Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #24536 Sitting 374 2016-04-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi — applikazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24148, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni hekk kif mitluba f'din il-mistoqsija u ċjoè: 1) jgħid kemm inħarġu applikazzjoniet għall-mili ta' postijiet fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fl-aħħar sentejn; 2) jelenka dawn il-postijiet; 3) jgħid jekk l-intervista għall-mili ta' dawn il-postijiet sarux; u 4) jekk fl-affermattiv jgħid jekk ir-riżultati ġewx ippubblikati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru ghal Ghawdex m’ hemx Dipartiment tal-Manufattura u Servizzi

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – sezzjoni għall-anzjani Residenza Sant’Anna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, li l-pazjenti li hemm fis-sezzjoni għall-anzjani, Residenza Sant’Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, humiex se jiġu trasferiti għal xi post ieħor? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid x’inhi r-raġuni wara dan it-trasferiment? Jista’ jgħid fejn se jiġu trasferiti? Jista’ jgħid għal min se tkun qed tintuża s-sezzjoni Sant'Anna wara li jiġu trasferiti dawn il-pazjenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant peress li fl-Isptar t’Għawdex ser ikunu qed isiru diversi xogħlijiet marbuta mal-proġett tal-qasam tas-saħħa, ser ikun hemm perjodu ta’ tranzizzjoni.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – sezzjoni għall-anzjani Residenza Sant’Anna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, li l-pazjenti li hemm fis-sezzjoni għall-anzjani Residenza Sant’Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, humiex se jiġu trasferiti għal xi post ieħor? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid x’inhi r-raġuni wara dan it-trasferiment? Jista’ jgħid fejn se jiġu trasferiti? Jista’ jgħid għal min se tkun qed tintuża s-sezzjoni Sant' Anna wara li jiġu trasferiti dawn il-pazjenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanbt sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #24147 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ Home Help – anzjani minn Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx anzjani minn Għawdex li għamlu talba biex jingħataw il-Home Help Service u dan is-servizz għadu ma ngħatax? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid kemm hu n-numru ta' anzjani li qed jistennew biex jingħataw dan is-servizz?

Response (REFALO, ANTON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Homehelp iltaqa’ fit-18 u fit-22 ta’ Marzu 2016. 23 każ ġew evalwati u s-servizz se jingħata lil dawk kollha li l-Bord approva. B’hekk m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti.
Leg 12 PQ #24148 Sitting 371 2016-04-04 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu applikazzjonijiet għall-mili ta’ postijiet fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar sentejn? Jista’ jelenka dawn il-postijiet u jgħid kemm kien hemm postijiet vakanti għal kull sejħa? Jista’ jgħid jekk l-intervisti relatati mal-mili ta’ dawn il-postijiet sarux u jekk fl-affermattiv jista’ jgħid jekk ir-riżultati ġewx ippubblikati?

Response (REFALO, ANTON)

Il-Ministeru għal Għawdex jagħmel diversi talbiet lill- l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-Ministeru tal-Finanzi għal sejħiet. L-ammont ta’ vakanzi mhux fiss minħabba tibdil fil-prijoritajiet tax-xogħlijiet li jinqalgħu minn żmien għal ieħor.

Servizz tal-Home Help lill-anzjani Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx anzjani minn Għawdex li għamlu talba biex jingħataw is-servizz tal-Home Help Service u dan is-servizz għadu ma ngħatax? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li qed jistennew biex jingħataw dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Uffiċċju tal-President — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati li preżentament qegħdin jaħdmu mal-Uffiċċju tal-President, imma qabel kienu jaħdmu mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li ġew mislufa biex jagħmlu xogħol mal-Uffiċċju tal-President? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet l-iskala tas-salarju tagħhom meta kienu jaħdmu ma' din il-kumpanija? Jista’ jgħid f’liema skala tas-salarju qegħdin mal-Uffiċċju tal-President?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Kumpanija msemmija separatament, li hemm diversi impjegati mislufa mal-Uffiċċju tal-President. Dawn baqgħu bl-istess skala ta’ qabel marru b’self.

Kumpanija — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati li preżentament qegħdin jaħdmu mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, imma qabel kienu jaħdmu mal-Uffiċċju tal-President, u li ġew mislufa biex jagħmlu xogħol ma’ din l-entità? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet l-iskala tas-salarju tagħhom meta kienu jagħmlu jaħdmu mal-Uffiċċju tal-President? Jista’ jgħid f’liema skala tas-salarju qegħdin ma’ din il-kumpanija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li l-Engineering Resources Ltd., m’għandix impjegati li qabel kienu jaħdmu mal-Uffiċju tal-President.
Leg 12 PQ #23370 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Bajja ta’ Marsalforn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudji konnessi mal-protezzjoni tal-bajja ta’ Marsalforn mill-maltemp, kienux ġew iffinalizzati? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu r-rakkomandazzjoni ta’ dan l-istudju? Jekk dan l-istudju jirrakomanda li għandha ssir xi forma ta’ protezzjoni, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru biex il-bajja ta’ Marsalforn tkun protetta mill-effett tal-maltemp?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru qed jesplora l-finanżjament ta dak li jirrekjedi b’ mod holistiku l-port ta Marsalforn.

Parkeġġi Pubbliċi — Motor cycles

Question

Peress li dan l-aħħar jidher li kien hemm żieda sostanzjali fl-użu ta’ motor cycles fuq it-toroq tagħna, bil-konsegwenza li s-sewwieqa qed isibuha diffiċli meta jiġu biex jipparkjaw, jista’ l-Ministru jikkonsidra li n-numru ta’ postijiet riservati għal dan it-tip ta’ trasport f’parkeġġi pubbliċi, jiżdied?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija konxja ta’ din iż-żieda fl-użu ta’ muturi u qed tevalwa alternattivi sabiex ikun hemm dejjem bilanċ adekwat fil-postijiet ta’ parkeġġ, kemm għall-vetturi kif ukoll għall-muturi.

Ir-Rabat Għawdex – Bini ta’ skola primarja ġdida

Question

B’referenza għall-iskola primarja fir-Rabat Għawdex, li issa qed jingħad li se tinbena minflok il-ground Leli Farrugia, jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel ma ntgħażel dan is-sit kienx hemm deċiżjoni li din l-iskola tinbena ħdejn l-iskola sekondarja tal-bniet fir-Rabat Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk kienx inħareġ permess tal-bini mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jekk kenux ħarġu l-offerti għall-bini u jekk dawn l-offerti kenux ġewx mogħtija? Jista’ jgħid x’kienu d-diffikultajiet li wasslu biex ittieħdet id-deċiżjoni li jkun hemm tibdil tas-sit? Jista’ jgħid jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-kapijiet tal-iskejjel involuti u ma’ uffiċjali oħra tad-Dipartiment għas-Servizzi Edukattivi, fuq is-sit ta’ ħdejn l-iskola sekondarja tal-bniet qabel ma saret l-applikazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista’ jgħid jekk inħarġux offerti u jekk dawn ġewx mogħtija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23029.
Leg 12 PQ #23031 Sitting 354 2016-02-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Tnaqqis fil-persuni li qed jirreġistraw f’Għawdex

Question

B’referenza għall-istqarrija maħruġa fis-26 ta’ Jannar 2016 mill-Ministeru għal Għawdex, fejn qed jingħadd li minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2015, il-qagħad f’Għawdex niżel minn 765 għal 648, tnaqqis ta’ 117-il persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew impjegati dawn il-persuni? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati f’dipartimenti tal-Gvern, f’entitajiet parastatali u mal-privat separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #22599 Sitting 351 2016-02-01 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Trasferimenti ta’ proprjetà immobbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex, kull xahar minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ir-Rabat Għawdex – Triq il-Vajringa – Skola Primarja – Skola Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinbena skola ġdida biex takkomoda l-istudenti li bħalissa jattendu l-Iskola Primarja li tinsab fi Triq il-Vajringa Rabat Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn hu s-sit li fuqu se tinbena din l-iskola u meta hemm il-ħsieb li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Iva, hemm ħsieb li l-Gvern ikollu skola ġdida fir-Rabat Għawdex. Din l-iskola ser tinbena fir-Rabat Għawdex fuq sit li llum qed jintuża bħala parking area. Ix-xogħol mistenni jibda fix-xhur li ġejjin.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali –bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19742, 13507 u 11305 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19743 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hi stmata li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament għal matul is-sena 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema full-time u part-time f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nies jaħdmu full-time u part-time separatament, f’Għawdex fl-aħħar tas-sena 2014? Jista’ jgħid kemm kienu dawn in-numru fl-aħħar ċifri ppubblikati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, in-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2014 kien ta’ 9,942 persuna fuq bażi full-time u 2,093 persuna fuq bażi part-time. In-numru ta’ ħaddiema li kienu jaħdmu f’Għawdex fl-aħħar ta’ Lulju 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) kien ta’ 10,178 persuna fuq bażi full-time u 2,440 persuna fuq bażi part-time.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet - ħatriet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19729 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hu stmat li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament matul is-sena 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Permanent Link bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19950 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Istudju, dwar il-Permanent Link bejn Malta u Għawdex, li kien ikkummissjonat minn Transport Malta u l-Gozo Business Chamber?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19950.

Għawdex – ir-Rabat –problema ta’ parkeġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19752 fejn fost oħrajn il-Ministru, qal li “Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-kunsill lokali rispettiv rigward dan is-suġġett”, jista’ l-Ministru jikkonferma li qatt ma saret talba mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex? Jista’ jgħid x’passi se jittieħdu biex tissolva din il-problema, li anke kienet ġiet rikonoxxuta mill-Partit Laburista meta kien fl-Oppożizzjoni u li sa anke kienet wegħda elettorali fil-Manifest Elettorali tiegħu għall-elezzjoni 2013 fejn insibu li se jittieħdu passi biex tinsab soluzzjoni biex il-problema ta’ parking fir-Rabat Għawdex tonqos?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba jew proposta mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex fir-rigward ta’ soluzzjonijiet li jżidu n-numru ta’ parkeġġi ġodda u biex b’hekk il-problema ta’ parkeġġ tonqos. L-istrateġija li primarjament qed tiġi addottata sabiex tiġi ndirizzata t-talba tal-parkeġġ ġewwa r-Rabat Għawdex hija li jkun hemm provdut servizz aħjar u aktar konvenjenti tat-trasport pubbliku sabiex jonqos il-bżonn li persuni jmorru r-Rabat bil-vetturi privati tagħhom.