Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu biljetti mill-Gozo Channel minn Jannar 2014 sa April 2015? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar u taħt il-kategoriji differenti tal-biljett jiġifieri:
(a) passiġġieri residenti f'Għawdex;
(b) passiġġieri residenti f'Għawdex bla vettura;
(c) passiġġieri residenti Malta bil-vettura;
(d) passiġġieri residenti Malta bla vettura;
(e) passiġġieri barranin bil-vettura; u
(f) passiġġieri barranin bla vettura?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew impjegati, minn Marzu 2013, f'Għawdex taħt xi Skema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jgħid kemm minnhom għadhom jaħdmu mal-istess employer li kienu tqabbdu jaħdmu miegħu? Jista' jgħid:
(a) kemm minn dawn qed jaħdmu ma'
employer
ieħor;
(b) kemm minnhom spiċċaw bla xogħol; u
(c) kemm minnhom qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ġew impjegati persuni f'Għawdex taħt xi Skema tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ minn Marzu 2013 sal-lum flimkien mat-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux bil-ħsieb li jkun hemm fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'sar s'issa fuq dan il-proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ta’ Għawdex għadu bil-ħsieb li jkun hemm fast ferry service u li aktar dettalji se jingħataw fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm kien hemm persuni jaħdmu f'Għawdex bejn l-aħħar ta' Mejju 2014 sa Mejju 2015 fuq bażi full-time; part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom u part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom:
(a) fil-lukandi; u
(b) fir-ristoranti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perjodu bejn l-aħħar ta' Mejju 2014 sal-aħħar ta' Diċembru 2014 li hija l-aħħar figura ppubblikata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-vjaġġ bir-ritorn sar mill-Gozo Channel bejn l-Imġarr u Sa Maison, xahar b'xahar minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm, preżentament, hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-servizzi diretti ta' intermedjazzjoni finanzjarja f'Għawdex? Kemm minnhom huma fis-settur pubbliku u kemm minnhom huma self-employed?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li fl-aħħar ta’ Diċembru 2014, kien hemm 309 ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-Finanzi f'Għawdex li jinkludi s-servizzi diretti ta' intermedjazzjoni finanzjarja. Erbgħa (4) minnhom huma self employed. Fis-settur pubbliku m’hemmx ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-servizzi diretti ta' intermedjazzjoni finanzjarja f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet oħra li l-Ministeru tiegħu hu ppjanat li jwettaq f'Għawdex fl-2015, l-2016 u l-2017
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programmi, skemi, proġetti u xogħlijiet għas-sena 2015 jidhru fl-estimi tas-sena 2015. F’dan iż-żmien tas-sena dan il-Ministeru jkun qed iħejji l-programmi, skemi, proġetti u xogħlijiet għas-sena ta’ wara, li jkunu mħabbra fl-estimi ta’ dik is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għamilx xi analiżi tas-suq biex jkunu identifikati liema huma l-aktar niċeċ li fil-futur jistgħu jkunu idonei għal Għawdex fil-qasam turistiku? Jekk fl-affermattiv, jista' jelenka r-riżultat tal-analiżi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Politika Nazzjonali għat-Turiżmu 2015-2020. Fis-sezzjoni dedikata speċifikament għal Għawdex bħala destinazzjoni distinta, hemm elenkati numru ta’ niċeċ li ġew identifikati bħala dawk li għandhom potenzjal għoli sabiex mhux biss iżidu l-volum turistiku f’Għawdex iżda jgħinuh ukoll sabiex ikompli jwessa’ l-istagun turistiku tiegħhu. Dawn in-niċeċ jikkonsistu f’turiżmu Kulturali u Rurali; turiżmu Attiv u Sportiv; Konferenzi u Nċentivi; Żwiġijiet u Honeymoons; turiżmu Reliġjuż.
Apparti minn hekk, bil-proġett li ħabbar dan il-Gvern għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex, ser ikun hemm impenn ċar ħalli tiġi żviluppata niċċa oħra, jiġifieri, dik tat-turiżmu mediku, saħħa u benessere. Dan apparti t-titjib fit-turiżmu domestiku.
B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Medji imsejħa Gozo Transport Grant Scheme, liema skema hi amministrata mill-Malta Enterprise, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-iskema hemmx il-ħsieb li tiġi mġedda wara Diċembru 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi kummerċjali, ta' kumpaniji li joperaw minn Għawdex u li ngħataw lura n-noll tal-vapuri tal-Gozo Channel matul is-sena 2014 u 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' flus rifonduti matul l-istess żmien?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati, ma' kumpaniji li joperaw minn Għawdex, li matul is-sena 2014 u 2015, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, li ġew ikkumpensati għall-ħin li jieħdu biex jaqsmu bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ġew imħallsa fl-istess żmien?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi kummerċjali itwal minn ħames metri li matul is-sena 2014 u 2015 (sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija) talbu li jiġu kkumpensati għall-fuel li jiġi kkunsmat biex jieħdu l-prodotti lejn Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ġew imħallsa? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar vetturi kummerċjali li huma itwal minn tmien metri?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Gozo Transport Grant Scheme — spejjeż involuti għal ġarr ta' merkanzija
Question
B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme fejn fid-deskrizzjoni tal-istess skema jingħadd li meta jintuża subcontracted haulage għal ġarr ta' merkanzija minn Għawdex, il-kumpaniji involuti huma eliġibbli li jiġu mħallsa lura sa nofs l-ispejjeż involuti, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus imġallsa għal dan il-għan matul is-sena 2014 u 2015 (sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Gozo Transport Grant Scheme — assistenza lis-setturi Agrikoli u tas-Sajf f'Għawdex
Question
Peress li l-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme ma tipprovdix assistenza lis-setturi tal-Agrikolu u tas-Sajd f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk tingħatax xi għajnuna oħra li dawn iż-żewġ setturi jiġu biex jieħdu l-prodotti tagħhom lejn Malta? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn is-setturi jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm:
(a) hu n-numru ta' impjegati fi grad ta'
butchers
;u
(b) jekk hemmx bżonn ta' aktar impjegati f'dan il-grad fil-biċċerija ta' Għawdex?
Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu trasferiti, minn Malta għal Għawdex, xi impjegati Għawdxin f'dan il-grad u li fil-preżent qed jaħdmu fil-biċċerija ta' Malta?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li n-numru ta’ impjegati fi grad ta’ butchers huwa ta’ Erbgħin (40).
Dwar impjegati f’dan il-grad fil-Biċċerija ta’ Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li l-Biċċerija ta’ Malta għandha bżonn il-biċċiera kollha li huma impjegati magħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tkun l-ispiża kull xahar, inkluż l-ispejjeż tal-vettura, biex minn Malta jinbgħat f'Għawdex, uffiċjal kuljum biex mexxi is-Sezzjoni tal-Protezzjoni Ċivili f'Għawdex? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ma ġiex inkarigat uffiċjal minn Għawdex biex jaqdi din il-funzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiza kull xahar, inkluz l-ispejjez tal-vettura, biex minn Malta jinbgħat f'Għawdex, uffiċjal kuljum biex mexxi is-Sezzjoni tal-Protezzjoni Ċivili f'Għawdex, huwa kif ġej:
Settembru 2014 - € 514.95
Ottubru 2014 - € 533.14
Novembru 2014 - € 491.26
Diċembru 2014 - € 519.78
B’referenza għal l-aħħar domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 13548.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11307 li oriġinarjament saret fl-14 ta’ Ottubru 2014 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?