja u l-kontenut
2. Preparazzjoni għal sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-fondi
3.
Detailed architectural survey
li jifforma l-bażi fundamentali sabiex tiġi ppubblikata kompetizzjoni għad-disinn u eventwalment jiġu determinati l-ħtiġijiet strutturali tal-binja u jiħhejjew l-applikazzjonijiet tal-MEPA. Is-survey mistenni jkun lest f’Diċembru 2014.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – uffiċjali inkarigati min-nurses
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm uffiċjal inkarigat min-nurses qabel ma ġie appuntat it-tim ta' tmexxija maniġerjali fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid x'kien il-grad tiegħu?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12076, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intefqu l-€185,000 li qed jingħad li intefqu għal qasam sportiv f'Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12076, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-somma li ntefqet għall-qasam sportiv f'Għawdex matul is-sena 2014 kellha taqra €189,648.93 u mhux kif deher bi żvista fit-tweġiba mogħtija.
Dawn il-flus intefqu kif ġej:
Eur 140,000.00 - faċilitajiet sportivi f’Għawdex
Eur 24,817.00 - salarju għal Koordinatur tal-KMS f’Għawdex
Eur 10,366.83 - skemi sportivi tal-Kunsilli Lokali f’Għawdex
Eur 2,000 - Sports Day f’Għawdex
Eur 8,000 - għajnuna għal Skola Sport f’Għawdex
Eur 4,465.10 - assistenza lill-għaqdiet sportivi f’Għawdex
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasslu d-diskussjonijiet tal-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jintbagħat għalliem tal-Malti f'Melbourne?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għal Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni ma rċieva l-ebda talba formali biex jintbagħat għalliem tal-Malti f'Melbourne.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11634, jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż involuti fix-xogħol ta’ tisbiħ u mmodernizzar li saru fl-Iskola Sir Mikielang Refalo Upper Lyceum, ir-Rabat Għawdex, u fl-iskejjel l-oħra kollha tal-Kulleġġ ta’ Għawdex skont l-ordni tax-xogħol li sar kif indikat fil-lista B annessa mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari msemmija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – trattament bil-kimoterapija
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11643 fejn fit-tweġiba ntqal li s-26 trattament imsemmi kien apparti mit-trattamenti l-oħra li ngħataw tal-Aclasta u Zometa u Pamidronate Injection, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ trattament ingħataw dawn is-26 pazjent imsemmija fir-risposta?
Response (MIZZI, KONRAD)
It-trattamenti kienu jikkonsistu f'Herceptin u 5-FU
B'referenza ghall-mistoqsija parlamentari 11340, jista' l-Ministru jgħid meta tneħħa s-soffitt li kellu kontenut ta' asbestos, li kien hemm fil-kuriduri tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' jgħid min kien il-kuntrattur li kien inkarigat biex jiddisponi minn dan il-material?
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus għall-qasam sportiv f'Għawdex matul is-sena 2014 mis-somma totali ta €2.5 miljun allokati għal żvilupp fil-qasam sportiv f'Malta u Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2014 intefqet is-somma ta’ Eur 185,000 għal qasam sportiv f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni minn Għawdex li kienu jaħdmu full-time f'April 2014 u f'Awwissu 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni minn Għawdex li kienu jaħdmu full-time fl-aħħar ta’ April 2014 kien ta’ 9,824, filwaqt li fl-aħħar ta` Ġunju 2014 (l-aħħar figuri ppubblikati) kien hemm 9,902 persuni jaħdmu full- time.
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex dettalji tal-post fejn attwalment qed jaħdmu l-impjegati ħlief fil-każ ta’ persuni li jaħdmu mad-dipartimenti tal-gvern, ministeri u entitajiet pubblici. Dan jiġri minħabba li fil-formola tal-Bidu ta’ Impjieg, l-imgħallem jikteb id-dettalji tal-Head Office li ġeneralment ikun Malta u mhux fejn jaħdem l-individwu. Għalhekk meta qed ngħidu persuni minn Għawdex li kienu qed jaħdmu, għas-settur Privat qed nirreferu għal dawk il-persuni li għandhom ir-residenza tagħhom f’Għawdex, filwaqt li għas-settur Pubbliku qed nirreferu għal dawk il-persuni li qed jaħdmu ma’ Ministeri/Dipartimenti tal-Gvern jew entitajiet Pubbliċi ġewwa Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru tal-applikazzjoni tal-MEPA dwar il-binji ta Qorti l-ġdida? Jista' jgħid fiex waslet din l-applikazzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-MEPA dwar il-bini tal-Qorti saret bin-numru PA3790/08 u li sar is-site selection exercise konness mal-applikazzjoni.