Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #20332 Sitting 320 2015-11-02 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19720.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19733.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu kif waslet għandi.
Leg 12 PQ #20323 Sitting 318 2015-10-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fl-2013 u fl-2014 l-ispiża fuq il-bordijiet li jaqgħu taht l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienet mal-€100,000 inqas milli kienet fl-2011 u fl-2012. Għal dis-sena l-istima hija li l-ispiza tkun mal-€150,000 inqas milli kienet fl-2014.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huma in- National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention u s-Sanctions Monitoring Board. Il-Kunisll tal-Maltin li Jgħixu Barra ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi imma jiena Chairman ex-ufficio tal-Kunsill. L-unika remunerazzjoni li titħallas hija lill-Ispettur li jpoġġi fuq in-National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention u tammona għal €1,164.69 fis-sena. Iċ-Chairperson, segretarji u l-membri tal-bordijiet l-oħra msemmija ma jieħdux ħlas.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-Mistoqsija tiegħu ngħatat fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 19754 u 19755.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — bordijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il- Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Ministeru għall-Eduakzzjoni u x-Xogħol — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #20033 Sitting 316 2015-10-27 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

EkoGħawdex – inizjattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19716, fejn qed jintqal li bħala parti mill-inizjattivi li ttieħdu matul l-aħħar sentejn fuq il-kunċett EkoGħawdex ittieħdu miżuri fuq arti pubblika f’Għawdex, jista’ l-Ministru jelenka l-inizjattivi li ttieħdu biex ikunu installati skulturi u biċċiet tal-arti f’postijiet pubbliċi madwar Għawdex? Jista’ jgħid jekk dawn l-inizjattivi kienux jinvolvu spejjeż? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm kienu dawn l-ispejjeż?

Response (REFALO, ANTON)

Qiegħed ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar inizjattivi dwar l-arti jinkludu: Merħba bil-Fjuri (Mosaic Mural extension) Mġarr Sant’Orsla (Skultura) Ir-Rabat(Dar tal-Gvernatur) Qawsalla Fjuri (Mosaic Mural) Mgarr Bdiewa (Skultura) Sannat S’issa ntefqu €35323.45 fuq dawn l-inizzjattivi.
Leg 12 PQ #20034 Sitting 316 2015-10-27 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

EkoGħawdex – inizjattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19716, fejn qed jintqal li bħala parti mill-inizjattivi li ttieħdu matul l-aħħar sentejn fuq il-kunċett EkoGħawdex sar xogħol fuq proġett ta’ afforestazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq ix-xogħlijiet ta’ restawr ekoloġiku fil-Qortin ta’ Isopu, in-Nadur? Jista’ jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Qiegħed ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #20035 Sitting 316 2015-10-27 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' Qorti Ġdida — applikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19721 fejn qed jintqal li wara t-tlestija tas-site selection exercise tkompla l-proċess ta’ assessjoni tad-disinni l-ġodda mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan is-site selection exercise kienx jinvolvi bidla fis-sit oriġinali fejn kienet ġiet ippjanata din il-binja u ċjoè fi Triq Giorgio Borg Olivier?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li s-sit tal-binja proposta huwa fi Triq Ġorġ Borġ Olivier.
Leg 12 PQ #19952 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Triq bejn il-Qala u Ta' Ċenċ — xogħlijiet

Question

B'referenza għal-laqgħa mis-sensiela "Gvern li Jisma", li saret fit-23 ta' Ġunju 2015, fejn intqal li "sa nofs din il-leġiżlatura l-Gvern digà nvesta €14-il miljun fi proġetti infrastrutturali u xogħlijiet li qed isiru fuq diversi toroq fosthom l-asfaltar ta' 10 kilometri bejn il-Qala u Ta' Ċenċ u sit kilometri oħra minn fondi nazzjonali" jista' l-Ministru jelenka dawn il-proġetti infrastrutturali u jgħid kemm kien investit fuq kull proġett li fuqhom qed jingħad li ġie investit total ta' €14-il miljun? Jista' jgħid kemm tlestew mill-10 kilmetri mit-Triq bejn il-Qala u Ta' Ċenċ? Jista' jgħid liema huma t-toroq li fihom qed jingħad li ngħataw sitt kilometri ta' asfaltar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tinġħata f'seduta oħra.

Għawdex — ħaddiema full-time

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19727 fejn fit-tweġiba qed jingħad li f'Għawdex, bejn is-sena 2013 u s-sena 2014, kien hemm żieda ta' 350 persuna jaħdmu full-time mas-settur privat, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni li ġew impjegati ma' kumpaniji privati li l-ħaddiema tagħhom qed jagħtu servizz f'dipartimenti u entitajiet oħra tal-Gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni x’servizzi jkun qed jagħti s-settur privat.

Għawdex – ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema full-time f’Għawdex f’Settembru 2015? Jista’ jgħid jekk kienx hemm żieda fin-numru ta’ ħaddiema mill-aħħar tas-sena 2014? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm kienet din iż-żieda? Jista’ jagħti break down ta’ din iż-żieda u jgħid kemm minnhom huma impjegati mas-servizz pubbliku, ma’ kumpaniji parastatali, mal-privat u ma’ kumpaniji privati li l-ħaddiema tagħhom qed jagħtu servizz f’dipartimenti u entitajiet oħra tal-Gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Diċembru 2014 in-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu f’Għawdex fuq bażi full-time kien ta’ 9,942 persuna. Iċ-ċifri ta’ Dicembru 2014 ġew riveduti bħal ma jsir kull sena mill-Korporazzjoni u jiġu ppubblikati mill-uffiċċju tal-istatistika. Fl-aħħar ta’ April 2015 in-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu f’Għawdex fuq bażi full-time kien ta’ 10,007 persuni. Iż-żieda totali kienet ta’ 65 persuna, peress li filwaqt li fis-settur privat żdiedu jaħdmu 105 persuni kien hemm tnaqqis ta’ 40 persuna minn ma’ kumpaniji parastatali. Il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex dettalji tal-post fejn attwalment qed jaħdmu l-impjiegati ħlief fil-każ ta’ persuni li jaħdmu mad-dipartimenti tal-gvern, ministeri u entitajiet pubbliċi. Dan jiġri minħabba li fil-formola tal-Bidu ta’ Impjieg, min iħaddem jikteb id-dettalji tal-Head Office li ġeneralment tkun Malta u mhux fejn jaħdem l-individwu. L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ April 2015.
Leg 12 PQ #20030 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

EkoGħawdex – inizjattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19716, fejn qed jintqal li bħala parti mill-inizjattivi li ttieħdu matul l-aħħar sentejn fuq il-kunċett EkoGħawdex sar xogħol fiċ-Ċentru t’ Innovazzjoni fix-Xjenzi Rurali u l-Ambjent, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex tkomplew ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u upgrading fil-Farm Sperimentali tal-Gvern?

Response (REFALO, ANTON)

Qiegħed ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmija spiża mill-2013 l’hawn hija €159,996.79.
Leg 12 PQ #20031 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

EkoGħawdex – inizjattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19716 fejn qed jintqal li bħala parti mill-inizjattivi li ttieħdu matul l-aħħar sentejn fuq il-kunċett EkoGħawdex kien hemm xogħol fuq mixja madwar il-kosta, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-iżvilupp ta’ mixja madwar il-kosta li ġiet ippubblikata fi brochure?

Response (REFALO, ANTON)

Qiegħed ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmija nefqa hija €9205.20.
Leg 12 PQ #20032 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

EkoGħawdex – inizjattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19716, fejn qed jintqal li bħala parti mill-inizjattivi li ttieħdu matul l-aħħar sentejn fuq il-kunċett EkoGħawdex sar xogħol fil-Librerija Pubblika, jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża biex saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni u ristrutturar f’dan il-post?

Response (REFALO, ANTON)

Qiegħed ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża mill-Vot 7239 Eko Għawdex hija ta’ €9,984.11.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13500 u 11298 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitlub tinsab fit-tabella hawn taħt : Board Name 2012 2013 2014 National Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention € 1,164.69 €1,164.69 * Council of Maltese Living Abroad/Kunsill tal-Maltin li Jghixu Barra minn Malta € 22,872.86 €16,323.51 € 14,600.17 Committee of Inquiry (Deprivation of Maltese Citizenship) €1,155.69 Minn Marzu 2013, il-Kumitat m’għadux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Sanctions Monitoring Board - - - Total €25,193.24 €17,488.20 € 14,600.17 Il-Kunsill tal-Maltin li jgħixu Barra ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi, imma jiena Chairman ex-ufficio tal-Kunsill. *Il-ħlas għall-2014 ta’ €1164,69 għandu jsir fl-2015

Ministeru għall-Affarijiet Barranin –spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hi stmata li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament għal matul is-sena 2015?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin huma in- National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention u s-Sanctions Monitoring Board. L-istima tal-ispiża għall-2015 għall-ħatriet tal-bord tan-National Authority for the Implementation of Chemical Weapons Convention hija ta' €2,329.38, li minnhom €1,164.69 huma ħlas dovut fl-2014. Huwa stmat illi s-Sanctions Monitoring Board mhux se jkollu spejjeż għal matul is-sena 2015. Il-Kunsill tal-Maltin li jgħixu Barra ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi, imma jiena Chairman ex-ufficio tal-Kunsill. L-ispiża għall-ħatriet tal-Kunsill tal-Maltin ta' Barra għas-sena 2015 hija ta' €13,716.22
Leg 12 PQ #19758 Sitting 311 2015-10-23 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13499 u 11296 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.