Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru għal Għawdex għandux xi pjanijiet biex jitwettaq proġett biex jissebbħu l-pjazez ewlenin tal-irħula f'Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Ministeru għal Għawdex għaddej kontinwament b'xogħol ta' tisbiħ
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid x'inizjattivi ttieħdu dwar xogħol li għandu jsir dwar ir-restawr fuq il-Mitħna tax-Xewkija u l-Għar ta' Kalipso? Tista' tgħid meta ser jibda dan ix-xogħol? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xogħlijiet fuq siti storiċi oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex akkwista Fondi Ewropej biex tiġi restawrata l-Mitħna tax-Xewkija. Fid-29 ta’ Settembru 2017 ġiet ipubblikata it-tender li tgħalaq fit-30 ta’ Ottubru 2017 sabiex ikun jista’ jibda ix-xogħol ta’ restawr fuq din il-Mitħna. Dwar l-għar ta’ Kalipso, il-Ministeru qiegħed iħejji d-dokumenti neċessarji biex l-applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar biex tiġi kkonsolidata l-istruttura tal-Għar ta’ Kalipso. Il-Ministeru qed iħejjji pjanijiet għal aktar interventi fuq siti storiċi oħra fix-xhur li ġejjin.
Proġetti ta’ tindif tal-widien u bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu mħejjija l-Ministeru għal Għawdex dwar proġetti ta’ tindif tal-widien u bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex? Tista’ tgħid jekk matul l-2017 sarx xi xogħol relatat ma’ dawn il-proġetti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, din is-sena, ssottometta tliet applikazzjonijiet għal tindif ta’ widien u żewġ applikazzjonijiet għall-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ mal-Awtorita`tal-Ippjanjar. Matul l-2017 sar ukoll xogħol ta’ tindif fis-sit Taħt Ta’ Xkora li jwassal għall-Wied il-Lunzjata kif ukoll f’Wied ta’ Zejta f’Lulju.
Matul din is-sena ġew mibnija ħitan tas-sejjieħ mill-ġdid f’dawn il-lokalitajiet:
a) Triq il-Qala kollha u partijiet minn Taċ-Ċawl, limiti tal-Qala;
b) Parti minn Wied ta’ Mġarr ix-Xini;
c) Partijiet minn Triq Marsalforn, fil-limiti tar-Rabat;
d) Partijiet minn Triq ir-Ramla, mill-
Park
tal-Qortin Ta’ Isopu, u minn Ta’ Bordin fin- Nadur;
e) Partijiet minn Daħla ta’ Għajn Damma, minn Triq ix-Xagħra, minn Triq Marsalforn u minn Triq il-Maqdes fix-Xagħra;
f) Parti minn Triq it-Torri f’San Lawrenz.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid liema kienu t-toroq f’Għawdex li ngħataw wiċċ ġdid matul is-sena 2017? Tista’ fit-tweġiba tagħha tindika jekk dan ix-xogħol kienx jikkonsisti f’partijiet minn toroq jew toroq sħaħ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Servizz ta’ fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid xi żviluppi kien hemm dwar is-servizz ta' fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr f'Għawdex wara li saret it-talba għas-sottomissjonijiet ta' proposti (REP) biex jiġi varat dan is-servizz?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata fi stadju ieħor peress li bħalissa qed isir l-eżerċizzju opportun.
Xewkija Għawdex – żona industrijali – business workshops
Question
B'referenza għad-diskors tal-Baġit għas-sena 2017, fejn f'paġna 104 intqal li ż-Żona Industrijali tax-Xewkija se tiġi estiża fuq żewġ binarji għal business workshops ġodda għal servizzi finanzjari, ICT, riċerka u taħriġ, jista' l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu u twettqu dwar dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li nħarġu żewġ sejħiet pubbliċi għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-twettiq tax-xogħolijiet fuq iż-żewġ siti rispettivi, dak hekk imsejjaħ Il-Ħofra, u dak prezentament okkupat mill-impjant abbandunat tal-fabbrika tal-ħalib, li it-tnejn jiffurmaw parti miż-żona industrijai tax-Xewkija.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid x’inizjattivi ttieħdu u twettqu biex parti mis-sit, illum okkupat mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tiġi żviluppata f'faċilità li sservi għal għanijiet differenti biex takkomoda, fost setturi oħra, operazzjonijiet bħalma huma servizzi finanzjarji,ta’ riċerka u ta’ taħriġ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li nħarġet sejħa pubblika għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-twettiq tax-xogħolijiet fuq is-sit indikat.
Għawdex – proġetti tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Iskola Medika ta’ Barts
Question
Dwar il-proġetti tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Iskola Medika ta' Barts, liema inizjattivi kienu deskritti mill-Gvern bħala proġetti li se jagħtu dimensjoni ġdida u fl-istess ħin ikomplu jiddiversifikaw l-ekonomija Għawdxija, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid x'kienu r-riżultati miksuba s'issa rigward dan il-għan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li waqt li x-xogħlijiet fuq l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Iskola Medika ta’ Barts annessa qed ikomplu, Barts laqgħat l-ewwel 40 student barrani tagħha ġewwa Għawdex.
Għar-rigward tal-Mużew għal Għawdex li ilu mwiegħed li ser jibda xogħol dwaru għal dawn l-aħħar erba’ snin, jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2017 sarx xi xogħol fuq dan il-proġett? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid liema huma x-xogħlijiet li twettqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul l-2017 sar dan ix-xogħol li ġej rigward il-Muzew għal Għawdex:
- Intagħżel l-
integrated design team
ta’ periti u speċjalisti oħra
- Ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorita’ tal-Ippjanar
- Bdew jinkitbu t-
tenders
tax-xogħlijiet
- Issuktat il-preparazzjoni fuq l-
istoryline
u tal-oġġetti li se jkunu esibiti fil-mużew
Konvint li l-Onor Interpellant jaf u japprezza li f’dawn it-tip ta’ proġetti ix-xogħol fiżiku fuq is-sit ikun biss l-aħħar fażi wara snin ta’ tħejjijiet. Dan it-tip ta’ xogħol mistenni jibda matul l-2018.
B’referenza għall-bini ta’ pixxina f’Għawdex, issa li ħarġet talba għal proposti biex is-settur privat jiddisinja, jibni u jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-kumpless, tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx ġie ffirmat il-kuntratt fuq dan il-proġett? Tista’ tgħid meta hu maħsub li jitlesta dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-Memorandum of Understanding ġie iffirmat f'Novembru tas-sena 2016 u bħalissa, n-negotiating team għaddej negozjati mal-privat. Il-proġett huwa maħsub li jitlesta sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar mid-data tal-iffirmar tal-kuntratt.
Għajnsielem Għawdex – xogħol fuq id-Dar tal-Anzjani
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra u telenka rendikont tax-xogħol li sar fuq il-proġett tad-Dar tal-Anzjani f’Għajnsielem? Tista’ tgħid liema xogħol twettaq matul is-sena 2017? Tista’ tgħid meta hu maħsub li tibda tiffunzjona din id-dar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li x-xogħol ta' bini jinsab fi stadju avvanzat. Reċentament ġiet sottomessa applikazzjoni lill-P.A. sabiex jiżdiedu xi faċilitajiet li huma meħtieġa biex jirrispondu għal ħtiġijiet tal-persuni li għandhom id-dimensja. Qed jiġi wkoll preparat tender għat-tlestija u operat tad-dar.
B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2017 fejn f'paġna 58 intqal li se jinbnew tliet skejjel fosthom waħda fir-Rabat Għawdex, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess għall-bini ta’ din l-iskola f'Għawdex? Jista’ jgħid fejn hu s-sit fejn se tinbena din l-iskola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħed isir ix-xogħol preparatorju fuq il-proġett ta' Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex. Qed jiġu evalwati diversi siti għal din l-iskola primarja, possibbilment fil-kumpless ta’ skejjel fir-Rabat stess. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, iżda l-iskola mistennija tiftaħ f'Settembru 2019.
Sussidju lil studenti Għawdxin li jistudjaw full-time f’istituzzjonijiet f’Malta
Question
B’referenza għas-sussidju li jingħata lil studenti Għawdxin li jistudjaw full-time fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST, liema sussidju issa ġie estiż għal dawk l-istudenti Għawdxin li jattendu xi istituzzjoni privata ta’ edukazzjoni għolja f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti Għawdxin li jattendu istituzzjonijiet privati, li applikaw u ġew approvati biex jieħdu dan is-sussidju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s-sussidju li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma jinħariġx mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u, għaldaqstant, dan il-Ministeru ma jkollux l-informazzjoni mitluba.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra u jgħid l-istadju li fih wasal il-bini tal-Iskola ta' Barts f'Għawdex u meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq din il-binja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-bini tal-iskola ta’ Barts huwa għaddej u huwa mistenni li jitlesta s-sena d-dieħla.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inizjattivi u proġetti ġodda ġew imwettqa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex minn meta dan beda jitmexxa mill-kumpanija Vitals Global Healthcare?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta l-isptar Ġenerali t’Għawdex beda’ jitmexxa mill-VGH ġew imwaqqfa diversi inizzjattivi/proġetti fosthom:
· servizz t’ambulanza tal-arju, bl-istess ambulanza stazzjonata f’Għawdex.
· reklutaġġ u taħriġ ta' tim f'l-istess sptar sabiex dan ikun jista’ jittrasferixxi pazjenti għal Mater Dei.
· Ħatra ta’ Kap ġdid għal Servizzi t' Emerġenza u introduzzjoni ta'
triage
fid-dipartiment tal-emerġenza
· Ħatra ta' kap ġdid għas-Servizzi ta' l-ispiżerija u l-kisba ta’ liċenzja għall-ispiżerija fl-isptar Ġenerali t’Għawdex,
· Tkabbir tad-Dipartiment tal-Anestesija bil-ħatra ta' 3 speċjalisti addizzjonali; fl-Emerġenza, fl-
Operating theatre
, u l-ITU kif ukoll jassistu fejn ikun hemm il-ħtieġa fit-trasferimenti ta' emerġenza bl-ambulanza tal-arju.
· Apparat ġdid u rinnovazzjoni fid-Dipartiment tad-Dentistrija ġewwa d-dipartiment tal-
Outpatients
.
· Rinovazzjoni fl-entratura prinċipali kif ukoll fir-
reception area
filwaqt li ngħata bidu għal- servizz ta’ 24 siegħa kuljum fiż-żona tal-Akkoljenza.
· Titjib fil-faċilitajiet tal-parkeġġ kemm ġewwa kif ukoll barra l-isptar.
· Tnedija ta 'servizz ġdid fil-psikoloġija, bil-ħatra ta' 4 professjonisti ġodda sabiex il-pazjenti tagħna jkunu jistaw jieħdu l-aħjar kura possibbli fil-qasam tas-saħħa mentali.
· Apparat mediku ġdid madwar l-isptar fosthom fit-taqsima tal-emerġenza u kif ukoll fl-
operating theatre.
·
Quality and Patient Safety Unit
ġdid
· Beda’x-xogħol fuq il-bini tal-iskola ta’
Barts.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol fuq il-bini taċ-Ċentru Diġitali fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija Għawdex? Jista' jgħid meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħarġet sejħa pubblika għall-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-twettiq tax-xogħolijiet fuq is-sit indikat. Huwa maħsub li x-xogħol jinbeda lejn l-aħħar ta’ din is-sena u li l-bini jiġi kkummissjonat għall-bidu tal-2019.
B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2017 fejn f'paġna 86 intqal li ġew allokati €3.2 miljun biex Għawdex ikollha t-tieni fiber optic link, jista' l-Ministru jgħid x'azzjonijiet relatati ma’ dan il-proġett ittieħdu sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid meta hu maħsub li jitlesta dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Public service obligation — Gozo Channel Transport Joint Venture – vjaġġi bil-vapuri bejn Malta u Għawdex
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31605, jista' l-Ministru jgħid meta se tinħareġ is-sejħa ġdida għall-PSO li se jkun ikopri kemm il-conventional ferry service (passiġġieri u vetturi) kif ukoll il-fast ferry service (passiġġieri biss)? Jista' jgħid meta hu maħsub li tagħlaq din is-sejħa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-PSO il-ġdida għall- “conventional ferry service” kif ukoll għall- “fast ferry service” jinsab fi stadju avvanzat. Fil-mument qegħda ssir verifika mill-konsulenti u esperti oħra tal- Gvern sabiex nissiguraw li din is-sejħa tkun konformi mar-regoli stabbiliti mill- Unjoni Ewropeja. Id-dati tal-ħruġ u l-għeluq ta’ din is-sejħa jiġu mħabbra aktar ‘l quddiem mid-Direttur tal-Kuntratti.
Dipartiment għas-Saħħa – ħlas lill-AFM għall-użu tal-Helicopter
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien iħallas id-Dipartiment tas-Saħħa lill-Forzi Armati ta' Malta għal kull pazjent li kien jinġarr bil-helicopter tal-AFM bejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar f'Malta, sakemm kien jintuża l-helicopter tal-AFM?
Dipartiment għas-Saħħa – struzzjonijiet għall-manutenzjonijiet u tiswija fil-ħsarat fis-servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġux struzzjonijiet mill-awtoritajiet tad-Dipartiment tas-Saħħa biex ma tibqax issir manutenzjoni u tiswija ta' ħsarat tas-servizzi fis-Sezzjoni tal-Anzjani Nisa, Dar Sant’Anna, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, għar-raġuni li dawn il-pazjenti se jiġu trasferiti għal post ieħor? Jekk fl-affermattiv ma jidhirlux li sa meta jsir dan it-trasferiment dan jista' jkun ta’ inkonvenjent kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-istaff?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-manutenzjoni u t-tiswija ta' ħsarat tas-servizzi fir-residenza ta’Sant’Anna, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex qed ikomplu jsiru sabiex ma jinholoq l’ebda nkonvenjent kemm ghall-pazjenti kif ukoll ghall-istaff.