Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hi stmata li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament għal matul is-sena 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onoevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – Barts Medical School – Turiżmu mediku
Question
Issa li qed jingħad li ġie ffinalizzat il-ftehim bejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u Barts Medical School, jista' l-Ministru jgħid x’ammont se jkun stmat li se jħalli dan il-proġett jiġifieri dak ta’ turiżmu mediku f'termini ta' nfiq?
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13511 u 11309 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali huma dawn murija fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ispiża tal-ħatriet tidher ukoll f’din it-Tabella.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13510 u 11308 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-bordijiet u l-ispiża tagħħhom bejn l-2012 u l-2014, hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża tal-Bordijiet imsemmija fil-mistoqsija parlamentari numru 19735, u li qed nerġgħu nagħmlu referenza għalihom f’din il-mistoqsija parlamentari, tista’ tinkiseb mit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13509 u 11307 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Għawdex — trattat ta' sħubija ta' Malta - eleġibilità għall-fondi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex id-drittijiet ta' Għawdex stipulati fit-Trattat ta' Sħubiija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, fost l-oħrajn dwar l-eleġibilità għall-fondi, jiġu mħaddma?
Response (GRECH, LOUIS)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li fir-rigward tal-fondi allokati għal Għawdex il-Kummissjoni Ewropea adottat l-istess deċiżjoni għal-programm ta’ Fondi Ewropej għal-perjodu 2014-2020 li kienet ħadet għal-perjodu 2007 – 2013.
Manadankollu, dan il-Gvern huwa kommess li Għawdex jibbenifika bi sħiħ minn dawn il-fondi fis-snin li ġejjin u għaldaqstant ħadna ħsieb li 10% tal-Fondi Ewropej huma allokati għal-Għawdex għal-perjodu 2014-2020.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema full-time f'Għawdex, fl-aħħar tas-snin 2013 u 2014? Jista' jgħid jekk kienx kemm żieda fin-numru ta' dawn il-ħaddiema mill-2013 sal-aħħar tal-2014? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kienet din iż-żieda? Jista' jagħti break down ta' din iż-żieda u jgħid kemm minnhom huma impjegati mas-servizz pubbliku, ma' kumpaniji parastatali, mal-privat u ma' kumpaniji privati li l-ħaddiema tagħhom qed jagħtu servizz f'dipartimenti u entitajiet oħra tal-Gvern? Jista' jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema qed jagħmlu xogħol f'Għawdex stess u kemm minnhom qed jaħdmu f'Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu f’Għawdex fuq bażi full-time kien ta’ 9,514-il persuna fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u 9,934 persuna fl-aħħar ta’ Diċembru 2014. Iż-żieda fin-numru ta’ dawn il-ħaddiema kienet ta’ 420 persuna, li minnhom kien hemm żieda ta’ disa’ persuni fis-servizz pubbliku, żieda ta’ 61 persuna ma’ kumpaniji parastatali u żieda ta’ 350 persuna fis-settur privat. Il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex dettalji tal-post fejn attwalment qegħdin jaħdmu l-impjegati ħlief fil-każ ta’ persuni li jaħdmu mad-dipartimenti tal-Gvern, ministeri u entitajiet pubbliċi. Dan jiġri minħabba li fil-formola tal-Bidu ta’ Impjieg, l-employer jikteb id-dettalji tal-Head Office li ġeneralment tkun Malta u mhux fejn jaħdem l-individwu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13501 u 11299 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, fis-sena 2013, u fis-sena 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet - ħatriet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13512 u 11310 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u fis-sena 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument Nru. 5942 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 318, l-Erbgħa, 28 ta' Ottubru 2015)
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hu stmat li se tkun tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament, matul is-sena 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija Nru 19719.
L-ispiża fuq il-bord tal- Gozo Channel Company Ltd hija stmata li ser tammonta għal €49,200 għas-sena 2015.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12078, liema mistoqsija ġiet mwieġba fit-12 ta Novembru 2014 u fit-tweġiba kien intqal li saret applikazzjoni mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-bini ta' Qorti ġdida f'Għawdex u sa dakinhar kien sar is-site selection exercise konness ma' din l-applikazzjoni, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar dan il-proġett minn dakinhar 'l hawn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara t-tlestija tas-site selection exercise tkompla l-proċess ta’ assessjoni tad-disinni l-ġodda mal-Mepa. In-numru tal-PA number relattiv huwa PA3790/08.
Jista' l-Ministru jgħid f'termini ta' kilometri, kemm toroq ingħataw wiċċ ġdid ta' tarmak mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2015? Jista' jelenka lista ta' toroq involuti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar peress illi l-ammont ta toroq li dan il-Gvern qiegħed jittakilja f’ Għawdex huwa wieħed konsiderevoli meta pparagunat mas-snin ta Gvernijiet Nazzjonalisti.
l-informazzjoni ddettaljata għaldaqstant se tingħata f’ xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux bil-ħsieb li jidentifika sit biex jiġi żviluppat għall-intrapriżi żgħar f'Għawdex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed jaħdem fuq sit magħruf bħala tal-Ħofra ġewwa l-qasam industrijali ta' Xewkija biex jiġi zviluppat għall intraprizi zgħar u medji.
Jista' l-Ministru jgħid x'żieda kien hemm u x'titjib sar fuq il-faċilitajiet sportivi f'Għawdex minn Marzu 2013 bil-għan li jiġi attirat turiżmu sportiv lejn Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista dwar ix-xogħol li sar fuq il-faċilitajiet sportivi f’Għawdex minn Marzu 2013. Dawn il-faċilitajiet jintużaw għal għanijiet differenti fosthom sabiex ikun attirat turiżmu sportiv lejn Għawdex.
Għawdex — Kampus tal-Università - żieda fil-korsijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sentejn skolastiċi kienx hemm żieda fil-korsijiet li jingħataw mill-Kampus tal-Università f'Għawdex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li matul is-snin akkademiċi 2013/14, 2014/15 u 2015/16 ma kienx hemm tibdil fin-numru ta’ korsijiet offruti fiċ-Ċentru t’Għawdex tal-Università ta’ Malta. Il-korsijiet offruti fl-2015/16 huma:
- Bachelor of Arts (Honours) in Criminology
- Bachelor of Commerce
- Bachelor of Commerce (Honours)
- Bachelor of Psychology (Honours) Certificate in Clinical Nursing Practice *
- Certificate in Proof reading: Maltese
- Diploma in Commerce
- Diploma in Facilitating Inclusive Education *
- Executive Master of Business Administration *
- Master of Arts in Hospitaller Studies
- Master of Arts in Islands and Small States Studies
- Pre-tertiary Institute Certificate in Baroque Architecture
* offruti fuq bażi ta’ Video Conferencing
Kien hemm pero’ differenza fin-numru ta’ korsijiet offruti fuq bażi ta’ video conferencing kif jidher hawn taħt:
- fl-2013/14 kien hemm 5 korsijiet offruti fuq bażi ta’ video conferencing
- fl-2014/15 kien hemm kors offrut fuq bażi ta’ video conferencing
- fl-2015/16 hemm 3 korsijiet offruti fuq bażi ta’ video conferencing (figura korretta sat-12
ta’ Ottubru, 2015).