Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #29870 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imġarr ix-Xini — ġibjun

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif il-ġibjun ta’ Imġarr ix-Xini li dejjem kien tal-gvern, issa sar okkupat mill-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jipprovdi aktar dettalji.

Għawdex — Childcare Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Childcare Centres f’Għawdex? Jista’ jgħid fit-total kemm hemm postijiet għat-tfal fiċ-Childcare Centres kollha f’Għawdex? Hemm xi pjanijiet għal aktar Childcare Centres f’Għawdex fil-futur immedjat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ċ-Childcare Centres f’Għawdex li huma rreġistrati mad-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni huma tnejn (2). It-total ta’ postijiet għat-tfal f’dawn iċ-Childcare Centres huwa sitta u disgħin (96). Hu ppjanat li jkun hemm Child Care Centre ġdid li se jifforma parti mill-iskola primarja l-ġdida tar-Rabat f’Għawdex.
Leg 12 PQ #28130 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex – employment rate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-employment rate f’Għawdex ikkomparat ma’ dik ta’ Malta, speċifikament fis-snin 2000, 2010 u 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t'hawn taħt. L-informazzjoni tkopri s-snin 2000, 2010 u 2015, bil-għan li l-figuri jkunu bbażati fuq snin sħaħ: Employment rate (15-64 yrs) MaltaGħawdexTotal %%% 200054.650.854.3 201056.355.756.2 201564.260.363.9 Sors: Labour Force Survey
Leg 12 PQ #28131 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex – employment rate ta’ nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-employment rate f’Għawdex bħala nisa kkomparat ma’ dik ta’ Malta, speċifikament għas-snin 2000, 2010 u 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t'hawn taħt. L-informazzjoni tkopri s-snin 2000, 2010 u 2015, bil-għan li l-figuri jkunu bbażati fuq snin sħaħ: Employment rate fost in-nisa (15-64 yrs) MaltaGħawdexTotal %%% 200033.133.833.2 201039.440.039.4 201551.249.051.0 Sors: Labour Force Survey

Għawdex – Employment Rate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-employment rate f’Għawdex ikkomparata ma’ dik ta’ Malta, speċifikament għas-snin 2000, 2010 u 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-employment rate tinħareġ biss mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Madankollu, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li kienu qed jaħdmu fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni f’Malta u f’Għawdex rispettivament għas-snin mitluba, huwa kif ġej: Persuni fl-impjieg f’Malta u Għawdex Full Time Part Time bħala xogħol ewlieni Malta Għawdex Malta Għawdex Diċembru 2000 128,590 8,169 13,965 1,327 Diċembru 2010 138,842 8,972 25,131 1,830 April 2016 167,303 10,448 32,890 2,163
Leg 12 PQ #26030 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-Saħħa (Malta) – konsulenti — total

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ konsulenti li hemm fil-Qasam tas-Saħħa f Malta? Kemm minnhom huma nisa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 246 Konsulent li joffru is-servizzi taghhom gewwa d-Dipartimenti tas-sahha f’Malta. Fost dawn hemm 61 konsulenti nisa.
Leg 12 PQ #26031 Sitting 401 2016-06-13 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-Saħħa (Għawdex) – konsulenti — total

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta’ konsulenti fil-Qasam tas-Saħħa f’Għawdex? Kemm minnhom huma nisa? Kemm hemm fuq Contract A?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 17 –il Konsulent li joffru is-servizzi taghhom gewwa l-Isptar Generali ta’ Ghawdex. Fost dawn hemm 5 konsulenti nisa. Fuq Contract A hemm total ta’ 8 konsulenti.

Għawdxin li jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Għawdxin li jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat f’Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ ħaddiema li l-indirizz ta’ residenza hu f’Għawdex u l-indirizz tal-employer hu Malta fl-aħħar ta’ Novembru 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) hu kif muri fl-ewwel parti tat-tabella hawn taħt. It-tieni parti tat-tabella turi kemm minnhom għandhom l-ID card tispiċċa bil-G. It-tabella turi wkoll kemm kienu jaħdmu fis-settur pubbliku u fis-settur privat, kif ukoll kemm kienu nisa u kemm irġiel. Ħaddiema li l-indirizz ta’ residenza hu Għawdex u l-indirizz tal- employer hu Malta Full time & Part Time only Rġiel Nisa Total Settur Pubbliku 706 872 1,578 Settur Privat 1,221 943 2,164 Total 1,927 1,815 3,742 Minn dawn kien hemm ħaddiema li l-ID tispiċċa bil-G u jaħdmu f'Malta fuq baż i Full time & Part Time only ID tispiċċa bil-G Rġiel Nisa Total Settur Pubbliku 556 683 1,239 Settur privat 774 623 1,397 Total 1,330 1,306 2,636 Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifri tal-ħaddiema li jaħdmu full time fis-settur pubbliku huma skont l-informazzjoni mogħtija mill-Public Administration HR Office (PAHRO) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Flyovers tal-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-istima tan-nefqa fuq il-flyovers tal-Marsa li huwa pproġettat li jsir wara l-proġett tal-Kappara?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur total tal-proġett tal-Marsa huwa ta’ 75Miljun Ewro. L-ewwel fażi (fid-direzzjoni mill-ajruport għall-Belt Valletta) hija stmata għal Eur45.7 miljun li Eur38.8 miljun minnhom huma fondi diġa’ allokati mill-Unjoni Ewropeja taħt il-programm ta’ CEF (Connecting Europe Facility).
Leg 12 PQ #25887 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex – konsulenti fuq Contract A

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fl-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex li qegħdin fuq Contract A? Kemm hu t-total tal-konsulenti? Kemm minnhom li huma fuq Contract A huma nisa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm total ta’ 79 konsulent fuq Contract A ġewwa l-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Minn dawn hemm 30 konsulent fuq Contract A li huma nisa.

Għawdxin li jaħdmu f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħala total kemm hemm Għawdxin jaħdmu f’Malta? Jew kemm hemm persuni illi l-ID card tagħhom tispiċċa bil-G u jaħdmu f’Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ persuni li jaħdmu fuq bazi full time u part time only u li għandhom l-indirizz ta’ residenza f’Għawdex u l-indirizz tal-employer hu Malta fl-aħħar ta’ Novembru 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) kien ta’ 3,742 persuna. Minn dawn kien hemm 2,636 persuna li għandhom l-ID card tispiċċa bil-G u l-employer hu Malti. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifri tal-ħaddiema li jaħdmu full time fis-settur pubbliku huma skont l-informazzjoni mogħtija mill-Public Administration HR Office (PAHRO) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Għawdxin li jaħdmu f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema li għandhom l-ID card tagħhom tispiċċa bil-G huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ persuni li jaħdmu fuq bazi full time u part time only u li għandhom l-indirizz ta’ residenza f’Għawdex u l-indirizz tal-employer hu Malta fl-aħħar ta’ Novembru 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) kien ta’ 1,815 nisa u 1,927 irġiel. Minn dawn kien hemm 1,306 mara u 1,330 raġel li għandhom l-ID card tispiċċa bil-G u l-employer hu Malti. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li ċ-ċifri tal-ħaddiema li jaħdmu full time fis-settur pubbliku huma skont l-informazzjoni mogħtija mill-Public Administration HR Office (PAHRO) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Learning Support Assistants Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Learning Support Assistants Għawdxin jaħdmu Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ LSAs Għawdxin (skont l-indirizz irreġistrat mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol) li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f’Malta huwa ta’ 269. Minn dawn 221 huma nisa u 48 huma irġiel. Infurmat ukoll mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni li n-numru ta’ LSAs Għawdxin, kemm nisa u kemm irġiel, li jaħdmu Malta fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti, hu kif ġej: LSAsSkejjel tal-KnisjaSkejjel Indipendenti Nisa70 Irġiel11

Għalliema Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema Għawdxin li jaħdmu Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel? Kemm minnhom jgħallmu fil-primarja u kemm fis-sekondarja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ Għalliema Għawdxin (skont l-indirizz irreġistrat mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol) li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f’Malta huwa ta’ 173. Minn dawn 42 huma nisa u 131 huma irġiel. Minnhom 82 jgħallmu fil-primarja u 91 jgħallmu fis-sekondarja. Infurmat ukoll mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni li n-numru ta’ Għalliema Għawdxin, kemm nisa u kemm irġiel, li jaħdmu Malta fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti, hu kif ġej: Skejjel tal-KnisjaSkejjel Indipendenti Għalliema GħawdxinPrimarjaSekondarjaPrimarjaSekondarja Nisa51578 Irġiel2501
Leg 12 PQ #25778 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma n-nurses Għawdxin li jaħdmu Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm total ta’ 61 infermiera Ghawdxin li jahdmu Malta. Minn dawn hemm 36 irgiel u 25 nisa.
Leg 12 PQ #25779 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba Għawdxin li jaħdmu Malta? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm total ta’39 tobba Ghawdxin li jahdmu Malta. Minn dawn hemm 14–il ragel u 25 mara.

Triq is-Salini – nefqa totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fuq it-Triq tas-Salini u kemm kien fiha tul?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għax-xogħlijiet ta’ Triq il-Kosta, li jinkorpora t-tul kollu mill-Qawra saċ-Ċimiterju tal-Commonwealth f’Pembroke, hija ta’ €54,747,409.38 incl.VAT. Is-sit tal-proġett jkopri 7.3 km.
Leg 12 PQ #25289 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: FRANCO MERCIECA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – Triq Ta’ Briegħen – street lighting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li jsiru d-dwal (street lighting) fit-Triq Ta’ Briegħen f’Għajnsielem Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li Triq Briegħen ma taqax taħt ir-responsabilta tal-Ministeru għal Għawdex, għax ma hiex triq arterjali. Il-Kunsilli Lokali u l-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex ingħataw r-responsabiltà tad-dawl kollu tat-toroq fil-gżira u għandhom awtonomija sħiħa dwar fejn għandhom jitwaħħlu bozoz ġodda f’Għawdex. Għaldaqstant nitolbok tirreferri l-mistoqsija lil-Ministru ikkonċernat.

Skejjel primarji – tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew skejjel primarji kemm dawk tal-Gvern kif ukoll tal-privat, f’Malta kollha fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' tfal li attendew l-Iskejjel Primarji tal-Istat fis-snin indikati mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej: Sena Skolastika Skejjel Primarji tal-Istat 2000/01 21,311 2005/06 17,675 2010/11 14,150 2014/15 13,740 Rigward l-iskejjel Primarji tal-Knisja u Indipendenti, l-istatistika fl-2010 u l-2014 hija kif ġej: 20102014 Knisja69267585 Indipendenti30463005 Infurmat mid-Dipartiment Għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni li peress li din l-istatistika bdiet tinżamm u tinġabar b’mod elettroniku mis-sena 2008 iċ-ċifri mitluba għas-snin 2000 u 2005 ma jistgħux jingħataw.